Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bus shelters li twaħħlu matul l-aħħar ftit ġimgħat bejn Diċembru 2009 u llum?
Kemm hawn bus shelters approvati li għad iridu jitqiegħdu f'posthom, u fejn jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Diċembru 2009 twaħħlu żewġ bus shelters, waħda fi Triq Ħal Luqa u l-oħra fi Vjal Sir Paul Boffa, it-tnejn f’Raħal Ġdid. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-bus shelters approvati u li għad iridu jitqiegħdu f’posthom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi li hawn liċenzjati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? X'ċilindrata għandhom dawn il-muturi kif liċenzjati ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dwar roti li għandhom xi forma ta' magna
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' roti li għandhom xi forma ta' magna, li ġew reġistrati mal-awtorità responsabbli mil-land transport f'Malta? Kemm-il tip ta' reġistrazzjoni hemm għal dawk li huma roti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għal dawk li huma roti hemm tip wieħed ta' reġistrazzjoni, dak ta' "power assisted bicycles" u li minnhom hemm 779 reġistrati ma' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' karozzini li hawn reġistrati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitazzjonijiet dwar fejn jistgħu jaħdmu dawn il-karozzini kif liċenzjati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' karozzini liċenzjati jammonta għal 111 li minnhom 4 huma liċenzjati f'Għawdex.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa l-uniku post fejn il-karozzini liċenzjati ma jistgħux jiċċirkolaw huwa fiċ-ċentru tal-Belt, Valletta; filwaqt li biex ikunu jistgħu jaħdmu fl-Imdina, ir-roti tal-karozzini u n-nagħal iridu jkunu miksijin b'materjal protettiv li ma jagħmilx ħsara lill-pavimentar.
talbiet lill-Kummissarji tal-Pulizija biex jinvestiga allegazzjonijiet li saru fil-parlament
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet minn Ministri/Membri Parlamentari li saru lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga allegazzjonijiet li saru fil-Parlament? Meta saru dawn it-talbiet? Jista' jgħid jekk l-investigazzjonijiet għadhomx għaddejjin jew le?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
numru ta' sajjieda li marru jistadu għat-tonn/pixxispad
Question
Jista' l-Ministru jagtħi tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda li marru jistadu għat-tonn/pixxispad f'kull waħda mis-snin 2004-2009? Kemm hu n-numru ta' sajjieda li hu mistenni jagħmlu dan is-sajd din is-sena? Minħabba l-bdil fil-kwota tat-tonn, hemm il-ħsieb li dawn is-sajjieda jibdew jistadu għal xi tip ta' ħut ieħor?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Protocol on Integrated Coastal Zone Management in the Mediterranean
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk Malta hux qed tikkonsidra li tiffirma l-Protocol on Integrated Coastal Zone Management in the Mediterranean? Jekk iva, meta hu mistenni li dan il-protokoll jiġi ffirmat u possibilment ratifikat? Hemm xi studji partikolari li Malta għandha bżonn twettaq qabel tiffirma dan il-protokoll?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Triq bejn Għajn Tuffieħa u x-Xemxija — xogħol fuq bankijiet u ċnut
Question
Billi ħaddiema mill-Ministeru qed iwettqu biċċa xogħol tajba bejn Għajn Tuffieħa u x-Xemxija fil-bdil ta' bankijiet/ċnut li hemm fil-ġenb ta' din it-triq mat-tul kollu tagħha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol u ukoll fiex jikkonsisti preċiżament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan ix-xogħol kollu mistenni jitlesta sa l-aħħar tas-sena. Dan ix-xogħol jikkonsisti fir-rikostruzzjoni taċ-ċnut tal-gagazza li kienu inbnew żmien ilu matul it-triq li mix-Xemxija tieħu sal-bajja ta' Għajn Tuffieħa. Xogħol simili diġà sar matul il-Coast Road li tieħu għas-Salini u li kien sar ukoll mit-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' Small and Medium Enterprises jew self employed kif reġistrati għal skop ta' taxxa? Jista' jagħti dan it-tagħrif għas-snin 2009, 2008 u 2007 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’
Small and Medium Enterprises
u
self-employed
fis-snin 2007, 2008 u 2009 hu indikat fit-tabella hawn taħt.
Sena
Self-employed
Small & Medium Enterprises
2007
19,787
7,993
2008
21,140
8,486
2009
20,320
9,283
Informazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-persuni rekoverati f'istituzzjonijiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tal-persuni li huma rikoverati f'istituzzjonijiet pubbliċi (djar residenzjali għall-anzjani) fil-fatt hix komunikata mal-Isptar Mater Dei, biex meta dawn il-persuni jkun meħtieġ li jattendu f'dan l-Isptar jevitaw li jkollhom bżonn joqogħdu jagħmlu testijiet li l-informazzjoni dwarhom tkun diġà available għand l-awtoritajiet tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni medika (file mediku / medical brief) tal-persuni residenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule tintbagħat mal-anzjani meta dawn jintbagħtu fl-Isptar Mater Dei.
proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li se jinbiegħu
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li huma mistennija li jitqiegħdu għall-bejgħ matul l-2010? Meta hu mistenni li joħorġu għall-bejgħ dawn il-proprjetajiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma intitolati li jieħdu lura ħlas ta' reġistrazzjoni ta' vettura, wara li l-Gvern bidel il-liġi dwar ħlas ta' reġistrazzjoni, li ġabet traħħis tal-istess registration fee? Kemm hu l-ammont li hu kkalkulat bħala dovut lil dawn il-persuni? Meta hu mistenni li dan il-ħlas b'lura jsir u b'liema mod?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Pjanta ta' partijiet tas-Simar li għaddew għand il-Birdlife Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi liema partijiet tas-Simar/masġar taż-żebbuġ ħdejn il-bajja tax-Xemxija, fil-fatt għaddew lill-Birdlife Malta? X'kundizzjonijiet hemm fil-ftehim dwar iż-żamma tal-istess post? Kif jiġi garantit li dawn il-kundizzjonijiet jiġu osservati?
bejgħ ta' proprjetà tal-gvern — skema biex ir-residenti jixtru r-residenza tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp dwar dak li hu l-bejgħ ta' proprjetà tal-gvern li fiha joqogħdu l-bdiewa u jaħdmu r-raba' fl-inħawi tar-residenza tagħhom? Meta hu mistenni li titħabbar xi skema li permezz tagħha dawn il-persuni li kultant ikun ilhom joqogħdu fil-proprjetà għal ġenerazzjonijet sħaħ, fil-fatt ikollhom ċans jixtru din l-istess proprjetà?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — ftehim mal-kunsilli lokali għall-amministrazzjoni tad-dwal pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il ftehim għandha l-Korporazzjoni Enemalta mal-kunsilli lokali biex dawn jamministraw id-dwal pubbliċi? Billi f'diversi lokalitajiet għad hemm dwal pubbliċi nieqsa, kif se jiġi assigurat li dawn id-dwal jitwaħħlu? Meta jkun hemm rapporti ta' ħsarat fis-sistemi tad-dawl pubbliku, kif se jiġi assigurat li dawn il-ħsarat inkluż ħruq ta' bozoz fil-fatt jissewwew malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dwal pubbliċi ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali kollha minbarra l-Belt Valletta fejn dawn huma responsabbli tal-manutenzjoni tal-bozoz istallati mal-ħajt u dawk imdendlin f’nofs tat-triq. Bozoz istallati fuq arbli għadhom responsabbiltà tal-Enemalta.
L-istallazzjoni tal-bozoz ġodda hija responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. Il-manutenzjoni tal-bozoz issir kemm mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-Enemalta u anke l-ADT skont liema entità huwa responsabbli għall-bozza partikolari. Ħsarat fis-sistema tad-dwal pubbliċi huma rrapurtati mill-Kunsill Lokali fuq sistema elettronika apposta. Isir kull sforz biex il-manutenzjoni meħtieġa ssir fl-iqsar żmien possibbli.
Salina, Qawra u Kennedy Grove — tlestija ta' xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-fażijiet li jmiss isiru fix-xogħol li qed isir fl-inħawi tas-Salina, Qawra u Kennedy Grove, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li x-xogħol kollu jkun lest?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fazi li jmiss fil-proġett tas-Salini huwa ir-restawr tas-Salt Pans u tax-Ximenes Redoute. Dawn qed nistennew il-permessi meħtiega mill-MEPA wara diversi laqghat ta informazzjoni u coordinazzjoni ma din l-entita’ fuq il-proġett. Wara dawn iż-żewġ fażijiet, jibda ir-restawr tal-'huts' u restawr tal-'marsh land' li hemm fil-vicin. Barraminhekk qed tiġi studjata ukoll l-possibilita' ta estensjoni ta l-art bis-sigar. Qed isiru diskussjonijiet ukoll ma' TransportMalta minħabba li l-estensjoni tiddependi fuq in-network tat-toroq fl-inħawi
Ix-xogħol kollu hu mistenni li jitlesta sar-raba kwart ta’ l-2012.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontroll għandha l-Awtorità tat-Turiżmu f'Malta dwar il-ftehim li suppost għandhom sidien ta' lukandi/restaurants biex l-iskart tagħhom fil-fatt jinġabar mingħajr ma jkun hemm ħafna skart li jitħalla jiġri fit-toroq? Meta saret l-aħħar ġabra ta' informazzjoni biex jiġi assigurat li fil-fatt dawn il-ftehim jeżistu? X'irriżulta mill-ġbir ta' din l-informazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposti relatati mal-interpellanzi numru 2330 u numru 2275.
Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Burmarrad — tarmac lit-toroq
Question
Billi l-Gvern qed jieħu diversi inizjattivi pożittivi biex numru ta' toroq madwar Malta jkunu lesti matul din is-sena, jista' l-Prim Ministru jara li t-toroq li fadal jiġu mogħtija t-tarmac fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Burmarrad, fil-fatt jingħataw it-tarmac, b'mod partikolari minħabba l-importanza turistika ta' dawn l-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6716.
Jista' l-Prim Ministru jara li dawk is-siti li ġew identifikati bħala siti miftuħa matul is-sena li għaddiet, u li s-sidien tagħhom baqgħu sal-lum m'għamlu xejn biex jgħalquhom, fil-fatt jingħalqu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġi evitat li jkun hemm problemi minn dawn is-siti meta joqrob is-sajf?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-MEPA, fl-eżerċizzji tagħha, tattwa operazzjonijiet biex art miftuħa li hi fi stat maħmuġ, titnaddaf, u tieħu l-miżuri li jitqiesu opportuni biex dan isir. Dawn l-azzjonijiet jitqiesu skont il-prijorità individwali tagħhom meta jiġi deċiż liema illegalitajiet ikunu ser jiġu ndirizzati direttament mill-MEPA. L-inkoraġġiment li kien qed jingħata biex ċertu artijiet fiż-żona ta' l-iżvilupp jiddawru b'ħitan għoljin, qed tiġi re-evalwata hekk kif issa hemm numru ta' plots li ġew fil-fatt imdawra b'dawn il-ħitan għoljin, u l-effett ta' dawn il-ħitan għoljin għalhekk jista’ jiġi mifhum aħjar.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li talbu biex jieħdu sehem f'inizjattiva pożittiva dwar il-bini/tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta hu mistenni li jkun hemm deċiżjoni dwar dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kunsilli Lokali li jirrappreżentaw żoni rurali ġewwa Malta kif ukoll Għawdex setgħu japplikaw għal għajnuniet finanzjarji taħt Miżura 323 – “Konservazzjoni u Titjib tal-Patrimonju Rurali”, sabiex jiġu ippriservati u restawrati strutturi rurali bħal giren, ħitan tas-sejjieħ, barumbari u kanali ta’ l-ilma fost ħafna oħrajn.
Mill-proġetti li ġew ippreżentati 19 il-proġett kienu minn Kunsilli Lokali sabiex ikunu restawrati ħitan tas-sejjieħ li jinsabu barra miż-żoni ta’ żvilupp.
Il-Kunsilli Lokali li applikaw taħt din il-miżura huma dawn li ġejjin:
L-Iklin, San Lawrenz, ix-Xagħra, il-Qala, l-Għarb, Kerċem, Munxar, is-Siġġiewi, ix-Xewkija, Sannat, iż-Żebbuġ, il-Mosta, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mellieħa, Birżebbuġia, Ħad-Dingli, iż-Żurrieq u r-Rabat.
Fil-preżent dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu evalwati u deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Għażla mistennija titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.