Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCCAA — Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29079 u 29238 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk il-food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġiex irreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (REFALO, ANTON)

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30022, ninforma lill-Onor. Interpellant li food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġie rreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA). Ninfurmaħ ukoll li fiż-żmien meta l-prodott imsemmi ġie rtirat, ma kien hemm l-ebda notifika dwaru fuq is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF). Inkompli nżid ukoll li l-Awtorita’ għas-Sigurta’ tal-Ikel ħa tikkollabora bi sħiħ mal-korpi kompetenti nazzjonali u dawk tal-UE sabiex tissalvagwardja s-saħħa pubblika u tiżgura l-osservanza tas-supplimenti tal-ikel skont il-qafas legali applikabbli.

Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29080 u 29239 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid meta ġie rreġistrat (jekk fil-pożittiv) il-food supplement bl-isem ‘Folidi’?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30023.

L-Isptar Mater Dei – SAMOC — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi xogħlijiet fis-SAMOC fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li qed isiru xi xogħlijiet sabiex jinbidlu pajpijiet u sink mixers f’ċerti partijiet tad-Dipartiment tar-Radjoterapija. Dawn ix-xogħlijiet ġew ippjanati u qegħdin isiru f’fażijiet sabiex joħolqu l-anqas inkonvenjent tant li fejn hu maħsub li jista’ jkun hemm ammont akbar ta’ trab, dik iż-żona ġiet magħluqa b’mod preventiv. Infurmat li ttieħdu miżuri sabiex it-toilets ikunu disponibbli fl-iqsar distanza possibbli għall-pazjenti.

L-Isptar Mater Dei – SAMOC — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ittieħdu biex jiġi żgurat li waqt li jkun għaddej ix-xogħol fuq is-sistema tal-ilma fis-SAMOC fl-Isptar Mater Dei, ma jkunx hemm trabijiet għad-dannu tal-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30013.

L-Isptar Mater Dei – SAMOC — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’salvagwardji qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-pazjenti ma jbatux il-konsegwenzi minħabba x-xogħol li qed isir fuq is-sistema tal-ilma fis-SAMOC fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30013.

MCAST — Kors għal Health Carers (Livell 2)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28963 u jgħid jekk infetaħx il-kors għal Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jinkiseb iċ-ċertifikat neċessarju, il-ħaddiema minn Skala 13 jitilgħu għal Skala 12?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 28963 diġà ġiet imwieġba.

Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu sulari miċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, infetħu l-ground floor u l-ewwel sular taċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid u bdew jingħataw is-servizzi ta’ MRI; Klinika Outpatient tal-ostetriċja u ġinekoloġija; Klinika tal-Ispeech & Language Pathology; kif ukoll Outpatient Clinic tal-immunoloġija li bħala klinika hi l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’Malta. Ninforma lill-Onor Interpellant li fiż-żmien qarib se jkomplu jinfetħu aktar sulari fiċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran u jkunu qed jiġu offruti aktar servizzi. Id-dettalji ikunu jistgħu jitħabbru fil-mument propizju biex eventwalment, kif għidt diversi drabi oħra, iċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran ikun qed jiffunzjona kollu sal-aħħar kwart ta’ din is-sena.

MCAST — Kors għal Health Carers (Livell 2)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetaħx il-kors għal Health Carers (Livell 2) fl-MCAST, li permezz tiegħu, wara li jinkiseb iċ-ċertifikat neċessarju, il-ħaddiema minn Skala 13 jitilgħu għal Skala 12?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kors huwa ta' livell 4 u mhux ta' livell 2, infurmat li kull min temm dan il-kors jista' japplika għall-progression.

MCAST — Kors għal Health Carers (Livell 2)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għall-kors ta’ Health Carers (Livell 2) fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi hu ta' livell 4, infurmat li b'kollox applikaw 15-il persuna.

Food supplement — Parametri u ċertifikazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29078 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x’inhuma l-parametri u ċ-ċertifikazzjonijiet mitluba lill-aġent biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) li jkun ser jiġi rreġistrat jiġi vverifikat b’tali mod li tiġi żgurata l-kwalità u s-serjetà tal-prodott?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

MCCAA — Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29079 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk il-food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġiex irreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29080 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid meta ġie rreġistrat (jekk fil-pożittiv) il-food supplement bl-isem ‘Folidi’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29081 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk kienx infurmat li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kienx qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u wkoll minn pajjiżi barra mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Food supplement ‘Folidi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29082 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid meta kien infurmat (jekk fil-pożittiv) li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kien qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.