Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur totali tal-assi jew fondi li kienu suġġetti għal konfiska jew freezing orders taħt dawn il-proċeduri ta’ ħasil ta’ flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus li ġew konklużi rriżultaw f’kundanna, kemm f’assoluzzjoni, u kemm f’sentenzi alternattivi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Money Laundering – Medja ta’ żmien biex proċedura tiġi konkluża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ żmien biex proċedura kriminali ta’ ħasil ta’ flus tasal għal konklużjoni tagħha?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi it-tabella ta’ hawn taħt turi kemm hi l-medja ta’ żmien biex proċeduri kriminali ta’ ħasil ta’ flus tasal għal konklużjoni tagħha.
Sena
Medja ta’snin biex jiġi konkluż każ
2022
3
2023
4
2024
4
2025
3
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 ġew konklużi, kemm għadhom pendenti, u kemm ġew sospiżi jew abbandunati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Predicate Offences – Sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irċevuti sanzjonijiet amministrattivi jew multi fiskali konnessi ma’ dawn il-każijiet relatati ma’ predicate offences?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’każijiet relatati ma’ predicate offences fiskali sarux investigazzjonijiet paralleli dwar nuqqas ta’ rendikonti, dikjarazzjonijiet insuffiċjenti jew under-reporting tad-dħul?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni jew entitajiet akkużati fuq ħasil ta’ flus kellhom ukoll pendenzi tat-Taxxa fuq id-Dħul jew VAT mal-Commissioner for Revenue?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont id-daqs tal-kumpanija (micro, small, medium, large enterprise) li ġew akkużati b’ħasil ta’ flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus kienu jinvolvu entitajiet kummerċjali, u skont liema forma legali (Ltd, Partnerships, NGOs, Sole Traders)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-persuni self-employed li kienu akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 li l-professjoni jew it-trade tagħhom hija:
• kostruzzjoni u kuntratturi;
• servizzi finanzjarji;
• kummerċ bl-imnut jew bl-ingrossa;
• artisti, dawk fis-settur tad-divertiment, jew freelancers;
• professjonijiet regolati (accountants, lawyers, brokers); u
• negozji żgħar jew micro-enterprises,
għal kull sena mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont il-livell edukattiv jew tip ta’ kwalifika professjonali tal-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, kienu impjegati, jew self-employed, u kemm kienu diretturi jew uffiċjali ta’ kumpaniji?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ma tinżammx statistika tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-predicate offences li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus l-aktar frekwentement? Jista’ jgħid ukoll kif inbidlet din ix-xejra matul l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u l-każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024. Għalekk meta wieħed jikkonsidra l-informazzjoni miġbura minn meta beda jipprosekwixxi dawn il-każijiet dan l-Uffiċċju sal-aħħar ta’ Jannar 2026, jidher li l-iktar predicate offences frekwenti li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus kienu dawk ta’ frodi u miżapproprjazzjoni.
Jista’ l-Ministru jikklassifika l-proċeduri kriminali skont it-tip ta’ predicate offence li fuqha kienet ibbażata l-akkuża ta’ ħasil ta’ flus bħal:
• evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul;
• evażjoni tal-VAT;
• frodi jew falsifikazzjoni ta’ dokumenti;
• traffikar tad-drogi;
• offiżi ta’ korruzzjoni u tixħim;
• offiżi relatati ma’ kummerċ illeċitu; u
• kwalunkwe predicate offence ieħor
mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni hekk kif miġbura mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sad-29 ta’ Jannar 2026. Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u l-każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024, għalhekk din it-tabella tinkludi biss informazzjoni miżmuma minn dan l-Uffiċċju skond kif deskritt.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta’ akkużi taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, żdiditx jew naqsitx, u għal liema raġunijiet mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 32998.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap 373, parzjalment jew kompletament, kienu bbażati fuq akkużi esklussivament relatati ma’ Money Laundering u kemm minnhom inkludew predicate offence addizzjonali, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u għalhekk qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi informazzjoni minn Ottubru 2020. Ta’ min jinnota ukoll li każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024.
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, parzjalment jew kompletament, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kien hemm persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering hekk kif miġbura sas-26 ta’ Jannar 2026. Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ huwiex possibli issir distinzjoni jekk l-persuni kienux parzjalment jew kompletament akkkużati taħt l-att msemmi.
Kuntratt tal-isptarijiet - Obbligi pendenti ta’ pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux obbligi pendenti ta’ pagamenti taħt xi sub-kuntratti ma’ kumpaniji Maltin li kienu qed jaħdmu taħt il-kuntratt ewlieni tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas jew li ċaħdu ħlasijiet bħala parti minn ftehim jew arranġament finanzjarju fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.