Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji reġistrati għall-VAT
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet kinux reġistrati għall-VAT f’Malta, jew jekk sarux ħlasijiet lill-entitajiet reġistrati barra minn Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-ħlasijiet kollha magħmula mill-Gvern fil-kuntratt tal-isptarijiet kinux jinkludu VAT jew le? Jekk iva, x’kien l-ammont totali ta’ VAT imħallas?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT - Differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlasijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk kienx hemm każijiet fejn instabu differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlas ta’ VAT jew taxxi oħra mill-kumpaniji fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi dovuti – Verifiki/kontrolli mill-awtoritajiet fiskali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux verifiki jew kontrolli mill-awtoritajiet fiskali biex jiġi assigurat li l-VAT u t-taxxi dovuti ġew imħallsa fil-ħin f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi - Ħlasijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-kumpaniji kollha li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet ħallsux il-VAT u t-taxxi kollha dovuti lill-awtoritajiet Maltin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-somom imħallsa skont is-sena u skont il-kumpanija benefiċjarja li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill -Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - ħlasijiet pendent/rikoveri ta’ fondi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx ħlasijiet pendenti jew rikoveri ta’ fondi li għandhom jitħallsu jew jitħallsu lura wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji/konsorzji li rċevew ħlasijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-kumpaniji jew konsorzji li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet u jispjega x’kienu l-obbligi tagħhom taħt l-istess ftehim?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ kull ħlas li sar lill-kumpaniji kollha involuti fil-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tal-ftehim sat-terminazzjoni tiegħu, inkluż l-ammont, id-data, u l-iskop ta’ kull ħlas?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.
Att kontra Money Laundering – Profil ta’ persuni akkużati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xejriet ġodda fil-profil tal-persuni akkużati taħt l-Att dwar Money Laundering, Kap. 373 li huma ta’ tħassib għall-awtoritajiet fiskali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Money Laundering – Persuni taħt inkjesti maġisterjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika dwar in-numru ta’ akkużati li kienu wkoll taħt inkjesti maġisterjali relatati ma’ każi ta’ ħasil ta’ flus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Money Laundering – Predicate Offences – Skemi u riformi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx introdotti skemi jew riformi fiskali biex ir-riskju li l-offiżi fiskali jsiru predicate offences għall-ħasil ta’ flus, jitnaqqas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reati fiskali kollha għadhom jitqiesu
predicate offences
għall-ħasil ta’ flus u kull min, fir-rwol tiegħu, jiltaqa’ ma reati fiskali li kwalifikaw bħala predicate offence, għandu jirrapporta dan lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tali reati jiġu investigati.
Iżda, tramite l-Att Nru XXX tal-2025, li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Taxxa, ġie leġiżlat li persuna investigata jew mixlija b’reat/i fiskali (predicate offence/s) u ksur konness, tista’ tagħmel ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana sabiex minflok jittieħdu jew jitkomplew proċeduri kriminali kontra tagħha, tħallas penali addizzjonali li tista’ titla sa miljun (1,000.000) euro.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx valutazzjoni dwar l-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija minn reati relatati ma’ ħasil ta’ flus identifikati fl-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA tikkonferma li m’hemm l-ebda studju dwar dan is-suġġett u qatt ma rċeviet jew ġabret data dwar reati ta’ ħasil ta’ flus.