Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel – Priority Pass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il priority pass inħareġ mill-Gozo Channel kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul it-tliet snin li għaddew il-kumpanija Gozo Channel ħarġet dawn il-priority passes: 2021 2022 2023 5 12 12 It-total ma jinkludix; Membri Parlamentari, Membri tal-Parlament Ewropew, Ambaxxaturi, Presidenti Emeritus, eks-Prim Ministri, Isqfijiet, il-pazjenti li jattendu għal-kura tal-kimoterapija f’Malta, il-passiġġiera bi bżonnijiet specjali, u talbiet li jsiru mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-tobba, professuri u speċjalisti li jagħtu s-servizz fl-istess Sptar.

Sptarijiet – Spare bed capacity

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15239 u ċjoè jgħid kemm kienet l-ispare bed capacity ġewwa l-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Mount Carmel u l-Isptar Sir Anthony Mamo kull bidu tax-xahar matul l-2022 u l-2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Pazjenti rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15241 u ċjoè jgħid kemm ġew rikoverati pazjenti xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023 ġewwa l-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – Pazjenti rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15241 u ċjoè jgħid kemm minn dawk il-pazjenti rikoverati xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023 ġewwa l-Isptar Mater Dei huma ta’ nazzjonalità Maltija, kemm minnhom huma barranin u minn liema pajjiżi huma dawk ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Pazjenti rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15241 u ċjoè jgħid kemm minn dawk il-pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei matul is-sena 2022 u s-sena 2023 ħallsu għall kura li ngħatatilhom u x’kien l-ammont totali mħallas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15242 u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rrikorrew għal kull ċentru tas-saħħa f’Malta u Għawdex xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15242 u ċjoè jgħid kemm minn dawk il-persuni li rrikorrew għal kull ċentru tas-saħħa f’Malta u Għawdex xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023, żaru ċ-ċentru tas-saħħa b’appuntament ta’ outpatients?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa b’appuntament ta’ outpatients huwa kif ġej; 2022 - 332,442 persuna 2023 - 376,306 persuna.

Sptarijiet u Residenzi – Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15248 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk tas-settur privat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptarijiet u Residenzi – Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15248 u ċjoè jgħid kemm huma Maltin u kemm barranin u x’nazzjonalità għandhom in-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptarijiet u Residenzi – Infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15247 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li hemm b’kollox 3,617 infermier impjegat fid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru. It-tqassim ta’ dawn l-infermiera skont il-grad u fejn jaħdmu jinsab fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptarijiet u Residenzi – Infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15247 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u r-residenzi kollha individwalment, sew dawk mal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat u jgħid kemm minnhom huma Maltin, kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Każ ta’ awtopsja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei għadu qed jirrifjuta li jħalli lill-familja tagħmel awtopsja fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan tmien xhur wara li ġie nieqes fil-5 ta’ Lulju 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għad-deċiżjoni tal-Qorti.

Talba għal awtopsja privata fuq individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi t-talba tal-familja għal awtopsja privata qed tiġi injorata u x’qed jistenna l-Isptar Mater Dei sabiex jirrilaxxa l-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal dan l-iskop?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17247.

Sptar Mater Dei — Każ ta’ individwu li ġie nieqes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei qed jirrifjuta li jipprovdi lill-familja informazzjoni dwar kif qed jinżamm il-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17247.

Sptar Mater Dei — Każ ta’ individwu li ġie nieqes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei mhux qed iħalli lill-familja tara l-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Kamra Mortwarja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17247.

Każ ta’ individwu li ġie nieqes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu aċċettabbli li sptar pubbliku jirrifjuta kompletament li jikkomunika mal-familjari tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jibqa' jżomm il-katavru tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17247.