Legislature:
Category:
Reset
Active:

policy dwar prezzijiet ta' proprjetà

Question

Billi l-gazzetti rrapportaw li l-persuni li jistmaw il-proprjetà (għal skop ta' taxxa) li tkun inbiegħet jagħmlu dan a bażi ta' reklami li jkun hemm fil-gazzetti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li din il-policy tinbidel, u minflok il-prezzijiet kif stmati jibdew ikunu bbażati fuq il-prezzijiet tas-suq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntrarju għal dak li ntqal f’xi gazzetti, u għal xi impressjoni skorretta li setgħet ingħatat dwar l-operat tal-bord intern li jivverifika l-valuri ddikjarati fuq kuntratti ta’ trasferiment ta’ immobbli, fil-fatt mhumiex il-membri ta’ dan il-bord li jivvalutaw il-proprjetà iżda l-periti mqabbda mid-dipartiment. Dak li jagħmlu l-membri ta’ dan il-bord huwa li jiddeċiedu liema minn dawn il-propjetajiet għandhom jiġu spezzjonati. Fejn ikun jidhrilhom li l-valur dikjarat ikun aktar baxx minn dak tas-suq, dawn jirreferu l-każ lil wieħed mill-periti tad-Dipartiment biex jagħmel l-ispezzjoni professjonali tiegħu. Huma dawn il-periti li jivvalutaw il-proprjetà, u mhux il-membri tal-bord. Min-naħa tagħhom, fid-deċiżjoni dwar jekk jirreferux il-każ lill-periti jew le, il-membri tal-bord jibbażaw ruħhom kemm fuq l-esperjenza estensiva tagħhom fis-suġġett kif ukoll fuq it-tagħrif kurrenti li jakkwistaw billi jżommu ruħhom aġġornati dwar il-prezzijiet tas-suq tal-proprjetà. Dan jagħmluh billi, fost affarijiet oħra, jinnutaw kif tkun qed tiġi reklamata l-proprjetà f’publikazzjonijiet speċjalizzati tal-proprjetà, li fil-fatt jagħtu stampa attwali tal-prezzijiet kurrenti. Dawn il-gwidi jgħinu lill-membri tal-bord biex jiddeċiedu jekk proprjetà għandhiex tiġi spezzjonata mill-perit jew le. Għalhekk il-valutazzjonijiet tal-proprjetà jsiru minn nies kompetenti f’dan il-qasam, jiġifieri minn periti, fejn l-istruzzjonijiet tad-Dipartiment huma ċari u jispeċifikaw li l-proprjetà trid tiġi vvalutata skont il-valur tas-suq fid-data tat-trasferiment.

spezzjonijiet fil-biċċeriji tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' spezzjonijiet li saru fil-biċċeriji tal-Gvern matul l-2008 u l-2009 rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-ispezzjonijiet kenux minn personnel Malti inkella minn awtoritajiet barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

San Pawl il-Baħar — Veccja - dawl tal-fanal tal-breakwater

Question

Jista' l-Ministru permezz tal-awtorità kompetenti jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tal-fanal fit-tarf tal-breakwater tal-Veccja , San Pawl il-Baħar jinxtegħel kemm jista' jkun malajr, issa li qed joqorbu sew ix-xhur tas-sajf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni dwar vetturi li ġew scrapped

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi li ġew scrapped, matul l-2008 u l-2009 risprettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-vetturi li ġew scrapped, skond il-kategorija ta' vetturi kif liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Informazzjoni dwar karozzi li ġew garaged

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li ġew garaged matul l-2008 u l-2009 rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-vetturi li ġew garaged, skond il-kategorija ta' vetturi kif liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Informazzjoni dwar muturi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi li hawn liċenzjati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? X'ċilindrata għandhom dawn il-muturi kif liċenzjati ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni dwar roti li għandhom xi forma ta' magna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' roti li għandhom xi forma ta' magna, li ġew reġistrati ma' l-awtorità responsabbli mil-land transport f'Malta? Kemm-il tip ta' reġistrazzjoni hemm għal dawk li huma roti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni dwar karozzini reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' karozzini li hawn reġistrati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitazzjonijiet dwar fejn jistgħu jaħdmu dawn il-karozzini kif liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15273 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għand il-lands department

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li hemm għand il-Lands Department biex dawk li għandhom ristoranti jew bars ikunu jistgħu jagħmlu estensjonijiet tal-bankina quddiem il-post tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13930 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li saru fil-Parlament

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar numru ta' allegazzjonijiet li kienu saru fil-Parlament qabel l-elezzjoni li għaddiet, u li jien personalment kont tlabt li jiġu investigati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #13374 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Liċenzji għan-nassaba u kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' liċenzji għan-nassaba u kaċċaturi rispettivament li għandna f'Malta u f'Għawdex? Kif inhuma maqsuma dawk il-liċenzji skond il-lokalità ta' dawk liċenzjati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni qiegħeda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Qatla taċ-ċanga u tal-majjal fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla taċ-ċanga u tal-majjal fil-biċċerija tal-gvern, kull xahar minn Jannar 2007 sa Settembru 2008? Kif titqabbel din il-qatla mat-tnax-il xahar minn Jannar sa Diċembru 2006? X'wassal għall-bidliet fil-qatla fil-biċċerija tal-Gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.