Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi - Ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kumpaniji kollha li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet ħallsux il-VAT u t-taxxi kollha dovuti lill-awtoritajiet Maltin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Terminazzjoni tal-kuntratt - Somom ta’ kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk ġewx imħallsa somom ta’ kumpens jew ħlasijiet oħra wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda ħlasijiet oħra wara t-terminazzjoni tal-kuntratt, b’dana li l-ammont indikat skont l-ICC Award ġie depożitat taħt l-awtorità tal-Qorti ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-somom imħallsa skont is-sena u skont il-kumpanija benefiċjarja li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6980.
Kuntratt tal-isptarijiet - ħlasijiet pendent/rikoveri ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx ħlasijiet pendenti jew rikoveri ta’ fondi li għandhom jitħallsu jew jitħallsu lura wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji/konsorzji li rċevew ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kumpaniji jew konsorzji li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet u jispjega x’kienu l-obbligi tagħhom taħt l-istess ftehim?
Kuntratt tal-isptarijiet - Fondi pubbliċi li tħallsu
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’inhu l-ammont totali ta’ fondi pubbliċi li tħallsu taħt il-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tiegħu sal-lum?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fir-rapport tat-Tribunal Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kull ħlas li sar lill-kumpaniji kollha involuti fil-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tal-ftehim sat-terminazzjoni tiegħu, inkluż l-ammont, id-data, u l-iskop ta’ kull ħlas?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Gvern kellu relazzjoi kuntrattwali mal-koncessjonarji (VGH u Steward) u l-uniċi ħlasijiet li saru taħt il-kuntratt imsemmi huma lill-konċessjonarji kif determinat mill-istess kuntratt. L-obbligi kienu dawk stabbilti fil-kuntratt u huma dawk espressi kemm fir-rapport tal-Awditur Ġenerali u l-Award tal-ICC.
Kuntratt tal-isptarijiet - Obbligi pendenti ta’ pagamenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-Gvern għandux obbligi pendenti ta’ pagamenti taħt xi sub-kuntratti ma’ kumpaniji Maltin li kienu qed jaħdmu taħt il-kuntratt ewlieni tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx xi kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas jew li ċaħdu ħlasijiet bħala parti minn ftehim jew arranġament finanzjarju fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet/ftehimiet ta’ kompromess
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux ħlasijiet jew ftehimiet ta’ kompromess ma’ xi kumpaniji lokali biex jiġu ssodisfati talbiet ta’ ħlas fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-Ministeru għandux stima ta’ kemm jista’ jkun il-valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Tilwim legali jew arbitraġġ pendenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx tilwim legali jew arbitraġġ pendenti bejn il-Gvern u xi kumpaniji lokali dwar ħlasijiet relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kontijiet/pretensjonijiet ta’ ħlas
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk ġewx preżentati kontijiet jew pretensjonijiet ta’ ħlas minn xi kumpaniji lokali wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhu l-ammont totali ta’ ħlasijiet pendenti jew li għadhom qed jiġu kkunsidrati bħala dovuti lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom ma ġewx imħallsa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhuma l-ismijiet tal-kumpaniji lokali, u x’inhuma s-servizzi jew ix-xogħlijiet li għadhom ma ġewx imħallsa għalihom fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom iridu jitħallsu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx kumpaniji lokali li għad għandhom jitħallsu xi somom relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet jew mat-terminazzjoni tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Awditur Ġenerali/CFR - Verifiki
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux verifiki mill-Awditur Ġenerali jew mill-Kummissarju għat-Taxxa (CFR) dwar il-konformità fiskali tal-kumpaniji mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Taxxi/kontribuzzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx xi taxxi jew kontribuzzjonijiet pendenti li għadhom mhux imħallsa minn xi waħda mill-kumpaniji konċernati mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Awtoritajiet tat-taxxa - Rendikonti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk ġewx sottomessi rendikonti lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar il-ħlasijiet kollha relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.