Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nursing — Studenti li qed jispiċċaw il-kors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenti li mhumiex minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, li qed jispiċċaw il-kors tan-nursing hawn Malta, mhux qed jiġu aċċettati għax-xogħol?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mhux il-każ, tant li ħarġet sejħa għall-applikanti li huma ta’ nazzjonalità mhux fi stati membri tal-Unjoni Ewropea u li kkonkludew il-kors tan-nursing f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea inkluż naturalment Malta.

Nurses — Studenti minn barra l-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenti minn barra l-Unjoni Ewropea li qed jistudjaw hawn Malta, mhumiex jiġu aċċettati fl-impjieg meta l-Ministeru tas-Saħħa qed jimpjega diversi nurses minn pajjiżi terzi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19967.

Safar fuq mard — Pazjenti u l-familjari tagħhom - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus globalment fuq pazjenti u l-familjari tagħhom li ġew mibgħuta l-Ingilterra biex jirċievu l-kura matul is-snin 2022 u 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li nefqa fuq pazjenti u l-familjari tagħhom li ġew mibgħuta l-Ingilterra biex jirċievu l-kura hi kif ġejja: matul l-2022 in-nefqa kienet €6,778,603.87; u fl-2023 in-nefqa kienet €6,482,758.62.

Safar fuq mard — Sorijiet f’Londra - Ħlas għall-ospitalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Gvern ħallas lis-sorijiet f’Londra biex jospitaw pazjenti u l-familjari tagħhom fis-snin 2022 u 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Gvern għamel dawn il-ħlasijiet lis-sorijiet f’Londra biex jospitaw pazjenti u l-familjari tagħhom: fl-2022 il-ħlas kien jammonta għal €317,960.62; u fl-2023 il-ħlas kien jammonta għal €264,412.75.

Safar fuq mard — Puttinu Cares - Ħlas għall-ospitalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Gvern ħallas lil Puttinu Cares biex jospitaw pazjenti u l-familjari tagħhom fir-residenzi tagħhom fl-Ingilterra fis-snin 2022 u 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Gvern għamel dawn il-ħlasijiet lil Puttinu Cares biex jospitaw pazjenti u l-familjari tagħhom fir-residenzi tagħhom fl-Ingilterra: fl-2022 il-ħlas kien jammonta għal €692,372.24; filwaqt li fl-2023 il-ħlas kien jammonta għal €675,477.19.

Tankijiet tal-asbestos — Residenzi privati - Ċensiment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18841 u 19116 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar rispettivament u jgħid jekk qattx sar ċensiment dwar kemm għad hawn tankijiet tal-asbestos f’residenzi privati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos — Prekawzjonijiet meta jitwaqqgħu djar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18843 u 19117 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar rispettivament u jgħid jekk hux qed jittieħdu prekawzjonijiet meta jitwaqqgħu djar li fihom ikun għad hemm tankijiet tal-asbestos?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos — Periklu għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18844 u 19118 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar rispettivament u jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni jiġux mgħarrfa dwar il-periklu li jista’ jinħoloq meta jkunu qed jinqalgħu tankijiet tal-asbestos?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos — Rimi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18849 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid fejn jintremew it-tankijiet tal-asbestos meta dawn jinqalgħu minn fuq bjut ta’ residenzi privati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ventilators mit-Turkija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ventilators mixtrija mit-Turkija humiex qegħdin mitluqa fis-sular ta’ isfel u ma jistgħux jintużaw peress li l-istruzzjonijiet għalihom huma bil-lingwa Torka?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19176.

Tankijiet tal-asbestos – Tneħħija minn residenzi privati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x’jiġri mill-materjal meta jinqalgħu tankijiet tal-asbestos minn fuq il-bjut ta’ residenzi privati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tankijiet tal-asbestos – Proċeduri għar-rimi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid xi proċeduri jintużaw biex jintremew it-tankijiet tal-asbestos?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sptar Mater Dei – Alternattiva għal nuqqas ta’ maskri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex meta kien hemm nuqqas ta’ maskri għall-wiċċ kollu fl-Isptar Mater Dei, ma ġietx provduta xi alternattiva?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19171.

Nurses mill-Indja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu nurses mill-Indja li kif appena jidħlu Malta, isibu ruħhom fil-wards mal-pazjenti minkejja li ma jkunux jafu kelma waħda bl-Ingliż?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-infermiera li huma Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u li jiġu impjegati mas-Servizz Pubbliku għandhom ikunu reġistrati mal-Kunsill Malti tal-Infermiera u l-Qwiebel, li tali Kunsill jeħtieġ li dawn l-applikanti jkollhom l-Ingliż, kif inhu imniżżel fis-sit elettroniku ta’ dan il-Kunsill. Barra minn hekk, dawn is-sejħiet ta’ applikazzjonijiet sabiex dawn ikunu impjegati bħala Infermiera jeħtieġu wkoll dan li ġej: - jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fin-Nursing ġiet segwita bil-lingwa Ingliża; Jew - jipprovdu, sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad C, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati; Jew - billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikat full-time bħala infermiera rreġistrata fir-Renju Unit jew l-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellem bl-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u/jew uffiċjali.