Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa biex jinbnew sheds għall-baqar, madwar Malta u Għawdex, rispettivament?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' infermiera li qed jistudjaw bħalissa fl-Università ta' Malta? Tista' tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' infermiera li huma mistennija jispiċċaw mix-xogħol matul din is-sena li qegħdin fiha u matul is-sena ġejja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Porzjuncola - tarmac u servizzi
Question
Billi Triq Porzjunkola fil-Qawra, San Pawl il-Baħar hija okkupata minn numru kbir ta' residenti li ġew joqogħdu f'bini ġdid, jista' l-Ministru jieħu immedjatament il-passi neċessarji biex il-partijiet tagħha li għadhom mhux mogħtija t-tarmac, fil-fatt jinksew bit-tarmac u jsiru ukoll is-servizzu li għad fadal isiru?
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — xogħlijiet fuq toroq
Question
Jista' l-Ministru jassigura li n-numru ta' toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra li għadhom qatt ma saru, fil-fatt jinksew bit-tarmac, wara li jsiru s-servizzi neċessarji għaliex minbarra għar-residenti, dawn it-toroq qed ikunu ta' dannu kbir għall-industrija tat-turiżmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6716.
Billi l-pelican lights fil-bypass tan-Naxxar qabel u wara r-roundabout li tieħu għall-Għargħur ilhom li ġew stallati xhur sħaħ u baqgħu ma nxtegħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinxtegħlu? Meta hu mistenni li l-bypass kollha sas-Salina, fil-fatt tinxtegħel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pelican lights fil-bypass tan-Naxxar qabel u wara r-roundabout li tieħu għal Għargħur nxtegħlu.
Rigward il-bqija tal-bypass, l-Awtorità qed tipprepara proġett pilota ta' passive lighting għal din it-triq minflok id-dawl tradizzjonali. Qed isir xogħol preparattiv biex ikunu jistgħu joħorġu tenders.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq ħerġin, jew ser joħorġu għalihom fil-futur qarib, tenders għall-kostruzzjoni tagħhom fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal, raħal?
vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija — ksur ta' liġijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każi fejn vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija ġew investigati minn awtoritajiet tal-port barranin u nstabu li qed jiksru konvenzjonijiet internazzjonali? Jekk fl-affermattiv, fejn instab li kien il-każ? X'passi ttieħdu mill-awtoritajiet Maltin kontra s-sidien/operaturi ta' dawn il-vapuri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija huma suġġetti għall-spezzjonijiet mill-Istat tal-Port meta dawn jidħlu f'portijiet barranin. Fl-2008, 181 bastiment Malti ngħataw detenzjoni wara li ġew spezzjonati mill-Istat tal-Port u ma tħallewx isalpaw sakemm kien assigurat li dawn kienu konformi ma' l-istandards internazzjonali. Dawn il-każijiet kienu f'diversi portijiet imxerrdin mad-dinja.
Barra minn hekk, Transport Malta ordnat spezzjonijiet ulterjuri fuq 175 bastiment wara li dawn ġew mogħtija detenzjoni f'xi port barrani. Dawn l-ispezzjonijiet isiru minn spetturi li huma mqabbda mill-awtoritajiet Maltin biex ikun assigurat li l-bastimenti huma konformi ma' l-istandards nazzjonali kif ukoll dawk internazzjonali. F'erba' każi oħra inħasset il-ħtieġa li jiġi ordnat audit addizzjonali fuq il-kumpanija biex ikun assigurat li l-kumpanija qegħda topera kif suppost.
Awtorità dwar it-Trasport — talbiet għal reserved parking spaces
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi bord li jikkonsidra talbiet għal reserved parking spaces? Jekk iva, kemm għandu talbiet pendenti quddiemu dan il-bord? Meta saret l-aħħar laqgħa tal-bord? Kemm ġew approvati/rifjutati talbiet minn dawk li kien hemm pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-fatt Transport Malta għandha żewġ bordijiet li jikkunsidraw talbiet għal spazji ta' parkeġġ riservsat. Wieħed jittratta speċifikament talbiet minn persuni b'diżabilità filwaqt li l-ieħor jittratta talbiet oħra li jridu jsiru mill-Kunsilli Lokali, għall-spazji ta' parkeġġ riservat. L-ewwel bord iltaqa' l-aħħar fit-18 ta' Novembru 2009 fejn ġew approvati 10 talbiet, 24 talba ġew miċħuda, filwaqt li 6 oħra ngħataw permess li jitħalla metru u nofs passaġġ. M'hemmx talbiet pendenti quddiem dan il-bord, però hemm 48 talbiet li qiegħdin fil-proċess ta' verifikazzjoni ta' dokumenti, li imbagħad jintbagħtu lit-tabib ta' Transport Malta biex issir il-vista medika, qabel ma jkunu lesti biex jiġu evalwati mill-bord.
Il-Bord li jevalwa talbiet mingħand kunsilli lokali ltaqa' l-aħħar fis-27 ta' Novembru 2009 u għad għandu pendenti 19-il talba għal spazji ta' parkeġġ riservat.
Awtorità dwar it-Trasport — twessiegħ tat-triq matul il-kosta tas-Salina
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm ilmenti li tressqu quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport dwar il-proposti għat-twessiegħ tat-triq matul il-kosta tas-Salina minn St. Andrews sad-daħla ta' Buġibba mis-sidien tal-art affettwata?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li infakkar lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għall-iżvilupp li hemm quddiem il-MEPA għat-twessigħ tat-triq in kwistjoni jikkoncerna l-medda ta' triq mir-roundabout ta' Erba' Mwiezeb sa' ħdejn iċ-ċimiterju tal-Commonwealth. Ma daħal l-ebda lment fuq din il-medda ta' triq.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bankina fit-triq prinċipali ta' Burmarrad (fir-raħal innifsu) tinqala' u ssir mil-ġdid b'wiċċ ġdid minħabba l-fatt li din il-bankina speċjalment in-naħa tal-għelieqi tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet. Il-proċess ta' aġġudikazzjoni wasal fl-aħħar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rispons għas-sejħa ta' interess biex jiġu mqegħda pontoons temporanji madwar Malta u Għawdex? Kemm kienu proposti u f'liema stadju wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni ta' dawn il-proposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità kienet ħarġet żewġ sejħiet għal proposti għal Organised Mooring Areas għax-Xemxija u s-Salina, u għal marina temporanja fil-Kalkara.
L-Awtorità rċeviet tliet proposti għall-ewwel sejħa (Xemxija u Salina), fejn l-proċess tal-aġġudikazzjoni għadu għaddej. Għat-tieni sejħa (Kalkara), l-Awtorità rċeviet tliet proposti, iżda l-proċess tal-aġġudikazzjoni għadu ma bediex.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-pelican lights għall-inħawi ta' Burmarrad/San Pawl il-Baħar (tlieta jew erbgħa) li ilhom approvati snin sħaħ, fil-fatt jiġu stallati fejn suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant huwa ppjanat li jitlesta sa Mejju.
Billi issa għadda ħafna żmien minn mindu ġew approvati l-pelican lights f'Burmarrad u f'San Pawl il-Baħar u billi dawn għadhom ma twaħħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-fatt jiġu stallati dawn il-pelican lights approvati?
Miżuri biex jonqos l-ispeed fi Triq San Pawl il-Baħar fix-Xemxija
Question
Billi matul l-aħħar snin kien hemm diversi inċidenti tat-traffiku fil-parti ta' Triq San Pawl li tagħti mill-Veccia sar-roundabout tax-Xemxija, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq jittieħdu fiha xi miżuri li bihom jonqos l-ispeed li bih jgħaddu l-karozzi minn din in-naħa tan-network pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' sussidju li tħallas kull sena lill-Public Trasport Association (ATP) matul is-snin 1999-2009 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi riċentament ġie kkwotat fil-ġurnali lokali li m'hemm l-ebda xogħol ieħor marbut mal-faċilitajiet ta' cruiseliners f'Għawdex, wara li jitlesta x-xogħol fuq il-bagi tax-Xlendi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-applikazzjoni P.A 3051/03 għall-faċilità ta' mooring ta' cruiseliners 'il barra mill-port tal-Imġarr ġietx irtirata mill-Awtorità Marittima ta' Malta jew issa mill-awtorità li ħadet postha? Jekk iva, x'wassal biex din l-applikazzjoni tiġi rtirata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhux minnu li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet irtirata.
Billi fil-ġurnali ta' kuljum dehru riklami mill-Air Malta li jirreklamaw il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi kundizzjonijiet ġodda dwar il-bejgħ tal-istess lukanda? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fondi li jistgħu jidħlu minn dan il-bejgħ hux se jmur għand il-gvern inkella għand l-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.