Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi - Nuqqasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx osservati nuqqasijiet jew sfidi fir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi (STRs) li effettwaw il-progress ta' każijiet ta’ ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif indikat fin-National Risk Assessment, li ġie ppubblikat mill-NCC f’Diċembru 2023, il-livell tar-rappurtar ta’ transazzjonijiet suspettużi (STR’s) huwa ġeneralment meqjus bħala wieħed tajjeb.

Money Laundering – Investigazzjonijiet u kollaborazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet tal-Istat (bħal CFR, FIAU, Pulizija, MFSA, Dwana), kienu involuti f’investigazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus, u kemm-il darba saret kollaborazzjoni inter-dipartimentali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus – Miżuri ta’ monitoraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus li għalihom ġew introdotti miżuri ta’ monitoraġġ aktar stretti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-setturi b’riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus u li għalihom gew introdotti miżuri ta’ monitoraġġ jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tabella tinsba fid-dokument li ġie ppubblikat f’Jannar 2024 u li jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku tal-NCC.

Att kontra Money Laundering – Analiżi u rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew rapporti li juru l-konformità tal-investigazzjonijiet u proċeduri taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 mar-rekwiżiti tal-MONEYVAL jew l-FATF?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’April 2021, il- Committee of Experts on the Evaluation of Anti-Money Laundering Measures and the Financing of Terrorism – MONEYVAL, ippublikat rapport dwar Malta li huwa disponibbli għall-użu pubbliku, u li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-rapport juri li l-qafas ta’ Malta kontra il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu huwa f’saħħtu u jindirizza r-rekwiżiti kollha tal-FATF fl-ambitu tekniku u legali.

Każijiet ta’ Money Laundering – Ammonti rkuprati mill-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ammont finanzjarju ġie effettivament ikkumpensat jew irkuprat mill-Istat f’każijiet konnessi ma’ Money Laundering?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Konfiski u Freezing Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur totali tal-assi jew fondi li kienu suġġetti għal konfiska jew freezing orders taħt il-proċeduri ta’ ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus li ġew konklużi rriżultaw f’kundanna, kemm f’assoluzzjoni, u kemm f’sentenzi alternattivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Medja ta’ żmien biex proċedura tiġi konkluża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ żmien biex proċedura kriminali ta’ ħasil ta’ flus tasal għal konklużjoni tagħha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Att kontra Money Laundering, Kap. 373 – Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 ġew konklużi, kemm għadhom pendenti, u kemm ġew sospiżi jew abbandunati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Predicate Offences – Sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irċevuti sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali konnessi ma’ dawn il-każijiet relatati ma’ predicate offences?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MTCA rċeviet numru ta’ talbiet biex jibbenefikaw mill‑provvedimenti tal‑Att XXX tal‑2025, li qed jiġu ipproċessati.

Predicate Offences – Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’każijiet relatati ma’ predicate offences fiskali sarux investigazzjonijiet paralleli dwar nuqqas ta’ rendikonti, dikjarazzjonijiet insuffiċjenti jew under-reporting tad-dħul?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn ikun hemm investigazzjonijiet għaddejja, l-MTCA tgħin lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta (FCID), meta tintalab, billi twettaq Rapporti ta’ Analiżi tat-Taxxa għal dawn il-każijiet. F’dawn ir-rapporti jiġi kkalkulat l-ammont ta’ taxxa li potenzjalment ġiet evaża. Dawn mhumiex investigazzjonijiet paralleli, iżda jiffurmaw parti mill-investigazzjoni kriminali.  Dan barra milli hemm każi fejn jiġu trattati bi proċeduri amministrattivi.

Money Laundering – Persuni u entitajiet akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni jew entitajiet akkużati fuq ħasil ta’ flus kellhom ukoll pendenzi tat-Taxxa fuq id-Dħul jew VAT mal-Commissioner for Revenue?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont id-daqs tal-kumpanija (micro, small, medium, large enterprise) li ġew akkużati b’ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Entitajiet kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus kienu jinvolvu entitajiet kummerċjali, u skont liema forma legali (Ltd, Partnerships, NGOs, Sole Traders)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Industriji u setturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx industriji jew setturi fejn jidher li l-akkużi ta’ ħasil ta’ flus huma aktar frekwenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni Self Employed

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-persuni self-employed li kienu akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 li l-professjoni jew it-trade tagħhom hija: kostruzzjoni u kuntratturi; servizzi finanzjarji; kummerċ bl-imnut jew bl-ingrossa; artisti, dawk fis-settur tad-divertiment, jew freelancers; professjonijiet regolati (accountants, lawyers, brokers); u negozji żgħar jew micro-enterprises, għal kull sena mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Klassifikazzjoni ta’ persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont il-livell edukattiv jew tip ta’ kwalifika professjonali tal-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni akkużati - impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, kienu impjegati, jew self-employed, u kemm kienu diretturi jew uffiċjali ta’ kumpaniji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Predicate offences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-predicate offences li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus l-aktar frekwentement? Jista’ jgħid ukoll kif inbidlet din ix-xejra matul l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Predicate offences

Question

Jista’ l-Ministru jikklassifika l-proċeduri kriminali skont it-tip ta’ predicate offence li fuqha kienet ibbażata l-akkuża ta’ ħasil ta’ flus bħal: evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul; evażjoni tal-VAT; frodi jew falsifikazzjoni ta’ dokumenti; traffikar tad-drogi; offiżi ta’ korruzzjoni u tixħim; offiżi relatati ma’ kummerċ illeċitu; u kwalunkwe predicate offence ieħor mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.