Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċidenti stradali — Paid out claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jikkompara t-total ta’ paid out claims minn kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali fis-sena 2023 mas-sentejn ta’ qabel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15954.

Sptar Mount Carmel — Abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-rapport tal-NAO dwar abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel, hux ser jieħu passi biex dak li ġie mħallas żejjed jittieħed lura?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li f’kazijiet fejn ġie ddentifikat li ħaddiema tħalsu żejjed, sar pjan ta’ kif il-flus li tħallsu żejda jiġu rifonduti lura mill-impjegati rispettivi.

E-Scooters — Operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-investiment li sar fuq l-e-scooters mill-operaturi jiġi b’xi mod rikuperat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-e-scooters privati se jkompli f’pajjiżna u għalhekk jibqa l-bżonn ta’ faċilitajiet u investimenti ġodda. Il-bidla li tħabbret hija esklussivament biex tipprojbixxi l-e-scooters mikrija li kienu qed joħolqu inkonvenjent assolut għar-residenti fl-ibliet u l-irħula. Dik is-sistema ma ħadmitx u huwa fatt li r-responsabbilita ta’ min huwa sid ta’ e-scooter hija ferm differenti mir-responsabbilita ta’ min jikrih għal ftit jiem li jqatta f’pajjiżna. Dan jirrikonoxxuh prattikament l-operaturi kollha f’dan il-qasam li bħalissa qiegħed f’kuntatt magħhom dwar il-futur tas-sistemi alternattivi ta’ trasport li l-Gvern qed juri bil-fatti li huwa kommess li jkompli jintroduċi.

Inċidenti stradali — Insurance Claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ claims ma’ kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ claims relatati ma’ inċidenti tal-karozzi, inkluż motor vehicle liabilities, li ġew irrapportati bħala Gross Claims Incurred, mill-kumpaniji tal-insurance li qiegħdin jiktbu riskji f’Malta fis-sena 2023, jammontaw għal Eur 64,852,888.

Inċidenti stradali — Insurance Claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jikkompara t-total ta’ claims ma’ kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali li saru fis-sena 2023 mas-sentejn ta’ qabel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ claims relatati ma’ inċidenti tal-karozzi, inkluż motor vehicle liabilities, li ġew irrapportati bħala Gross Claims Incurred, mill-kumpaniji tal-insurance li qiegħdin jiktbu riskji f’Malta f’dawn l-aħħar tlett snin, jammontaw hekk: 2021 – EUR 63,291,020 2022 – EUR 69,368,303 2023 – EUR 64,852,888

Inċidenti stradali — Paid out claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ paid out claims minn kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2023, l-informazzjoni relatata ma’ paid out claims mhix tiġi rraportata aktar mill-kumpaniji tal-insurance minħabba tibdiliet li seħħew f’accounting standards ġodda (IFRS 17), li ġew introddoti, u li kumpaniji rispettivi kellhom jimplimentaw.

Speed guns — Postijiet fejn jistennew l-uffiċjali adetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jiddeċiedi fejn ikunu qed jistennew l-uffiċjali adetti biex jużaw l-ispeed guns?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi anke fir-rigward ta’ din il-mistoqsija ngħatat informazzjoni relatata fit-tweġiba għal mistosija 15527. Kif diġà ngħad li speed guns u sintendi l-uffiċċjali addetti, jkunu f’lokalitajiet li jkunu ġew identifikati kemm mill-Pulizija kif ukoll minn uffiċċjali tal-LESA, abbażi ta’ kummenti, reazzjonijiet, ilmenti u feedback essenzjali ieħor li jingħata minn diversi partijiet interessati, anke waqt ir-ronda li ssir minn uffiċċjali waqt id-doveri normali tagħhom, inkluż il-pulizija tal-Komunità.

Speed guns — Sinjaletika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi sinjaletika li tindika triq/żona ta’ speed guns u jekk iva fejn u jekk le għalfejn ma sarux?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-għan tal-użu tal-ispeed guns huwa li jservu ta' deterrent kontra s-sewqan eċċessiv li jista’ jwassal għal inċidenti, disgrazzji u mwiet. Ninsab infurmat illi barra minn dak li diġa ingħad f'risposti oħrajn, dawn l-ispeed guns jintużaw l-aktar fejn l-abbuż fis-sewqan ikun apertament ċar u regulari, u ħafna drabi dan jiġi diskuss kemm mal-Pulizija, inkluż il-pulizja tal-Komunità, Kunsilli Lokali u partijiet interessati oħra. Infurmat li l-eżerċizzji ta’ kontroll jsiru wara li jkun hemm verifika dwar is-senjalazzjonijiet skont il-liġi li tinkludi wkoll il-limiti tal-veloċita. Fejn ma jkunx hemm tali senjalazzjonijiet, jintużaw tabelli indikattivi temporanji, li jitpoġġew f’żoni viżibbli għall-finijiet ta’ informazzjoni, bħal dawk li jidhru fir-ritratti tal-kampjun li qed jitpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.

Speed guns Żamma ta’ record

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed jittieħed record ta’ fejn ikunu qed jintużaw l-ispeed guns biex fuq medda ta’ żmien jitkejjel is-suċċess tagħhom biex inaqqsu l-inċidenti f’dik it-triq/żona partikolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi tinżamm data interna sabiex tassisti fi kwalunkwe evalwazzjoni.

Uffiċjali adetti biex jużaw l-ispeed guns — Taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħataw, minn min u kemm dam dan it-taħriġ lill-uffiċjali adetti għall-użu tal-ispeed guns?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-uffiċċjali tal-Pulizija u l-aġenzija LESA indikati fit-tweġiba għal mistoqsija numru 15522, ingħataw it-taħrig tagħhom biex jużaw l-ispeed guns mill-fornitur tal-apparat kif ukoll minn professjonisti fil-qasam relatat mas-suġġetti indikati hawn taħt. It-taħriġ ġie mogħti kemm fiżikament, virtwalment u anke permezz ta’ dokumentazzjoni.

Speed guns — Linji gwida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux linji gwida kif jintużaw l-ispeed guns?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi waqt illi l-użu ta’ speed guns ilu użat minn membri tal-korp tal-pulizija u allura l-għarfien u l-ħiliet miksuba dwar l-u¿u tal-apparat ilu għal żmien konsiderevoli, dan barra li teżisti informazzjoni mportanti fuq l-użu tal-ispeed cameras li hi aċċessibbli fil-website tal-Korp. L-użu tal-apparat minn uffiċċjali tal-LESA huwa iktar riċenti u huwa wkoll kopert b’linji gwida interni maħruġa apposta għal dan il-għan, permezz ta’ proċeduri operattivi standard dwar is-suġġett.

Speed guns — Kalibrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew ikkalibrati l-ispeed guns u minn min?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-speed gun iġorr it-“type approval” ta’ kumpanija li zviluppat dan l-apparat, fejn jinħareġ ċertifikat ta’ konformita’. L-ispeed guns jiġu ikkalibrati skont ir-rekwiziti legali, u fil-pre¿ent dan isir darba kull sentejn billi l-apparat jintbagħat barra minn Malta għand kumpanija ċertifikata internazzjonalment. Bħalissa, il-kalibrazzjoni qed issir minn kumpanija fejn tintu¿a proċedura iebsa ta’ kalibrazzjoni f’laboratorju akkreditat tal-United Kingdom Accreditation Service (UKAS). Iċ-ċertifikazzjonijiet kollha huma approvati ukoll lokalment mill-MCCAA. Dan l-apparat huwa approvat ukoll mill-Ministru tat-Trasport abba¿i tar-rekwi¿it fl-artikolu 127 tal-Ligi Sussidjarja 65.11, ippublikata fil-Gażżetta tal-Gvern.

Speed guns — Protocols

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi protocols intużaw meta ġew użati l-ispeed guns?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għan huwa li jkunu evitati aktar inċidenti u disgrazzji li jġib miegħu sewqan eċċessiv. Ukoll il-protokolli li jintużaw huma dawk li l-Pulizija u l-Aġenzija jistabilixxu li hu l-aħjar skond kif jitlob is-sit, fejn ikun ser isir l-użu tal-ispeed guns. Dan sintendi jsir abbażi tal-provedimenti tal-Ligi Sussudijarja dwar l-użu ta’ speed guns jew apparat simili kif tipprovidi l-istess liġi.