Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-prodott ‘Energie Shake’ li jintuża minn persuni fuq il-PEG feeding, għadux jingħata fit-tqassim tal-POYC, meta dan l-istess prodott ġie irtirat mill-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-‘Energie Shake’ li tintuża minn persuni fuq il-PEG feeding għaddiet minn kwarantina prekawzjonali bi ftehim mal-fornitur għall-benefiċċju tal-pazjent u għaldaqstant ma baqatx titqassam mill-POYC.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni b’diżabilità severa, li jgħixu mal-familji tagħhom u li huma kompletament dipendenti fuq il-PEG feeding, għadhomx jingħataw l-‘Energie Shake’ bħala ikel tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-POYC m’għadhiex tqassam l-‘Energie Shake’ bħala ikel lill-persuni dipendenti fuq il-PEG feeding u għaldaqstant dawn il-persuni se jkunu qed jingħataw prodott alternattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid għandux rapporti li l-prodott ‘Energie Shake’ li jintuża minn persuni fuq il-PEG feeding, huwiex nutrittiv biżżejjed meta mqabbel ma’ prodotti oħra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jeżistu tipi differenti ta’ ‘Energie Shake’ b’diversi valuri nutrittivi li huma adatti skont il-bżonnijiet tal-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid x’kien il-valur ta’ dawk il-kuntratti tal-bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa fis-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur kien jammonta għal Euro72,163,337.45 excluding VAT.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid min kienu dawk il-kuntratturi ta’ bini ta’ toroq li ġew mogħtija x-xogħol b’direct order matul fis-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinsab fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid x’kien il-valur ta’ dawk il-kuntratti tal-bini ta’ toroq li ġew mogħtija x-xogħol b’direct order matul is-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellabt li l-Valur kien jammonta għal Euro13,721,063.46 excluding VAT.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid kif jikkompara n-numru u l-valur ta’ kuntratti ta’ bini ta’ toroq li kienu mogħtija b’direct order matul is-sena 2023 mas-sentejn ta’ qabel jgħid x’kien il-valur ta’ dawk il-kuntratti tal-bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa fis-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-Pubblikazzjonijiet regolari fil-Gazzetta tal-Gvern fejn jirrigwardja is-snin ta’ qabel. It-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16827.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid kemm minn dawk il-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq matul is-sena 2023 kellhom kuntratt li kienu b’sejħa għall-offerta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 29 kuntrattur li ngħataw kuntratti b’sejħa għall-offerta f’2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid kemm minn dawk il-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq matul is-sena 2023 kellhom kuntratt li kien b’direct order?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 20 kuntrattur li ngħataw Direct Order f’2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14561 u jgħid min kienu l-kuntratturi ta’ bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa matul is-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tinsab fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara li jsiru t-testijiet tal-vetturi, l-uffiċċju tal-Licensing jiġix avżat meta jkunu ġew lifted ir-restrizzjonijiet relattivi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-restrizzjonijiet jiġu rreġistrati fis-sistema kompjuterizzata li tintuża mid-Dipartiment tal-Liċenzji. Għaldaqstant, meta vettura tgħaddi mit-test u r-restrizzjoni tingħalaq fis-sistema, d-Dipartiment tal-Liċenzji ikollu viżibilità mill-ewwel.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jikkompara t-total ta’ paid out claims minn kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali tas-sena 2023 mas-sentejn ta’ qabel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għas-snin 2021 u 2022, l-informazzjoni relatata ma’ paid out claims li ġiet rraportata lill-MFSA hija aggregata għall-klassijiet kollha tal-insurance, u mhijiex limitata għal dik li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali.
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żidiet fl-insurance premia għal inċidenti stradali matul is-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-insurance premia rrelatat ma’ vetturi li ġew irraportati mingħand il-kumpaniji tal-insurance, jammonta hekk:
2021 – EUR 114,861,402
2022 – EUR 122,681,572
2023 – EUR 139,151,769
Minn informazzjoni li tiġbor l-MFSA mingħand il-kumpaniji tal-insurance, l-MFSA tifhem li numru ta’ kumpaniji żiedu l-insurance premia li għandu x’jaqsam ma’ insurance tal-vetturi.
Iż-żidiet ma jikontribwixxux biss għal żieda proġettata f’inċidenti stradali imma wkoll biex jagħmlu tajjeb għal spejjeż oħra li jkollhom effett dirett fuq iż-żieda fl-ammont monetarju tal-claims, bħal pereżempju l-inflazzjoni.
Raġunijiet oħra jinkludu żieda fin-numru ta’ poloz tal-assigurazzjoni tal-vetturi li jirriflettu ż-żieda fin-numru ta’ vetturi ġodda fit-toroq Maltin.