MCCAA — Food supplement - Proċeduri ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29077 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x’inhi l-proċedura biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) jiġi rreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
MCCAA — Food supplement - Proċeduri ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) jiġi rreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Food supplement — Parametri u ċertifikazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-parametri u ċ-ċertifikazzjonijiet mitluba lill-aġent biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) li jkun ser jiġi rreġistrat jiġi vverifikat b’tali mod li tiġi żgurata l-kwalità u s-serjetà tal-prodott?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġiex irreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx infurmat li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kienx qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u wkoll minn pajjiżi barra mill-istess Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta kien infurmat (jekk fil-pożittiv) li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kien qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetaħx il-kors għal Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jinkiseb iċ-ċertifikat neċessarju, il-ħaddiema minn Skala 13 jitilgħu għal Skala 12?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ preskrizzjonijiet li ħarġu għal pazjenti Ozempic (semaglutide) fuq livell nazzjonali maqsumin skont l-indikazzjonijiet mediċi u maqsumin sena b’sena għal dawn l-aħħar tliet snin?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetaħx il-kors għall-Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jiksbu ċ-ċertifikat neċessarju, minn skala 13 jitilgħu għall-skala 12?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Health Carers (Livell 2) ilhom seba’ snin fuq skala 13, minkejja li kienu mwiegħdin li ser jitilgħu għall-skala 12?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-iskali, progressjoni u assimilazzjoni ta’ kull kategorija jsiru skont il-Ftehim Settorali li jkun maqbul bejn il-Gvern mal-unions rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-Paola Hub, kenux affettwati min-nuqqasijiet li seta’ kellha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva m’għandu jew kellu l-ebda rabta kuntrattwali diretta mal-imsemmija kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li għalihom twaqqaf il-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward tax-xogħlijiet fuq il-Paola Hub?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Blue Paper jew Temporary Work Permit inħarġu fis-sena 2024 (informazzjoni mitluba għal kull tlett xhur ta' dik is sena) għall-cab drivers/sewwieqa mal-Aġenzija Identità?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser jaslu f’pajjiżna (jekk dawn għadhom ma waslux) il-magni tas-Sleep Apnea, peress li ilhom out of stock għal diversi xhur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.