Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjonijiet — Makkinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jistgħux jiġu mixtrija iktar parts (għax ġew obsolete) għall-makkinarju biex jagħmel l-operazzjonijiet li sewa EUR190,000 u li qatt ma ħadem?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19174.

Faċilità San Vinċenz de Paule — Ward Kristu Re - Wall mounted oxygen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex fil-Ward Kristu Re fil-Faċilità San Vinċenz De Paule jiġi installat wall mounted oxygen?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19126.

Faċilità San Vinċenz de Paule — Ward Kristu Re - Wall mounted oxygen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġiex installat wall mounted oxygen fil-Ward Kristu Re fil-Faċilità San Vinċenz De Paule meta din il-ward għadha kif kellha rinnovazzjoni sħiħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19126.

Settur Mediku — Staff

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15096 u 17518 u ċjoè jgħid kemm mill-ħaddiema fis-settur mediku huma mal-Gvern, kemm minnhom huma mal-privat u kemm minnhom jaħdmu kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptarijiet u Residenzi — Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15248 u 17519 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk tas-settur privat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptarijiet u Residenzi — Tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15248 u 17520 u ċjoè jgħid kemm huma Maltin u kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom in-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptarijiet u Residenzi — Infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15247 u 17522 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u r-residenzi kollha individwalment, sew dawk mal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat u jgħid kemm minnhom huma Maltin, kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Faċilità San Vinċenz de Paule — Ward Kristu Re - Wall mounted oxygen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ward Kristu Re fil-Faċilità San Vinċenz De Paule hemmx wall mounted oxygen?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħames wards li hemm fil-Blokka Kristu Re’ huma mgħammra b’wall-mounted oxygen points.

Sptar Mater Dei – Persuni li huma intitolati għal mediċina b’xejn — Lista

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li tneħħew minn fuq il-lista ta’ dawk li huma ntitolati għal mediċina b’xejn mill-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16351.

Tankijiet tal-asbestos — Residenzi privati - Ċensiment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18841 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk qattx sar ċensiment dwar kemm għad hawn tankijiet tal-asbestos f’residenzi privati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos – Prekawzjonijiet meta jitwaqqgħu djar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18843 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk hux qed jittieħdu prekawzjonijiet meta jitwaqqgħu djar li fihom ikun għad hemm tankijiet tal-asbestos?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos – Ħaddiema tal-kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18844 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni jiġux mgħarrfa dwar il-periklu li jista’ jinħoloq meta jkunu qed jinqalgħu tankijiet tal-asbestos?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos — Prekawzjonijiet qabel jitwaqqgħu djar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18845 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid xi prekawzjonijiet qed jittieħdu qabel ma titwaqqa’ dar li jinstab li fiha hemm tankijiet tal-asbestos?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos — Ħaddiema professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18846 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità u jgħid jekk meta jinstabu tankijiet tal-asbestos humiex jissejħu timijiet ta’ ħaddiema professjonali li jafu kif jiddisponu minn dan il-materjal tant perikoluż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.