Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u l-Iżrael
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti l-Iżrael għal kura, bis-saħħa tal-Memorandum of Understanding li kien iffirmat f’Ottubru tal-2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma ġewx mibgħuta pazjenti għall-kura fl-Iżrael.
Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u l-Iżrael
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm ntbagħtu pazjenti l-Iżrael għal kura, bis-saħħa tal-Memorandum of Understanding li kien iffirmat f’Ottubru tal-2013?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Att dwar is-Saħħa — Servizzi/benefitċċji u Spiża u tariffi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25233 u jelenka l-ispiża u/jew it-tariffi aġġornati marbuta ma’ kull benefiċċju, servizz, intervent u trattament hekk kif provdut fl-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tariffi marbuta mas-servizzi, interventi u trattamenti jinsabu fl-Avviż Legali numru 105/2024 li kopja diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25172 u jgħid kemm ġew rikoverati persuni fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25173 u jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni li ġew rikoverati fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25174 u jgħid f’liema faxxa ta’ età kienu l-persuni li ġew rikoverati fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-bżonn li jinbidlu jew jitranġaw xi affarijiet eżistenti fil-Paola Hub għax intelqu jew ma ġewx utilizzati u allura saritilhom il-ħsara, biex ikun jista’ jiftaħ partijiet mill-Paola Hub sa Ġunju li ġej?
Paola Hub — Żewġ swali tal-operazzjonijiet li jridu jerġgħu jsiru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Paola Hub hemmx żewġ swali tal-operazzjonijiet li jridu jerġgħu jinqalgħu għax ma sarux “according to the required standards”?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ swali ta operazzjonijiet li hemm fil-Paola Hub, ġew installati skond l-istandards u x-xogħol li fadal huwa parti miċ-ċertifikazzjoni li qegħdin jiġu magħluqa biex il-binja tista’ tinfetaħ.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema faxxa ta’ età kienu l-persuni li ġew rikoverati fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ġew ammessi (admitted) fl-isptar Mater Dei fis-sena 2024 kien ta’ 104,886 pazjent. Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi xahar b’xahar u l-faxex ta’ età ta’ dawn il-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25228 fl-intier tagħha u jgħid kemm kien il-kontribut tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għal kull attività elenkata fl-istess tweġiba?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25228 il-fondi kienu allokati b’dan il mod.
Għaqdiet Komunitarji
€65,250
Kunsilli Lokali
€56,900
Parroċċi
€10,750
Organizzazzjonijiet Volontarji
€71,900
Soċjetajiet u Għaqdiet mużikali
€17,000
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23490 u ċjoè: Fid-dawl tal-miri ambjentali kemm tal-pajjiż kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku hux ser tintlaħaq sal-aħħar tal-2025 kif imwiegħed?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġu evalwati l-aspetti kollha neċessarji, li jistgħu jiġu affetwati mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23491 u jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku humiex apparti n-numru ta’ xarabanks elettriċi li diġà għandna fil-pajjiż?