Legislature:
Category:
Reset
Active:

Organizzazzjoni volontarja — Ħlas għall-proprjetajiet f’Pembroke u fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20501 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm jammontaw il-kirjiet li l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa Pembroke u kemm tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa l-Belt Valletta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha ngħataw separatament qed tħallas €558.38 kull sena ta’ proprjetà li għandha f’Pembroke. Fir-rigward tal-proprjetà li għandhom fil-Belt Valletta jħallsu kirja ta' €2.68 fis-sena li kienet ingħatat lura fl-1994 permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari għall-prezz ta’ Lm1 fis-sena li jiġi rivedut.

Organizzazzjoni volontarja — Obbligazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20499 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm tammonta l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni tuża s-servizzi mediċi tar-Red Cross Malta Society f’Ħal Far Immigration Reception Centre. Dan is-servizz huwa kopert b’kuntratt liema rati huma kif huma indikati fit-tabella t’hawn taħt. Bir-rati msemmija hawn taħt, apparti s-servizzi mediċi Red Cross ifornu wkoll l-apparat mediku tal-klinika u jassistu wkoll f’servizzi oħrajn mal-immigranti fosthom tar-Restoring Family Links u parti mil-loġistika tal-Migrant Health Service. Dan kollu hu inkluż fil-ħlas imsemmi fit-tabelli hawn taħt. MONDAY TO SATURDAY DESIGNATION QTY Per Day NO. OF HOURS Per Day RATE Per Hour TOTAL Per Day DAY NURSE 1 12 € 15.00 € 180.00 NIGHT NURSE 1 12 € 15.00 € 180.00 COMPLIMENTARY DAY STAFF 2 12 € 12.00 € 288.00 COMPLIMENTARY NIGHT STAFF 1 12 € 12.00 € 144.00 MANAGEMENT 1 N/A €157.14 € 157.14 SUNDAYS & PUBLIC HOLIDAYS DESIGNATION QTY Per Day NO. OF HOURS Per Day RATE Per Hour TOTAL Per Day DAY NURSE 1 12 € 19.00 € 228.00 NIGHT NURSE 1 12 € 19.00 € 228.00 COMPLIMENTARY DAY STAFF 2 12 € 12.00 € 288.00 COMPLIMENTARY NIGHT STAFF 1 12 € 12.00 € 144.00 MANAGEMENT 1 N/A €157.14 €157.14

Sptar Mater Dei — Bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tal-istaff

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20808, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ngaġġati mal-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà weġibt qabel, infurmat li kull min jersaq biex jiġi impjegat mas-Servizz Pubbliku, il-Bord tal-Għażla għandu fost l-oħrajn ir-responsabilità li jawtentika ċ-ċertifikati kollha li jkollu l-applikant.

Sptar Karin Grech — Bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tal-istaff

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20809, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ngaġġati mal-Isptar Karin Grech?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20870.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tal-istaff

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20810, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ngaġġati mal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20870.

Faċilità San Vincenz de Paul — Bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tal-istaff

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20811, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ngaġġati mal-Faċilità San Vincenz de Paul?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20870.

Bereġ tas-Saħħa — Bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tal-istaff

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20812, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord responsabbli biex jawtentikaw iċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ngaġġati mad-diversi Bereġ tas-Saħħa (polyclinics) f’Malta u Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20870.

Organizzazzjoni volontarja — Obbligazzjoni finanzjarja

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20499 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u tgħid kemm tammonta l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika meta qed jirreferi għall-"obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja".

Sptar Mater Dei — Ċertifikati tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor, li huma ingaġġati mal-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li persuni li huma ngaġġati mas-Servizz Pubbliku jkollhom iċ-ċertifikati awtentikati waqt il-proċess tal-selezzjoni.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Ċertifikati tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor, li huma ingaġġati mal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20808.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Ċertifikati tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor, li huma ingaġġati mal-Faċilità San Vinċenz de Paul?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20808.

Bereġ tas-Saħħa — Ċertifikati tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ingaġġati mad-diversi Bereġ tas-Saħħa (polyclinics) f’Malta u Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20808.

Djar tal-Anzjani — Ċertifikati tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jawtentika ċ-ċertifikati tan-nurses, carers u kwalunkwe staff ieħor li huma ingaġġati mad-diversi Djar tal-Anzjani f’Malta u Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20808.

Xufiera tat-trakkijiet tal-linja minn barra l-Unjoni Ewropea li fallew it-test tas-sewqan — Ħlas għall-vjaġġ u t-trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-29 ta’ Ġunju l-Malta Public Transport tellgħetx grupp ta’ madwar 42 xufier tat-trakkijiet tal-linja li weħlu mit-testijiet tas-sewqan, ilkoll minn barra l-Unjoni Ewropea, u ħallsitilhom kollox inkluż il-vjaġġ u t-trasport?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, lil hinn mill-obbligi regolatorji, l-operat intern tal-Malta Public Transport (li hija kumpanija privata) ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta.

Xufiera tat-trakkijiet tal-linja minn barra l-Unjoni Ewropea li fallew it-test tas-sewqan — Liċenzja proviżorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-21 ta’ Ġunju l-Malta Public Transport tellgħetx grupp ta’ madwar 50 xufier tat-trakkijiet tal-linja li weħlu mit-testijiet tas-sewqan, ilkoll minn barra l-Unjoni Ewropea, biex meta jiġu lura tingħatalhom sena oħra ta’ liċenzja proviżorja fis-sewqan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20563.

Xufiera tat-trakkijiet tal-linja li fallew it-test tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dak li qed isir mix-xufiera tat-trakkijiet tal-linja meta jibqgħu jsuqu għalkemm ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan, huwiex ta’ periklu serju għall-passiġġieri u l-bypassers fuq it-toroq tagħna?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Testijiet tas-Sewqan – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx lista twila ta’ persuni jistennew biex jagħmlu t-test tas-sewqan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-kategorija tal-muturi (Kategorija A) u tal-vetturi żgħar (Kategorija B) hemm stennija ta’ madwar disgħa ġimgħat, filwaqt li għall-kategoriji tat-trakkijiet (Kategoriji C u D) hemm stennija ta’ madwar tnax il-ġimgħa.