Jekk matul l-aħħar sena finanzjarja sar telf f’KM Malta Airlines, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta dan it-telf u x’inhuma r-raġunijiet ewlenin għal dan ir-riżultat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il miljun ewro ġew injettati jew allokati mill-Gvern, direttament jew indirettament, lill-KM Malta Airlines minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
Studenti mingħajr kwalifika MQF – Sfida nazzjonali
Question
Fid-dawl li madwar kwart tal-istudenti qed joħorġu mis-sistema edukattiva mingħajr kwalifika MQF, jista’ l-Ministru jgħid jekk din tirrappreżentax sfida nazzjonali serja għall-iżvilupp tal-kapital uman ta’ pajjiżna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni riċenti tas-Secondary School Qualification and Profile (SSQ&P) turi li fl-aħħar sena skolastika 75% tal-istudenti tal-Year 11 fl-iskejjel tal-Istat kisbu livell MQF. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 5.5% meta mqabbel mas-sena skolastika 2024/25. Huwa wkoll inkoraġġanti li kien hemm żieda ta’ 14% fl-istudenti li kisbu MQF Level 3.
Indikaturi oħrajn juru wkoll li r-rata ta’ Early Leaving from Education and Training niżlet għal 8.6%, livell storikament baxx u għall-ewwel darba taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea ta’ 9.1%. Id-data dwar NEETs turi wkoll li fl-2025 Malta kellha rata ta’ 8.5% fost iż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena, jiġifieri taħt il-medja tal-UE ta’ 11% u taħt il-mira Ewropea għall-2030 ta’ 9%. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni wara t-tmiem tal-età obbligatorja tibqa’ sostanzjali, b’83.8% fl-età obbligatorja, 76.3% sena wara u 65.9% sentejn wara, skont id-data tal-2024. Id-data dwar gradwati fl-edukazzjoni terzjarja turi wkoll żieda minn 62.5 għal 75.2 gradwat għal kull elf persuna bejn l-2015 u l-2024.
Filwaqt li l-evidenza turi wkoll li l-pajjiż għamel progress importanti u li l-miżuri li qed jiġu implimentati qegħdin iħallu riżultati pożittivi, il-fatt li hemm min ma jiksibx kwalifika MQF tibqa’ sfida li nqisuha bħala prijorità nazzjonali
Għalhekk il-Ministeru se jkompli jsaħħaħ is-sostenn lill-iskejjel u lill-edukaturi, il-mogħdijiet alternattivi u vokazzjonali, l-intervent bikri, il-Family Community School Link, u l-ħidma marbuta mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024–2030 u l-kollaborazzjoni mal-istakeholders kollha. Dan sabiex aktar studenti jispiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja b’ċertifikazzjoni rikonoxxuta u bil-ħiliet meħtieġa għall-ħajja, għax-xogħol u għall-iżvilupp ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miri tal-Gvern għaż-żieda fil-persentaġġ ta’ studenti li jiksbu MQF Level 3 matul il-ħames snin li ġejjin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li filwaqt li r-riżultati juru xejra pożittiva fil-perċentwal ta' studenti li kisbu kwalifika f'MQF Livell 3, il-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jtejjeb dawn ir-riżultati permezz ta' miżuri li jsaħħu l-kwalità, l-ekwità u l-inklużjoni fis-sistema edukattiva.
Dan qed isir permezz tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024–2030 u ta' diversi inizjattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet differenti tal-istudenti, bil-għan li aktar żgħażagħ jiksbu kwalifiki li jippermettulhom ikomplu l-istudji jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju jew rapport li janalizza r-relazzjoni bejn il-livelli MQF miksuba u l-impjegabilità futura tal-istudenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 331.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni dwar kemm il-livelli ta’ kwalifiki li qed jinkisbu mill-istudenti jissodisfaw il-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol Malti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Ministeru mhux biss qed isegwi l-livelli ta’ kwalifiki miksuba mill-istudenti, iżda nieda wkoll programm usa’ ta’ riċerka u evalwazzjoni. Din il-ħidma qed tiġi kkumplimentata wkoll permezz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ħiliet, li tħares lejn il-ħtiġijiet preżenti u futuri tas-suq tax-xogħol Malti u tgħin biex ikun hemma llinjament aħjar bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kwalifiki u d-domanda għall-ħiliet. Għalhekk, il-valutazzjoni li qed issir mhijiex limitata għal stampa ta’ sena waħda jew għal sett wieħed ta’ riżultati, iżda hija parti minn eżerċizzju usa’ u kontinwu ta’ ppjanar strateġiku. Din il-ħidma qed issir ukoll fil-qafas tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024–2030.
Studenti li telqu mill-edukazzjoni mingħajr kwalifika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-istudenti li telqu mill-edukazzjoni mingħajr kwalifika, qed jaħdmu u kemm jinsabu qiegħda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li, sabiex tingħata stampa li tkun kemm jista’ jkun preċiża u komparabbli, l-aktar indikatur rilevanti fil-livell nazzjonali u Ewropew huwa dak tal-Eurostat dwar it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ (early leavers from education and training). Id-data ppreżentata mill-Eurostat tirreferi għall-persuni ta’ bejn it-18 u l-24 sena.
Għandu għalhekk jiġi ċċarat li dan l-indikatur mhuwiex għadd amministrattiv ta’ studenti li telqu mill-iskola mingħajr kwalifika MQF, iżda indikatur Ewropew standardizzat li jippermetti wkoll li l-prestazzjoni ta’ Malta titqabbel b’mod konsistenti ma’ dik tal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
Skont l-aħħar data disponibbli tal-Eurostat għall-2025, ir-rata ta’ tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ f’Malta kienet ta’ 8.6% fost iż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena. Dan ir-riżultat għandu jitqies ukoll fil-kuntest tal-medja tal-Unjoni Ewropea, li fl-istess sena kienet ta’ 9.1%. Għaldaqstant, fl-2025 ir-rata f’Malta kienet 0.5 punti perċentwali inqas mill-medja Ewropea.
Iżda l-istampa ssir aktar sinifikanti meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp li seħħ matul dawn l-aħħar snin.
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta Parlamentari ta' mistoqsija parlamentari numru 338 mwieġba fis-seduta tal-bieraħ 9 ta' Novembru 2026. Dan hekk kif turi li fl-2013, ir-rata ta’ Malta kienet għadha ta’ 17.1%, meta mqabbla ma’ 11.8% għall-Unjoni Ewropea. Sal-2016 din kienet niżlet għal 15.6%, fl-2017 għal 14.0%, u fl-2020 għal 13.0%. It-tnaqqis kompla fis-snin ta’ wara, għal 10.9% fl-2021, 10.3% fl-2022, 10.2% fl-2023, 9.5% fl-2024 u finalment 8.6% fl-2025.
Dan ifisser li bejn l-2013 u l-2025 ir-rata ta’ tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ f’Malta naqset minn 17.1% għal 8.6%, jiġifieri tnaqqis ta’ 8.5 punti perċentwali, kważi nofs ir-rata li kienet irreġistrata fl-2013.
Ta’ min jinnota wkoll il-bidla importanti fil-pożizzjoni ta’ Malta meta mqabbla mal-Unjoni Ewropea. Fl-2013 Malta kienet 5.3 punti perċentwali ’l fuq mill-medja Ewropea, b’rata ta’ 17.1% kontra 11.8% fl-UE. Sal-2025, is-sitwazzjoni kienet inqalbet: Malta niżlet għal 8.6% filwaqt li l-medja tal-UE kienet 9.1%. Għaldaqstant, Malta mhux biss naqqset sostanzjalment ir-rata tagħha, iżda llum tinsab taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea f’dan l-indikatur.
Dan il-progress juri bidla pożittiva ferm li ġiet sostnuta fl-aħħar snin. Filwaqt li fl-2013 kważi wieħed minn kull sitt żgħażagħ fil-grupp ta’ età kopert minn dan l-indikatur kien jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ early leaver, fl-2025 il-proporzjon niżel għal inqas minn wieħed minn kull ħdax. Dan juri d-daqs tat-titjib li sar matul dan il-perjodu.
Fir-rigward tal-istatus tagħhom fis-suq tax-xogħol, skont id-data tal-Eurostat għall-2025, mir-rata totali ta’ 8.6%, 5.8% kienu fl-impjieg, filwaqt li 2.9% ma kinux fl-impjieg. Għaldaqstant, madwar żewġ terzi ta’ dawk li jaqgħu taħt dan l-indikatur kienu qegħdin jaħdmu.
Tajjeb li wieħed jirrimarka wkoll li dawn iż-żgħażagħ qed igawdu minn suq tax-xogħol imsaħħaħ li llum m'għadux jiġi deskritt bħala wieħed li jesperjenza l-qgħad.
Dan ifisser li, meta wieħed iħares lejn il-perjodu mill-2013 ’l hawn, Malta rat mhux biss tnaqqis sostanzjali fit-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ, iżda wkoll suq tax-xogħol b’rata tal-qgħad ferm aktar baxxa minn dik irreġistrata fil-bidu ta’ dan il-perjodu.
Dan huwa aspett importanti għaliex jgħin biex tingħata stampa aktar sħiħa tal-pożizzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ. It-tluq bikri mill-edukazzjoni jibqa’ sfida li trid tiġi indirizzata, iżda d-data turi kemm it-tnaqqis sostanzjali li sar fir-rata ġenerali, kif ukoll li parti konsiderevoli minn dawk ikklassifikati taħt dan l-indikatur jinsabu fl-impjieg.
Il-Gvern jibqa’ impenjat li jibni fuq il-progress miksub u jkompli jnaqqas aktar it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ. L-għan jibqa’ li aktar żgħażagħ ikomplu l-edukazzjoni jew it-taħriġ tagħhom, jiksbu kwalifiki u ħiliet rilevanti, u jkollhom opportunitajiet aħjar biex jidħlu u javvanzaw b’mod sostenibbli fid-dinja tax-xogħol.
Għal dan il-għan, il-ħidma tkompli permezz ta’ mogħdijiet edukattivi, post-sekondarji u vokazzjonali differenti, opportunitajiet ta’ second chance education, taħriġ u lifelong learning, kif ukoll interventi preventivi u miżuri mmirati biex iżommu lit-tfal u ż-żgħażagħ involuti fl-edukazzjoni.
Ir-riżultati miksuba mill-2013 ’l hawn juru progress ċar. Madankollu, il-ħidma ma tieqafx mar-rata ta’ 8.6%. L-ambizzjoni hi li dan il-progress jiġi kkonsolidat u li kull żagħżugħ u żagħżugħa jingħataw l-aħjar opportunità possibbli biex ikomplu jitgħallmu, jiksbu l-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa, u jagħmlu tranżizzjoni b’saħħitha lejn id-dinja tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena llum la jinsabu fl-edukazzjoni u lanqas fit-taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li, skont l-aħħar data disponibbli tal-Eurostat, ir-rata għal Malta fost iż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena li ma kinux fl-impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ (NEETS) kienet ta’ 9.0% fl-2025. Għall-istess grupp ta’ età, il-medja tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 11.8%, u għalhekk Malta tinsab taħt il-medja Ewropea.
Il-Gvern qed ikompli jaħdem biex aktar żgħażagħ jibqgħu jew jidħlu lura fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fid-dinja tax-xogħol. Dan qed isir permezz ta’ diversi miżuri, fosthom it-tisħiħ tal-mogħdijiet post-sekondarji u vokazzjonali, l-MCAST, programmi ta’ second chance education, taħriġ u lifelong learning, kif ukoll miżuri marbuta mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024–2030.
Il-Ministeru se jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu sabiex iż-żgħażagħ jingħataw aktar opportunitajiet biex jiksbu kwalifiki, ħiliet u esperjenzi li jwassluhom għal impjieg ta’ kwalità u parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-data kollha li wasslet għall-konklużjoni li Malta issa tinsab taħt il-medja Ewropea fl-Early Leaving from Education and Training (ELET)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-data li waslet għall-konklużjoni li Malta issa tinsab taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea fir-rata tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ (Early Leaving from Education and Training: ELET) hija dik ippubblikata mill-Eurostat f’ Ġunju 2026, ibbażata fuq il-European Union Labour Force Survey (EU-LFS).
Skont din id-data uffiċjali, r-rata ta’ Malta għas-sena 2025 hija ta’ 8.6%, filwaqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea (UE-27) hija ta’ 9.1%.
Qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-data uffiċjali tal-Eurostat li fuqha hija bbażata din il-konklużjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx analiżi dwar jekk iż-żieda fil-kisba ta’ kwalifiki MQF, hijiex tirrifletti titjib fil-prestazzjoni akkademika jew bidliet fil-metodu tal-assessjar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-livelli tal-MQF miksuba mill-istudenti f’Malta fi tmiem il-vjaġġ skolastiku tagħhom żdiedu b’riżultat ta’ diversi inizjattivi li saħħew il-kwalità u l-validità tal-proċess edukattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persentaġġ ta’ studenti li qed jiksbu kwalifiki MQF Level 1 jew 2 huwiex qed jiżdied aktar malajr, minn dak tal-istudenti li qed jiksbu MQF Level 3?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li Id-differenza fil-persentaġġ ta’ studenti li qed jikbsu kwalifiki MQF Livell 1 jew 2 meta kkomparat ma' dawk li qed jikbsu MQF Livell 3 hija kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
2024/25
2025/26
Differenza
MQF 3
63.6%
74.5%
10.9%
MQF 2
14.6%
8.4%
-6.2%
MQF 1
1.9%
0.2%
-1.8%
Ebda Livell
19.9%
17.0%
-2.9%
Meta nqabblu din is-sena skolastika (2025/26) mas-sena skolastika li għaddiet (2024/25), kien hemm żieda sostanzjali ta’ kważi 11% f’dawk l-istudenti li kisbu MQF Livell 3 u tnaqqis globali ta 8% fl-istudenti li kisbu MQF Livell 1 jew 2. Kien hemm ukoll tnaqqis ta’ kważi 3% fl-istudenti li ma kisbux livell.
Jista’ l-Ministru jqabbel il-figuri ta’ studenti li kisbu mill-inqas pass wieħed u dawk li kisbu ħames passes jew aktar fil-livell SEC (O Level) fis-sena skolastika 2025-2026, ma’ dawk tal-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Tajjeb li nippreċiża li dawk tal-ewwel row, huma riflessi wkoll fit-tieni row.
Sena
Studenti li kisbu 'Pass' Wieħed
Studenti li kisbu ħames 'passes' jew aktar
2026
4822
3252
2025
4716
3279
2024
4507
2938
2023
4286
2872
2022
4272
2780
Sena skolastika 2025-2026 – Studenti li ma kisbux livell MQF – Istituzzjonijiet post-sekondarji u korsijiet vokazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-istudenti li ma kisbu l-ebda livell MQF fis-sena skolastika 2025-2026 qed ikomplu jistudjaw f’istituzzjonijiet post-sekondarji jew f’korsijiet vokazzjonali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ studenti full-time ġewwa l-MCAST li waqfu mill-istudji tagħhom matul is-sena akkademika 2025–2026 (sa nofs Ġunju 2026), u li sa nofs Settembru 2026 applikaw għal kors full-time għas-sena akkademika 2026–2027, huwa ta’ 132.
Sena skolastika 2025-2026 – Studenti li ma kisbux livell MQF – Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex dawk l-istudenti li ma kisbu l-ebda livell MQF fis-sena skolastika 2025-2026, ma jispiċċawx barra mis-sistema edukattiva jew mis-suq tax-xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kull student ikollu l-opportunità jilħaq il-potenzjal tiegħu u jkompli javvanza fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fid-dinja tax-xogħol. Għalhekk, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport qed jadotta approċċ ibbażat fuq il-prevenzjoni, l-intervent u l-kumpens biex inaqqas l-Early Leaving from Education and Training (ELET), iżid il-kisba ta' kwalifiki u jsaħħaħ it-tranżizzjoni lejn edukazzjoni ulterjuri u l-impjieg.
Fost il-miżuri ta' kumpens hemm l-Alternative Learning Programme (ALP), il-klassijiet ta' reviżjoni mingħajr ħlas, il-programm GEM16+, il-korsijiet tad-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja, il-foundation programmes u l-vocational pathways tal-MCAST, kif ukoll l-Istitut għat-Trades li joffri taħriġ f'snajja' u professjonijiet tekniċi.
Barra minn hekk, in-National Skills Strategy 2026–2035 qed issaħħaħ il-ħiliet meħtieġa għall-ekonomija tal-futur u r-rabta bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-suq tax-xogħol, filwaqt li Working Group dwar il-Post-Compulsory Education qed jevalwa u jsaħħaħ il-provvista ta' second chance education.
Madankollu, il-prijorità ewlenija tibqa' l-prevenzjoni u l-intervent bikri permezz ta' investiment fil-kwalità tat-tagħlim, l-appoġġ lill-edukaturi u lill-istudenti, is-servizzi ta' gwida, il-kollaborazzjoni mal-familji u sistemi ta' monitoraġġ bikri. Dan l-approċċ qed jgħin biex aktar studenti jibqgħu fl-edukazzjoni, jiksbu kwalifiki ogħla u jidħlu fid-dinja tax-xogħol b'ħiliet adattati għall-ħtiġijiet tal-pajjiż.
Sena skolastika 2025-2026 – Studenti li ma kisbux livell MQF
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ dawk l-istudenti li ma kisbu l-ebda livell MQF fis-sena skolastika 2025-2026, maqsuma skont is-sess, il-lokalità u t-tip ta’ skola li attendew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni qeda kif tidher hawn taħt.
2025-2026
MQF Livell 3
MQF Livell 2
MQF Livell 1
Ebda Livell
3264
367
7
743