Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ċirkulari jew policy guidance maħruġa dwar il-kaċċa fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) toħroġ gwidi u informazzjoni relatati mal-kaċċa. Dawn ġew jiġu ppubblikati u huma aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-WBRU: https://wbru.gov.mt/rizorsi/informazzjoni/
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx xi bidla fil-policy jew fil-proċeduri relatati mal-ħruġ tal-liċenzji għall-kaċċa matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu indikat, ma sar l-ebda tibdil fil-policy jew proċeduri li jirregolaw il-ħruġ tal-liċenzji tal-kaċċa. Il-liċenzji baqgħu jinħarġu skont il-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji qegħdin jintużaw bħalissa għall-ħruġ jew tiġdid ta’ liċenzji għall-kaċċa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tiġġedded il-liċenzja ġenerali għall-kaċċa li tkun se tiskadi, huwa meħtieġ li wieħed ikollu l-liċenzja valida (li mhix sospiża jew revokata), jħallas il-ħlas dovut bil-liġi, jkollu s-sħubija ma’ organizzazzjoni li tirrappreżenta persuni liċenzjati għall-kaċċa - li tinkludi polza ta’ assigurazzjoni li tkopri ħsara lil terzi jew lill-proprjetà tagħhom - kif ukoll il-liċenzji maħruġa mill-Pulizija, imġedda għal dik is-sena. Fir-rigward tal-liċenzji ġodda tal-kaċċa, il-vetting ta’ min ikun eliġibbli biex ipoġġi għall-eżami jsir mill-Pulizija. Ladarba dawk approvati mill-Pulizija jgħaddu mill-eżami organizzat mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU), il-liċenzja rispettiva tinħareġ biss wara li jitħallas il-ħlas dovut bil-liġi, tiġi ppreżentata prova ta’ sħubija ma’ organizzazzjoni li tirrappreżenta persuni liċenzjati għall-kaċċa, li tinkludi polza ta’ assigurazzjoni li tkopri ħsara lil terzi jew lill-proprjetà tagħhom, kif ukoll prova li jkunu tħallsu l-liċenzji tal-Pulizija għall-ġarr tal-armi, imġedda għal dik is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal-liċenzja għall-kaċċa ġiet:
i. approvata;
ii. rifjutata;
iii. jew għadha pendenti
matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu inkwistjoni ġew riferuti - mill-Uffiċċju tal-Armi tal-Pulizija - 47 persuna biex jagħmlu l-eżamijiet tal-kaċċa; 23 għall-kaċċa tal-għasafar minn fuq l-art, wieħed għall-kaċċa tal-għasafar minn fuq il-baħar, u 23 għall-kaċċa tal-fenek selvaġġ. Dawn il-persuni poġġew għall-eżamijiet rispettivi. 18 għaddew mill-eżami filwaqt li 29 ma għaddewx jew m’ attendewx għall-eżami u se jiġu msejħa sabiex jerġgħu jagħmlu r-resit tal-eżami mas-seduta li jmiss. Il-vetting tal-applikanti jsir mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u l-persuni kollha approvati mill-Pulizija jiġu msejħa sabiex jagħmlu l-eżami mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mil-liċenzji għall-kaċċa nħarġu lil:
i. first-time applicants;
ii. persuni li ġeddew il-liċenzja;
iii. ċittadini Maltin; u
iv. ċittadini barranin residenti Malta
matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hawn taħt għandu jsib l-istatistika mitluba għax-xhur ta’ Frar, Marzu, April u Mejju 2026:
Kategorija
Numru
First time applicants
47
Persuni li ġeddew il-liċenzja
9,418
Ċittadini Maltin
9,417
Ċittadini barranin residenti f’Malta
1
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru totali ta’ persuni li għandhom liċenzja għall-kaċċa valida bħalissa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ liċenzji tal-kaċċa validi attwalment huwa kif ġej:
Kaċċa għall-għasafar minn fuq l-art – 9,004
Kaċċa għall-għasafar minn fuq il-baħar - 293
Kaċċa għall-fenek selvaġġ – 3,148
Għalkemm it-total ta’ liċenzji ġenerali jammonta għal 12,445, l-ammont ta’ kaċċaturi huwa inqas għaliex kaċċatur jista’ jkollu aktar minn liċenzja ġenerali waħda
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għall-kaċċa matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra għall-perjodu inkwistjoni. Il-liċenzji jinħarġu wara li l-applikanti jkunu għaddew mill-eżami tal-kaċċa u ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha previsti mil-leġiżlazzjoni applikabbli.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il vacancy oħra bħalissa mal-Gvern hemm approvata biex timtela matul ix-xhur li ġejjin?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-proċess tal-mili tal-vakanzi fi ħdan is-Servizz Pubbliku, li, bħal f’kull organizazzjoni huwa prerogattiva tal-Management, huwa kontinwu, ntiz sabiex jiġu ndirizzati is-diversi ħtiġijiet li jqumu, minn żmien għal żmien, fis-Servizz Pubbliku, bħala l-organizazzjoni tant, u l-iktar, versatili.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti breakdown ta’ dawk l-ingaġġi mal-Gvern li saru fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026 skont kull ministeru u entità governattiva?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fost dawk l-ingaġġi mal-Gvern li saru fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026 kienx hemm persuni li qabel kienu impjegati ma’ xi partit politiku, segretarjat jew persuni ta’ fiduċja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġi mal-Gvern isiru skont il-proċeduri u r-regolamenti applikabbli. Il-fatt li persuna setgħet ħadmet ma’ partit politiku, segretarjat jew f’pożizzjoni ta’ fiduċja ma jfissirx li għandha tiġi eskluża minn opportunità ta’ impjieg mal-Gvern.
Inzid ukoll li l-ġbir apposta ta’ informazzjoni dwar rabtiet politiċi preċedenti ta’ impjegati jista’ jqajjem kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tad-data personali, partikolarment fejn tali informazzjoni tista’ tikxef opinjonijiet politiċi.
Il-Gvern għandu l-obbligu li jirrispetta l-privatezza tal-impjegati tiegħu u jiżgura li kull ipproċessar ta’ data personali jsir skont il-liġi.
A kuntrarju ta’ kif ħadmu amministrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, ma’ dan il-Gvern jaħdem kulħadd u l-individwi jiġu evalwati fuq il-mertu tagħhom u mhux skont il-passat politiku tagħhom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża annwali stmata għall-pagi u allowances relatati ma’ dawk l-ingaġġi mal-Gvern li saru fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif ġa weġibt f’mistoqsija parlamentari nru 289 ,344 persuna temmew l-impieg tagħhom fis-Settur Pubbliku filwaqt li ġew ingaġġati 530 persuna il-maġġorparti fis-setturi tal-edukazzjoni, s-saħħa u s-sigurta.Ninsab nfurmat li l-ispiża annwali netta għall-ingaġġ ta’dawn il-ħaddiema tammonta għall-€4,695,093.25.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk l-ingaġġi mal-Gvern li saru fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026 kienu jinvolvu kuntratti definiti u kemm minnhom jinvolvu kuntratti permanenti?
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-grad, il-pożizzjoni u l-ministeru jew entità fejn ġew assenjati dawk il-persuni li ġew impjegati mal-Gvern fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li ġew impjegati mal-Gvern fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April u Mejju 2026 ġew ingaġġati permezz ta’ sejħa pubblika u kemm ġew ingaġġati mingħajr sejħa pubblika?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-impjiegi mal-Gvern li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju 2026 kienu:
i. full-time;
ii. part-time;
iii. positions of trust; u
iv. direct orders jew direct engagement?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-persuni li ġew ingaġġati mas-Settur Pubbliku bejn Frar u Mejju 2026 , ġew ingaġġati kif ġej:
Numru ta' Impjegati- Tip ta' Ingaġġ
Xhur
Full time
Part-Time
Positions of Trust
Direct orders/Direct Engagement
Total
Frar
110
4
18
8
140
Marzu
126
8
12
5
151
April
133
11
13
8
165
Mejju
67
0
1
6
74
Total
436
23
44
27
530
Impjiegi mal-Gvern u entitajiet governattivi – Lista dettaljata
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-impjiegi kollha li ngħataw mal-Gvern, ministeri, segretarjati parlamentari, awtoritajiet u entitajiet pubbliċi matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Persuni impjegati mal-Gvern u entitajiet governattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Gvern jew ma’ entitajiet governattivi matul ix-xhur ta’ Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li bejn Frar u Mejju 2026 spiċċaw 344 persuna mill-impieg tagħhom fis-Settur Pubbliku, filwaqt li ġew ingaġġati 530 persuna , l-parti kbira tagħhom daħlu jaħdmu fis-setturi tas-saħħa, sigurta u l-edukazzjoni.
Elezzjoni Ġenerali 2026 – Persuni li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija permezz ta’ programmi ta’ investiment
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni kisbu ċ-ċittadinanza Maltija f’dawn l-aħħar għaxar snin permezz ta’ programmi ta’ investiment u jekk dawn kinux eliġibbli biex jivvutaw fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru. Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.
Kummissjoni Elettorali – Votanti reġistrati – Pajjiż tat-twelid
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali żżommx data dwar il-pajjiż tat-twelid tal-votanti reġistrati?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru. Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi statistika dwar iż-żieda fil-votanti reġistrati matul l-aħħar għaxar snin, inkluż kemm minnhom kienu ċittadini naturalizzati?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru. Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.