Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ rapporti ta’ serq f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-total ta’ rapporti ta’ serq f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-aħħar ta’ Settembru kien kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
Sa 30/09/2023
Ammont
247
224
228
264
285
276
259
234
231
272
192
182
199
170
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-total ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika mis-sena 2010 sat-30 ta’ Settembru 2023 kien kif jidher hawn taħt:
Sena
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
Sa 30/09/2023
Ammont
23
28
19
27
29
31
39
36
49
65
103
81
92
74
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ rapporti ta’ computer misuse f’Għawdex għal kull sena mis-sena 2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-total ta’ rapporti ta’ computer misuse f’Għawdex, li ġew irrapurtati mal-Pulizija mis-sena 2010 sas-16 ta’ Ottubru 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
Sa 16/10/2023
Ammont
4
8
5
11
8
12
10
13
6
8
16
14
21
63
Malta u Għawdex — Rata ta’ kriminalità għal kull elf persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta’ kriminalità fl-aħħar sena għal kull elf persuna ġewwa Malta, u kemm kienet ġewwa Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi r-rata ta’ kriminalità għas-sena 2022 għal kull elf persuna ġewwa Malta u Għawdex, kienet kif indikata fit-tabella hawn taħt.
Rata ta’ reati għal kull elf persuna
Sena 2022
Reati għal kull 1000 persuna
Rata ta’ Malta u Għawdex
28
Rata ta’ Malta
29
Rata ta' Għawdex
24
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar erba’ snin fuq il-Proġett tal-Infjorata li jittella’ fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, fil-Green Week?
Kunsilli Lokali – ħlas ta’ dawl mill-produzzjoni tal-pannelli solari
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu lura l-kunsilli għal kull unit ta' dawl li qed jipproduċu mill-pannelli solari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rata mħallsa lill-kunsilli lokali għall-elettriku esportat lejn il-grid tiddependi fuq liema arranġament ikunu daħlu fih meta installaw l-installazzjoni pannelli solari.
Għawdex – Casa Amalia u Ġesu Nazzarenu – servizzi lil anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’investiment qed jagħmel għall-anzjani f'Għawdex permezz tan-night shelters u day centres ta’ Casa Amalia u Ġesu Nazzarenu? Jista’ jgħid ukoll kemm jiġi jiswa kull anzjan li juża dawn is-servizzi u li issa ilhom numru ta’ snin jaqdu l-esiġenzi tal-anzjani tagħna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ Casa Amalia jiswa €55 għal kull anzjan/a għad-Day Centre u €45 għal kull anzjan għan-Night Shelter. Fil-kaz tan-Night Shelter ‘Ġesu Nazzarenu’ il-Ministeru joffri s-servizz tat-tindif, tal-immanigjar u tal-carers.
Għawdex — Triq l-Imġarr u Triq Sant Antnin - pjanijiet fuq junction
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet dwar il-Junction li ser issir bejn Triq l-Imġarr u Triq Sant’Antnin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet dwar il-junction li se ssir bejn Triq l-Imġarr u Triq Sant’Antnin hija skont il-permess tal-Awtorita tal-Ippjanar PA/00522/21.