Testijiet tas-Sewqan – stennija ta’ tmien ġimgħat jew aktar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istennija ta’ tmien ġimgħat jew iktar, biex isir test tas-sewqan hijiex xi ħaġa normali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi normalment iż-żmien ta’ stennija għat-testijiet tas-sewqan ikun bejn sitta u tmien ġimgħat, iżda dan jista’ jvarja minn diversi fatturi, fosthom l-ammont konsiderevoli ta’ applikazzjonijiet li l-Awtorità tirċievi minn żmien għal żmien u li jaffettwa l-operat tad-dipartiment ikkonċernat.
Testijiet tas-Sewqan – raġuni għad-dewmien u stennija twila
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni tad-dewmien u stennija twila biex persuna tagħmel test tas-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dewmien għat-testijiet tas-sewqan jirriżulta minn diversi fatturi fosthom:
• l-ammont konsiderevoli ta’ applikazzjonijiet li l-Awtorità tirċievi minn żmien għal żmien;
• il-fatt li f’ dawn iż-żminijiet tas-sajf ikun hemm żieda fl-applikazzjonijiet għat-testijiet tas-sewqan;
• l-eżaminaturi jaħdmu bil-ħinijiet ridotti tas-sajf u għalhekk isiru ammont ta’ testijiet inqas.
Xufiera tat-trakkijiet tal-linja li fallew it-test tas-sewqan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xufiera tat-trakkijiet tal-linja li jkunu fallew it-test tas-sewqan għall-erbgħa jew ħames darbiet għadhomx jitħallew fit-triq isuqu r-rotot pubbliċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Xufiera li fallew it-test tas-sewqan li ġew mibgħuta Sqallija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’Ġunju li għadda ntbagħtux żewġ gruppi ta’ xufiera li jammontaw għal kważi 90 ruħ, fi Sqallija wara li għamlu t-test tas-sewqan erbgħa jew ħames darbiet u ma għaddewx?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta toħroġ biss permessi lix-xufiera li m’humiex mill-Unjoni Ewropea li jissodisfaw ir-regolament 5 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.18 ‘Regolamenti dwar Liċenzi għas-Sewqan ta’ Vetturi bil-Mutur’; kif ukoll sezzjoni 3 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56 ‘Regolamenti Dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri’.
Xufiera li fallew it-test tas-sewqan li ġew mibgħuta Sqallija — Liċenzja proviżorja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera li fallew it-test tas-sewqan u li ġew mibgħuta Sqallija, terġax tinbdilhom is-sena tal-liċenzja hekk imsejjħa proviżorja biex isuqu t-trakkijiet tal-linja fuq ir-rotot Maltin meta jiġu lura minn Sqallija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20561.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tammonta l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jammontaw l-kirjiet li l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa Pembroke u kemm tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa l-Belt Valletta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha persuni jaħdmu magħha l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li huma mħallsin mill-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu direct orders l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma taw l-ebda direct order lill-organizzazzjoni volontarja msemmija fil-mistoqsija.
Trasport pubbliku — Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xufiera li mhumiex mill-Unjoni Ewropea hux qed jitħallew isuqu trakkijiet tal-linja meta ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea humiex jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena għalkemm ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri meta xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena, u meta din is-sena tiskadi jibqgħu ma jgħaddux mit-test tas-sewqan repetutament? Jista’ jgħid jekk hemmx xi sistema kif dawn ikunu jistgħu jibqgħu jsuqu t-trakkijiet tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea li qed jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena u li jibqgħu ma jgħaddux mit-test tas-sewqan, humiex jintbagħtu Sqallija biex meta jiġu lura terġa’ tibda tgħodd sena oħra għal liċenzja temporanja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Public Transport hix tħallas l-ispejjeż ta’ vjaġġ u trasport biex xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea u li ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan jintbagħtu Sqallija biex meta jiġu lura jkunu jistgħu jirċievu liċenzja temporanja oħra għal sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-time frames għall-bini tal-Isptar ġdid ta’ Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-time frame biex il-proġett kollu jkun lest hu ta’ bejn 5 u 7 snin, jiddependi jekk ikunx hemm dewmien fil-proċessar u fl-appelli tat-tenders.