Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat pjanti ġodda għat-terminal tal-passiġieri fiċ-Ċirkewwa, li fost l-oħrajn naqqsu t-talba tal-istess Awtorità, li fil-passat b'insistenza talbet li jinbena wave wall li kien se jiswa mijiet ta' eluf ta' liri Maltin (dak iż-żmien)? Jekk fl-affermativ, x'wassal għal din il-bidla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li huwa minnu li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat pjanti ġodda mal-permess PA 6148/08. Dawn il-pjanti ma jinkludux l-imsemmi 'wave wall'. Ta' min jinnota li l-MEPA qatt ma talbet 'wave wall' iżda, meta dan kien qed jiġi propost, talbet miżuri li jnaqqsu l-impatt viżwali ta' dan il-ħajt. L-applikant neħħa l-'wave wall' mill-proposta minħabba li permezz tal-bidla fl-operat u l-bidla fil-pjanti ma kienx għad hemm il-ħtieġa ta' dan il-ħajt.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet għall-bini ta' ġibjuni/reservoirs quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar preżentement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha pendenti quddiemha mitejn wieħed u tletin (231) applikazzjoni u erba’ (4) notifiki għal żvilupp li jikkonċernaw bini ta’ ġibjuni/reservoirs. Mill-applikazzjonijiet pendenti, mija tlieta u disgħin (193) każ qed jistennew l-ewwel deċiżjoni, u tmienja u tletin (38) każ qegħdin fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem “
reserv
oir
”, “ġiebja”, jew “
ġibjun
/i”.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' ramla fl-inħawi ta' Fra Ben il-Qawra? Meta hu mistenni li din l-applikazzjoni tiġi deċiża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni li tikkonċerna l-iżvilupp propost imsemmi (PA 2000/09) għadha qed tiġi proċessata.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kkummissjonat
Mathematical Modelling Study
sabiex jistabbilixxi numru ta’ kunsiderazzjonijiet importanti fosthom it-tip ta’ lqugħ li jrid isir biex il-bajja tkun stabbli, id-daqs tar-ramel li jrid jintuża u t-telf tar-ramel li jista’ jkun hemm kull sena. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju qed jiġu kkunsidrati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serer li ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-2009? Fejn kienu l-applikazzjonijiet li fil-fatt ġew approvati, lokal b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2009 ġew approvati erbatax (14) il-applikazzjoni li jirrigwardaw serer. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-figuri mitluba. Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet approvati li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem “serra”, “serer” jew “greenhouse/s”.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li jattendu regolarment fil-bereġ li l-Ministeru għandu mifruxa madwar Malta? B'mod ġenerali kemm hu n-numru ta' sigħat li fihom ikunu miftuħa dawn il-bereġ? Hemm xi ħinijiet li fihom ikun hemm tobba preżenti f'dawn il-bereġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
In-numru ta' bereġ f'Malta huwa 43. Id-dettalji dwar il-ħinijiet tal-ftuħ u lokalitajiet huma kif jidher fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 12344. In-numru ta' persuni li attendew fil-bereġ matul l-2009 kienu 207, 669. Fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-bereġ dejjem ikun hemm tabib u infermiera preżenti. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament dwar liema tibdil fid-diversi liġijiet li jikkonċernaw il-konsumatur hu mistenni li jiġu proposti fil-futur qarib? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm tibdil f'dawk li huma l-Uffiċċji għall-Kummerċ Ġust?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturar qiegħed fi stadju avvanzat u aktar dettalji f’dan ir-rigward jingħataw ’l quddiem.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meċessarja biex permss ta' personnel li jaqa' taħtu jinbnew il-ħitan madwar siti miftuħa li għandna fl-inħawi ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar u dan qabel ix-xhur tas-sajf, biex jiġu evitati lmenti li diġà kellna matul l-aħħar snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. membru jinnota li għal plots privati vojta, hemm proċedura li l-kunsilli lokali jista' jaddotta mal-MEPA. Il-Works Department jintervjeni għall-plots li huma proprjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Malta Communications Authority rċevitx ilmenti minn residenti fil-Kortin, jew mill-Għaqda tar-Residenti fil-Kortin minħabba problema marbuta mal-antenni tal-mobiles f'dawk l-inħawi? Jekk irċeviet, kemm irċeviet? Meta rċeviethom? X'passi ħadet? Jekk saret xi investigazzjoni, x'kienu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
information boards biex ikunu ta' għajnuna għat-turisti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm ħafna faċilitajiet turistiċi, kemm pubbliċi, kif ukoll privati, jitqiegħdu information boards f'diversi inħawi tal-lokalità biex il-viżitaturi jkunu f'qagħda aħjar li japprezzaw il-faċilitajiet u l-inħawi oħra ta' importanza li jkun hemm fl-istess lokalità?
tagħlim tal-agrikultura — kordinazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u dak tar-Riżorsi u affarijiet Rurali
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema tip ta' kordinazzjoni ssir bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u dak tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali f'dak li hu l-programm ta' studju fl-istitut responsabbli mit-tagħlim ta' suġġetti marbuta mal-agrikultura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Universita’ ta’ Malta
Minn meta twaqqaf l-Istitut tal-Agrikultura, kien hemm l-għarfien li r-rabta mal-Ministeru risponsabbli għall-agrikultura u l-affarijiet rurali hija mill-aktar importanti u sservi ta’ ħolqa fir-rigward tal-bżonnijiet tal-pajjiż, f’dak li għandu x’jaqsam mal-Ministeru, u kif ukoll is-settur rurali. Għal dan il-għan il-kostituzzjoni tal-Bord tal-Istitut tal-Agrikultura tiddetermina li żewġ membri għandhom ikunu nominati mill-Ministru risponsabbli għall-agrikultura u l-affarijiet rurali. Fuq livell ta’ bord, jiġu diskussi u approvati programmi ta’ studju, u hemm, ir-rappreżentanti tal-Ministeru jkollhom l-opportunità jsemmgħu leħinhom. Barra minn dan, memorandum ta’ ftehim fil-fatt jinkoraġġixxi kollaborazzjoni mill-qrib f’dak li hu t-tkabbir tar-riżorsi.
Fl-2004 il-Ministeru, permezz tal-Onor. Dr Francis Agius, kien attiv ferm fit-talba għas-sapport fuq l-iżvilupp tal-kurikulu ta’ lawrja konġunta mill-Universita’ ta’ Malta u l-Universita’ ta’ Perugia fil-
Mediterranean Agro-Ecosystems.
Fl-2006 l-Istitut tal-Agrikultura, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, organizza kors ta’ ċertifikat fl-apicultura. L-Istitut u l-Ministeru dejjem jikkollaboraw sabiex iħajjru l-istudenti jagħżlu suġġetti għar-riċerka li jkunu fl-interess tal-agrikultura Maltija.
Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST)
Hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u dak tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u jsiru bosta laqgħat dwar bżonnijiet f’dan is-settur.
Mhux l-ewwel darba li l-MCAST fetaħ korsijiet anke għal numru zgħir ta’ studenti biex b’hekk jinqdew il-bżonnijiet tas-settur.
Barra minn hekk hemm kollaborazzjoni bejn l-MCAST u l-Għammieri. Huwa propju għalhekk li dan l-Istitut huwa llokat fis-sit fejn qiegħed.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew fl-emerġenza matul l-ewwel xahrejn ta' din is-sena, xahar b'xahar? Kif jitqabbel dan in-numru mal-istess xhur tas-sena li għaddiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li d-dettalji mitluba huma kif jidher hawn taħt:
Attendenzi fl-Emerġenza, MDH
2009
Total Reġistrati
Attendenzi fl-Emerġenza, MDH
2010
Total Reġistrati
Differenza
January 2009
8671
January 2010
8351
- 320
February 2009
7652
February 2010
7578
- 74
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-karti tal-eżamijiet li jiktbu l-istudenti waqt l-eżamijiet, kemm fl-Università kif ukoll f'istutuzzjonijiet oħra jinżammux f'xi forma ta' arkivji? Jekk iva, fejn qed jinżammu? Jekk le, jistgħu dawn il-karti jibdew jinżammu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li numru ta' toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar jiġu asfaltati għall-ewwel darba? Billi x-xogħol neċessarju jinsab fil-qalba tal-inħawi residenzjali, jista' jieħu l-passi biex dan ix-xogħol isir malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.
applikazzjoni għal-liċenzja tas-sewqan ta' opri tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dawr kemm kien in-numru ta' sidien ta' opri tal-baħar b'magna ta' 50 horsepower li applikaw biex jingħataw liċenzja tas-sewqan kemm ilhom li daħlu r-regoli ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' nies li applikaw biex tinħarġilhom liċenzja nawtika mid-data li ġiet ippublikata l-emenda tar-Regolamenti kien ta' 37.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jiġi kkunsidrat li kemm jista' jkun malajr, jidħlu termini ta' żmien li fihom il-kawżi quddiem il-qrati (kif ukoll proċeduri oħra quddiem l-istess qrati) ikunu jridu jiġu maqtugħa biex jiġi evitat dewmin żejjed f'dawn l-istess proċeduri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi wara d-diversi miżuri ta' riforma li saru fil-proċeduri legali u fit-termini fis-snin li għaddew, qed issir evalwazzjoni fejn għandhom jiġu introdotti oħrajn ġodda.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — tħawwil ta' siġar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi diskussjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar jekk għandux ikun hemm bidla f'dawk li huma siġar li huma permessi li jitħawlu meta jkun hemm żviluppi li jsiru hawn Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-materja dwar liema speċi ta' siġar jitħawlu meta jkun hemm żviluppi hija responsabbiltà ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iżda kull meta inħass il-bżonn li ssir konsultazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar dan, id-Dipartiment dejjem ipparteċipa skond il-ħtieġa.
San Pawl il-Baħar — brief għall-iżvilupp tal-kumpless sportiv
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat il-brief għall-iżvilupp tal-kumpless sportiv li hu maħsub li jinbena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12434.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar — numru ta' studenti li qed jattendu l-Università l-MCAST u l-Junior College
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti minn San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar, flimkien mal-inħawi li jaqgħu taħt l-istess lokalitajiet u li qed jattendu l-Università, l-MCAST u l-Junior College rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li qed jattendu korsijiet full-time fl-Università ta’ Malta, l-Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST) u l-Junior College huwa hekk:
San Pawl il-Baħar u l-inħawi tiegħu
Il-Mellieħa u l-inħawi tagħha
In-Naxxar u l-inħawi tiegħu
Universita’ ta’ Malta
268
175
423
MCAST
69
108
153
Junior College
87
54
119
self employoed u istituzzjonijietn li applikaw għall-inċentivi tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm self employed, istituzzjonijiet li jħaddmu sa għaxar persuni, li fil-fatt applikaw għall-iskemi ta' inċentivi offruti mill-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.