Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Proġett ta’ skola medika ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta’ skola medika ġdida fil-Campus Hub ta’ ħdejn l-Isptar Mater Dei huwiex proġett ieħor li ma rnexxiex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32368.

Skola Medika Ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnu l-proġett dwar l-iskola medika ġdida li kellha tinbena ħdejn l-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-rapport tal-NAO, bit-titlu “An assessment of capital projects at the University of Malta” li ġie ppubblikat f’April 2023 u li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra. Il-pjan hu li l-Medical School tkun estiża u tibqa integrata fl-Isptar Mater Dei.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li l-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati ma jikkawżawx riżenji ta’ professjonisti tas-saħħa mis-settur pubbliku lejn dak privat, b’riskju ta’ tnaqqis fil-kapaċità tal-isptarijiet tal-istat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li meta professjonist jiddeċiedi li jirriżenja, mhux obbligat li jagħti r-raġuni għala jkun ser jieħu dan il-pass.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Kollaborazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għal kollaborazzjonijiet mal-privat ġodda f’oqsma speċifiċi bħall-onkoloġija, dijabete, saħħa mentali jew riabilitazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Listi ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk il-kollaborazzjonijiet tal-Gvern mal-isptarijiet privati kinux effettivi fit-tnaqqis tal-listi ta’ stennija għal operazzjonijiet elettivi jew trattamenti oħra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dawn il-kollaborazzjonijiet kienu effettivi ħafna, illi ċertu listi ta' stennija li fil-passat kienu dejjem qed jiżdiedu, u issa permezz ta' dawn il-ftehimiet, issa qed jonqsu. Operazzjonijiet li ġew influwenzati drastikament huma: Total Knee Replacement, Knee Arthroscopy, Anterior Cruciate Ligament, Ftuq, u proċeduri tal-endoskopija li huma Gastroscopy u Colonoscopy.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Kwalità u standards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kriterji ta’ kwalità u standards ċari imposti fuq l-isptarijiet privati li jipparteċipaw fil-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati, u kif qed tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-isptarijiet privati qegħdin isegwu ħafna mill-kriterji li jintużaw ġewwa l-isptar Mater Dei. Kriterji oħra, li jinfluwenzaw l-effiċjenzja tal-operazzjonijiet u safety għall-pazjent, qeghdin jintużaw u li ġew iċċertifikati minn Mater Dei li jilħqu kwalità u standard impekkabbli. L-implementazzjoni ta' dawn il-kriterji qegħda tiġi mmonitorjata billi nikkomunikaw ma' dipartimenti li jsegwu lill-pazjent wara l-operazzjoni, bħal phyisiotherapy, li jaqsmu magħna l-esperjenzi tal-pazjenti. Qed inċemplu numru ta' pazjenti wara l-operazzjoni sabiex jagħtuna informazzjoni fuq is-servizz li ngħataw.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati jkoprux ukoll follow-up care, mediċini u testijiet, jew jekk il-pazjenti jkollhomx jirritornaw għas-servizz pubbliku għal dawn il-partijiet tat-trattament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ftehmiet bejn il-Gvern u l-isptarijiet privati jkopru l-operazzjoni indikata, testijiet relatati ma' din l-operazzjoni, u anke mediċini. Għandna diversi ftehmiet differenti, fejn minnom il-follow-up care issir ġewwa Mater Dei, u hemm minnhom li ssir ġewwa l-isptarijiet privati.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet in-nefqa fuq ftehimiet ma’ sptarijiet privati fuq bażi annwali u kif titqabbel ma’ infiq fuq servizzi simili fis-settur pubbliku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Pazjenti li użaw sptarijiet privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent uża servizzi privati fl-2023 u fl-2024 permezz tal-kollaborazzjonijiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2023 saru 1,644 operazzjoni, filwaqt li fl-2024 saru 2,110 operazzjoni permezz tal-kollaborazzjonijiet bejn il-Gvern u l-isptarijiet privat. B’din l-inizjattiva, aktar pazjenti qed jirċievu l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern b’amministrazzjoni differenti ta’ qabel l-2013.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Operazzjonijiet u trattamenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema tipi ta’ operazzjonijiet jew trattamenti qed jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei jew mis-servizzi pubbliċi lejn sptarijiet privati bħala parti mill-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30416.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Servizzi Mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kull ftehim ġdid li sar fl-aħħar sentejn bejn il-Gvern u sptarijiet privati biex jipprovdu servizzi mediċi lill-pazjenti tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif jista’ japprezza, kull ftehim li sar bejn il-Gvern u sptarijiet privati biex jipprovdu servizzi mediċi lill-pazjenti, fih informazzjoni ta’ natura kummerċjali. Infakkar lill-Onor. Interpellant, li fl-2024, il-Gvern ivvota €5 miljun għall-outsourcing.  Din is-somma telgħet għall-€14-il miljun għall-istess skop.  Għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jipproponi €15-il miljun għall-outsourcing. Dawn il-fondi pubbliċi qed jintużaw sabiex il-pazjenti Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jieħdu servizz effiċjenti u l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern b’amministrazzjoni differenti ta’ qabel l-2013.

Xiri ta’ mediċina - Ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hux se tidħol fi ftehim ta’ xiri konġunt tal-Unjoni Ewropea għal ċerti mediċini strateġiċi, u kif dan jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-problemi ta’ provvista fil-futur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proposta għall-Att dwar il-Mediċini Kritiċi li ressqet 'il quddiem il-Kummissjoni Ewropea għadha qed tiġi diskussa fil-Kunsill tal-Ministri u pajjiżna qed jipparteċipa b'mod attiv sabiex jassigura li jkun maħluq qafas li jagħmilha possibbli li jkun hemm xiri konġunt għaliex dan joffri aktar flessibiltà u aċċess, speċjalment għal swieq żgħar bħal ta' pajjiżna.

Nuqqasijiet ta’ mediċini - Reġistru nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jinfetaħ reġistru nazzjonali ta’ nuqqasijiet ta’ mediċini, aġġornat online u aċċessibbli kemm lill-professjonisti kif ukoll lill-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lista’ ta’ mediċini out of stock hi aġġornata online fuq is-sit elettroniku https://cpsu.gov.mt/en/poyc-medicines-information/ .  Kopja tas-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MDD - Ħażna u d-distribuzzjoni tal-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pjanijiet biex jitjiebu l-loġistika tal-ħażna u d-distribuzzjoni tal-mediċini mill-MDD (Medical Distribution Department) lejn l-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm sistema ċentrali fejn d-data tal-entitajiet għanda tgħaddi għal fuq is-sistema ċentrali u hekk l-ordni u d-distribuzzjoni tkun iktar eżatta. Din hija sistema teknoloġika li qegħda tiġi ttestjata.

Nuqqas ta’ mediċini essenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent kien affettwat b’mod dirett minħabba nuqqas ta’ mediċini essenzjali fl-aħħar sena, u liema passi ta’ mitigazzjoni ttieħdu għal dawn il-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja d-diffikultajjiet fid-distribuzzjoni nternazzjonali ta’ ċerti medċini, is-CPSU (li tforni l-mediċini lill-oqsma kollha tas-saħħa nazzjonali), tagħmel minn kollox biex tara li l-mediċini jkunu fornuti lill-pazjenti.

Mediċini ġeneriċi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif il-Gvern qed jindirizza l-problema ta’ mediċini ġeneriċi kontra dawk ta’ marka, u kif qed jiġi assigurat l-aħjar valur għall-pazjent u għall-istat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt anke f’dan il-Parlament, mediċina ġenerika hi bijoekwivalenti għall-mediċina tal-marka. Dan ifisser li l-mediċina ġenerika trendi l-istess ammont ta’ sustanza attiva fid-demm matul l-istess perjodu ta’ ħin, biex b’hekk tiżgura li l-mediċina ġenerika taħdem fil-ġisem bl-istess mod bħall-mediċina oriġinali. Mediċini ġeneriċi. Inkluż dawk manifatturati f’Malta, jsegwu l-istess Regolamenti tal-UE fir-rigward tal-kwalità, sikurezza u effettività. Nenfasiżża L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tappoġġa l-użu tal-mediċini ġeneriċi. Għaldaqstant ma nistax nifhem, għala qed jitkompla jintefa’ dan id-dubju dwar l-użu ta’ mediċini ġeneriċi.  Milli jidher, l-Oppożizzjoni mhux qed tifhem li meta qed jintefgħu dawn id-dubju, qed jinħoloq alarm, li għandu effett psikoloġiku fuq l-eluf ta’ pazjenti li jagħmlu użu minn dawn il-mediċini ġeneriċi.  M’hemm ebda bażi xjentifika biex jintefa’ dan id-dubju. Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubbliku, l-Awtorità Maltija tal-Mediċini kif ukoll Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), diġa ddikjaraw pubblikalment li mediċina ġenerika fiha l-istess sustanza attiva bħall-mediċina ta’ referenza. Ma’ din it-tweġiba, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istqarrija maħruġa mill-Awtorità Maltija tal-Mediċini u mis-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, liema stqarrija ħarġet fil-5 ta’ Ottubru 2025.

Mediċina - Proċess ta’ tendering

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proċess ta’ tendering għall-provvista tal-mediċini, inkluż jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġu involuti aktar minn fornitur wieħed għal mediċina partikolari biex jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqasijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li iċ-CPSU isegwu proċess ta’ tendering kif jitolbu ir-regolament tal-public procurement.  Dawn huma miftuħa għall-fornituri kollha. Infurmat li hemm diskussjonijiet biex wieħed jara jekk għal xi mediċini ġodda jistax xi kultant jintuża proċess differenti.  Dan irid ikun fl-ambitu tal-liġijiet ta’ Malta u Ewropej.