Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni dipendenti fuq il-PEG – Ħalib adattat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed ikun hemm ħalib adattat għal min jgħix fuq il-PEG feeding?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ħalib mixtri hu nutrizzjoni kompleta f’forma ta’ likwidu u huwa adattat għal min jgħix fuq il-PEG feeding. Jekk il-pazjent jixtieq xi għajnuna għandu jkellem lill-kliniku.

Persuni dipendenti fuq il-PEG – Prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li min jieħu ħsieb lil min jgħix fuq il-PEG feeding qed ikollu jonfoq mijiet ta’ euro biex jixtri affarijiet li huma nieqsa u li huma tant importanti għal dawn l-individwi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsijijiet Parlamentari Nru. 16982 u 18913.

Mediċini b’xejn mill-ispiżerija ta’ Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi eżerċizzju mill-awtoritajiet konċernati biex jitneħħew persuni minn fuq il-lista ta’ dawk li jieħdu l-mediċini b’xejn mill-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16351.

Sptar Mater Dei – Persuni li huma intitolati għal mediċina b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jinqatgħu persuni minn fuq il-lista ta’ dawk li huma intitolati għal mediċina b’xejn mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, għalkemm ikun ilhom jieħdu din il-mediċina għal numru ta’ snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16351.

Sptar Mater Dei – Tqassim ta’ mediċina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux il-każ li konsulenti mediċi jikkomunikaw mal-awtoritajiet konċernati dwar it-tqassim ta’ mediċini biex jivverifikaw li pazjenti huma intitolati għal xi tip ta’ mediċina?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16351.

Sptar Mount Carmel – Pazjenti f’homes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti tal-Isptar Mount Carmel li qed jiġu trasferiti f’homes hux qed isibu problemi peress li l-kmamar tagħhom mhumiex attrezzati għad-diffikultajiet li huma għandhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti mill-istrateġija tas-Saħħa Mentali, pazjenti bi problemi kroniċi tas-saħħa mentali għandhom kemm jista jkun jirċievu kura ġewwa l-komunità. Għaldaqstant, pazjenti li għaddew minn valutazzjoni u li ġew meqjusa stabbli ġew rilokati f'residenzi tal-komunità mgħammra biex jindirizzaw ir-rekwiżiti kliniċi tagħhom.

Sptar Mount Carmel – Sptar ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-pjan li ma jibnix sptar ġdid meta jaf li l-Isptar Mount Carmel qed jiffaċċja problemi strutturali kbar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif diġa spjegajt kemm f’dan il-Parlament kif ukoll barra, il-pjan hu li fejn hu possibbli u fuq parir tal-professjonisti, il-persuni b’problemi ta’ saħħa mentali għandhom ikomplu jieħdu l-kura fil-kommunità dejjem taħt is-sorveljanza kontinwa tal-professjonisti. Ġewwa l-Isptar Mater Dei, ser ikun hemm żona bl-iktar mezzi moderni u tal-aħħar teknologija biex tingħata kura lill-pazjenti bi problemi akuti fis-saħħa mentali.

Sptar Mount Carmel – Pazjenti f’homes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li pazjenti tal-Isptar Mount Carmel qed jinħarġu minn dan l-isptar u jintbagħtu f’homes diversi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-pass sar bħala parti mill-proċess li ilu li beda diversi snin fejn il-pazjenti li l-marda tagħhom psikjatrika ġiet ikkontrollata iżda minħabba ċertu raġunijiet ma jistgħux jgħixu indipendenti.

Sptar Mount Carmel – Pazjenti f’homes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti tal-Isptar Mount Carmel li qed jiġu trasferiti f’homes humiex jirċievu trattament speċjalizzat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-pazjenti qed jingħataw kura inkluż dik speċjalizzata tal-psikjatrija skont il-bżonn individwali tagħhom.

Sptar Mount Carmel – Pazjenti f’homes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti tal-Isptar Mount Carmel li qed jiġu trasferiti f’homes hux ikollhom żjarat minn professjonisti u jekk iva kull meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dawn il-pazjenti qed jiġu invistati mill-professjonisti jew fil-homes stess, jew fil-kliniċi tas-saħħa mentali jew fil-kommunità skond il-bżonnijiet tagħhom.