Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20348 u jgħid jekk il-Malta Public Transport hix tħallas l-ispejjeż ta’ vjaġġ u trasport biex xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea u li ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan jintbagħtu Sqallija biex meta jiġu lura jkunu jistgħu jirċievu liċenzja temporanja oħra għal sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operat intern tal-kumpanija privata Malta Public Transport ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm xarabanks elettriċi fil-flotta Maltija sa issa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-flotta tal-karozzi tal-linja li jaħdmu għas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda hemm erbgħa u tletin karrozza tal-linja li jaħdmu bl-elettriku.
Fid-dawl tal-miri ambjentali kemm tal-pajjiż kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku hux ser tintlaħaq sal-aħħar tal-2025 kif imwiegħed?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku humiex apparti n-numru ta’ xarabanks elettriċi li diġà għandna fil-pajjiż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22992 jista’ l-Ministru jgħid f'liema jum u xahar daħlu dawn l-ilmenti dwar l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kif ġew investigati? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) kkonsultatx entitajiet u awtoritajiet oħra fl-investigazzjoni tagħha u liema kienu dawn l-entitajiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFHEA tinvestiga kull każ skont il-merti distinti tiegħu. Infurmat li l-ilmenti kollha saru matul din is-sena.
Università ta’ Malta — Korsijiet bi stipendju addizzjonali - Admissions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fil-korsijiet tal-Università ta’ Malta li fl-aħħar ħames snin kellhom stipendju addizzjonali (prescribed courses)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) kemm irċeviet ilmenti dwar l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bejn Settembru 2023 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-MFHEA rċeviet għaxar (10) ilmenti rigward l-entità msemmija.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' meta daħlu l-ilmenti li rċieva l-Kunsill Mediku dwar l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bejn Settembru 2023 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif ġiet investigata mill-istess Kunsill Mediku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Faċilità San Vincenz de Paule — Ward Kristu Re - Wall mounted oxygen
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19126 fejn il-Ministru informa li l-ħames wards li hemm fil-Blokka Kristu Re fil-Faċilità San Vincenz De Paule huma mgħammra b’wall mounted oxygen points, jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-lum dawn il-wall mounted oxygen points humiex jaħdmu jew jintużaw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-ħames swali msemmija hawn fuq huma mgħammra b’ossiġnu mmuntat mal-ħajt. Bħalissa qed nagħmlu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq is-sistema tal-ossiġnu f’dawn is-swali kollha. Dan il-proċess jinvolvi l-għeluq tal-pajpijiet tal-ossiġnu mediku sakemm jitlesta dan ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina għall-pressjoni għolja Candesartan Cilexetil hijiex ideali għall-pazjenti peress li din ġġiegħel lil ċerti pazjenti jħossuhom ma jifilħux? Jista’ jgħid ukoll għaliex dawn il-pazjenti ntalbu jmorru jixtru l-mediċina huma għax dak li kienu qed jieħdu huma, hija out-of-stock?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-mediċina Candesartan tinxtara skont speċifikazzjoni klinika. Hemm żewġ dożi. Doża minnhom hija disponibli u d-doża l-oħra għanda tasal illum.
Għar-rigward jekk il-mediċina hijiex ideali għal pazjent jew le, hija f’idejn il-konsulent rispettiv tal-pazjent li jaċċerta l-aħjar mediċina għall-pazjent.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16308 fejn il-Ministru wieġeb li l-mediċina Stellara ġiet approvata biex tidħol fil-formularju skont protokoll, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-mediċina hijiex għad-dispożizzjoni ta’ dawk il-pazjenti li għandhom bżonnha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-mediċina tkun għad-dispożizzjoni għall-pazjenti meta l-evalwazzjoni tat-tender tkun pożittiva.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina għall-cholesterol Rosuvatin tat-200mg għadhiex out of stock? Jista’ jgħid ukoll jekk pazjenti li jieħdu din il-mediċina kellhomx imorru jixtruha minħabba l-fatt li kienet out of stock?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-mediċina Rosuvatin tat-200mg hija disponibli.
Fid-dawl li l-Università, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatat liċenzja temporanja biex tkompli bil-ħidma tagħha, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Malta Medical Council f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Mediku qatt ma rċieva applikazzjoniet mingħand tobba li ggradwaw minn din l-università.
F’din l-eventwalità l-Kunsill jikkonsidra l-applikazzjoni bl-istess mod kif jiġu ttrattati applikazzjonijiet minn universitajiet oħra barra l-UE.
Università ta’ Malta — Korsijiet bi stipendju addizzjonali - Admissions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fil-korsijiet tal-Università ta’ Malta li fl-aħħar ħames snin kellhom stipendju addizzjonali (prescribed courses)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20498 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm ingħataw fondi lill-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2019 u Settembru 2024, l-organizzazzjoni volontarja msemmija ingħatat total ta’ €3,664,701 li jkopru servizzi ta’ Lifeguards f’diversi bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, u First Aid Ambulance waqt avvenimenti li torganizza l-MTA.