Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx target jew ratio nazzjonali ta’ infermiera għal kull pazjent (nurse-to-patient ratio), u jekk dan il-livell huwiex qed jintlaħaq fl-isptarijiet pubbliċi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Intrpellant li l-Management jara li f’kull sala jkun hemm n-numru ta’ infermiera adekwati u skond il-ħtiġijiet mediċi fis-sala.
Qasam tas-saħħa – Settur pubbliku – Infermiera u tobba barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ infermiera u tobba barranin li bħalissa qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubbliku, u minn liema pajjiżi ġejjin prinċipalment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Qasam tas-saħħa – Settur pubbliku – Riżenji ta’infermiera u tobba
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri ta’ kemm infermiera u tobba rriżenjaw jew telqu mis-servizz pubbliku fl-aħħar sentejn? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-aktar raġunijiet irrappurtati għal dan il-ħruġ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30405.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera u tobba fis-servizz tas-saħħa pubbliku bħalissa, maqsuma skont l-ispeċjalità u skont unità prinċipali (Mater Dei, Primary Health Care, Mount Carmel, Karin Grech, eċċ.)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi qed jittieħdu mill-Gvern sabiex ma jerġgħux iseħħu każijiet simili għal dak tal-art tal-Fortina, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proċeduri interni, awditjar indipendenti u rendikont pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa mill-2021, l-Awtorita ħadet miżuri sabiex ikun hemm aktar trasparenza u kontabilita fil-proċess tal-valutazzjonijiet billi waqfet kumitat apposta, li jgħodd żewġ membri tal-Bord tal-Gvernaturi fosthom, u billi issir verifika anke mill-Uffiċjal Kap tal-Verifika fi ħdan l-istess Awtorità, liema uffiċjal tirrapporta direttament lill-Parlament. In oltre, valutazzjonijiet ta’ proġetti maġġuri ta’ l-fuq minn erba mitt elf ewro jiġu verifikati mill-istess Bord, u saħansitra mill-Kumitat Parlamentari tal-Verifika meta jkun il-kas. Is-sistema li ġiet adottata tagħżel il-periti indipendenti b’mod awtomatiku, u fl-istess hin tassigura illi ir-rapporti jintbgħatu b’mod digitali fil-files diġitali ta’ l-Awtorita’ fejn jiġu reġistrati immedjatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Avviż Legali introdott f’Awwissu tal-2024 li daħħal kriterji aktar stretti għall-valutazzjonijiet u penali ta’ 25% fuq ksur ta’ kundizzjonijiet se japplika għal każijiet pendenti jew ġodda?
Response (BONNICI, OWEN)
Naturalment l-Awtorità tal-Artijiet timxi skont il-proviżjonijiet li hemm dettaljati fl-istess avviż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex ikun hemm pubblikazzjoni regolari tal-valur ta’ kull art pubblika trasferita li għaliha jsiru tibdiliet fil-kundizzjonijiet, inkluż il-paragun bejn dak stmat u dak imħallas?
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex il-pubbliku u l-Parlament jingħataw aċċess sħiħ għall-korrispondenza kollha relatata mal-Fortina, bejn il-Ministeru, l-Awtorità tal-Artijiet u s-sidien tal-lukanda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awditur Ġenerali ingħata l-informazzjoni kollha li kienet tinstab fil-faxxokoli tal-Awtorita’ ta’ l-Artijiet.
Artijiet pubbliċi – Pubblikazzjoni ta’ rapporti tal-periti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex rapporti tal-periti dwar każijiet ta’ art pubblika simili għal dak tal-Fortina, ikunu obbligatorjament pubbliċi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar art pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi f’kull każ simili, ir-rapporti tal-periti jiġu annessi mad-dokumentazzjoni illi tintbgħat lill-kumitat parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid x’konsulenzi legali jew esterni ġew ikkummissjonati mill-Awtorità tal-Artijiet jew mill-Ministeru fil-każ tal-Fortina u kemm tħallsu għal dawn is-servizzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jikkjarifika eżatt għall-liema perjodu u x’tip ta’ konsulenzi qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm rapporti tal-periti li stmaw valuri ogħla fil-każ tal-Fortina ma ġewx ippreżentati lill-Parlament? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi investigazzjoni interna dwar min żamm dawn id-dokumenti milli jiġu ppreżentati lill-Parlament?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għar-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tad-Deputati fil-15 ta’ Settembru, 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet meta ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-art tal-Fortina u jagħti kopja tal-minuti rilevanti ta’ dawn il-laqgħat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni kollha ingħatat lill-Awditur Generali. Il-lok li tintalab huwa propju fi ħdan il-Kumitat Parlamentari tal-Verifika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jressaq azzjoni legali biex jirkupra d-differenza fil-valur tal-art kif indikat mill-Awditur Ġenerali fil-każ tal-Fortina? Jekk iva, f’liema stadju jinsab dan il-proċess?
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi kawżi pendenti fil-Qrati ta’ Malta jew quddiem il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet relatati mal-art tal-Fortina, u jekk iva, x’inhu l-istatus tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux pagamenti addizzjonali jew kontribuzzjonijiet oħra mill-Fortina wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Awditur Ġenerali, u jekk iva, x’kienu l-ammonti mħallsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma sarux pagamenti addizzjonali jew kontribuzzjonijiet wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali.
Art mogħtija mill-gvern – Bidla fil-kundizzjonijiet tal-art – Ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-somma totali li effettivament tħallset mill-Fortina għall-bidla fil-kundizzjonijiet tal-art, u kemm hi d-differenza bejn din is-somma u l-ogħla valur li kien stmat mill-periti jew mill-Awditur Ġenerali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill Onorevoli interpellant għar-rapport ta’ l-Awditur Generali li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tad-Deputati fil-15 ta’ Settembru, 2025.
Jista’ l-Ministru jagħti lista bil-valuri kollha li ġew stmati għall-art tal-Fortina mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont id-data, l-entità jew perit li għamel l-istima u l-valur finali f’Euro?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għar-rapport ta’ l-Awditur Generali li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tad-Deputati fil-15 ta’ Settembru, 2025.
MTA - Organizzaturi tal-parties - Fondi li ġew miċħuda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk kienx hemm istanzi meta l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ċaħdet fondi milli jkunu allokati lil xi organizzatur ta’ party?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
MTA - Organizzaturi tal-parties - Proċess tal-immaniġġjar tal-fondi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kif inhu mmaniġġjat il-proċess li bih l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) talloka fondi għall-organizzaturi tal-parties?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.