Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar VRT stations

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' VRT stations li ġew liċenzjati sal-lum mill-bidu ta' dan it-test? Kemm minn dawk hekk liċenzjati m'għadhomx joperaw? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux l-istations kollha huma mqabbda on line mal-fergħa rispettiva ta' l-Awtorità tat-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ VRT stations li ġew liċenzjati sal-lum minn meta beda jsir dan it-test huwa ta’ 42. Infurmat ukoll li minn dawn il- VRT stations hemm 5 li m’għadhomx joperaw. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l- VRT stations huma kollha mqabbda on-line ma' Transport Malta.

Ċentru tal-Kmad f'Ħal Lija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' esperimenti qed iseħħu bħalissa fiċ-ċentru tal-kmand f'Ħal Lija? Jista' jagħti tagħrif dwar kif l-informazzjoni li tiġi żviluppata f'dan iċ-ċentru, fil-fatt tiġi trasferita lill-bdiewa f'Malta u f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fil-Laboratorju tal-Mikropagazzjoni li jinsab fiċ-centru tal-Kmand f’Ħal-Lija bħalissa qed isiru l-esperimentazzjoni fuq it-tulipan u l-orkidi Maltin li qed jitkabbru fil-laboratorju b’metodi mhux konvenzjonali. Xi pjanti minn dawn l-ispeċi qegħdin jiġu akklimatizzati fis-serra ġewwa dan iċ-Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti. Għaddejja ukoll riċerka dwar il-mard fuq is-siġar lumi bil-għan li eventwalment ir-riżultati miksuba jiġu applikati fil-futur biex jgħin fit-tkattir u konservazzjoni ta’ varjetajiet ta’ ċitru Maltin. Barra minn hekk, fuq bażi regolari fil-Laboratorji Djanjostiċi ta' dan l-istess ċentru jsiru testijiet għal mard speċifiku kif mitlub minn diversi obbligi tal-Unjoni Ewropeja. Dan l-istess laboratorju joffri servizz dirett lill-bdiewa u lill-pubbliku fejn dawn jistgħu jieħdu kampjuni suspettużi biex jiġu analiżżati f’dawn il-laboratorji. Wara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa minn uffiċċjali tad-Dipartiment, dawn il-bdiewa u membri tal-pubbliku jkunu mgħarrfa bir-riżultat permezz ta’ ittra uffiċċjali. L-informazzjoni miksuba f'dan iċ-ċentru tiġi mgħoddija lill-bdiewa u lill-pubbliku nteressat permezz tal-mezzi kollha disponibbli; fosthom laqgħat li jsiru regolari dwar dawn is-suġġetti, tqassim ta’ fuljetti, u l-mezzi tax-xandir billi d-Dipartiment jipparteċipa fi programmi informattivi tat-televizzjoni u tar-radju. Wieħed irid isemmi ukoll is-sit elettroniku tad-Dipartiment li tiġi aġġornata regolarment u hija fonti ta’ informazzjoni aċċessibli minn kulħadd.

Civil Aviation — numru ta' investigazzjonijiet dwar inċidenti tal-ajru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' investigazzjonijiet li saru mis-Civil Aviation matul l-2008 u l-2009 dwar inċidenti tal-ajru? Meta saru dawn l-investigazzjonijiet u liema minnhom ġew finalizzati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li investigazzjonijiet dwar inċidenti tal-ajru fil-qasam tal-avjazzjoni Ċivili ma jsirux mis-Civil Aviation imma mill-Bureau of Air Accident Investigation. In-numru ta' każijiet li dan l-uffiċċju eżamina matul l-2008 u l-2009 kienu ħamsa dwar inċidenti li minnhom tnejn seħħew f'April 2008, wieħed f'Mejju 2009, ieħor f'Lulju 2009 u l-ħames wieħed f'Novembru 2009. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda waħda minn dawn l-investigazzjonijiet ma waslu għal rapport konklussiv preżentat lili iżda ninsab infurmat li t-tħejjija tagħhom kollha tinsab fi stadju avvanzat.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Wileġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9837, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jirrigwarda Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar billi m'hemm l-ebda triq bl-isem Lilly kif miktub fid-domanda oriġinali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 14397.

Salina u Iklin — stallazzjonijiet ta' dawl fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji u jara li fin-nuqqas ta' stallazzjoni ta' dawl fit-triq li tieħu mis-Salina għall-Iklin, peress li d-dawl baqa' ma ġie stallat qatt, id-diversi cat's eyes li m'għadhomx imwaħħla kif ukoll diversi signs oħra li kienu hemm iżda tkissru jew insterqu, fil-fatt jerġgħu jitwaħħlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet tenders għal dawn ix-xogħlijiet. Dawn it-tenders għalqu fid-29 ta' Marzu 2010 u x-xogħlijiet mistennija jinbdew wara l-aġġudikazzjoni tal-offerti.

San Pawl il-Baħar — Veċċja - dawl tal-fanal tal-breakwater

Question

Jista' l-Ministru permezz tal-awtorità kompetenti jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tal-fanal fit-tarf tal-breakwater tal-Veċċja , San Pawl il-Baħar jinxtegħel kemm jista' jkun malajr, issa li qed joqorbu sew ix-xhur tas-sajf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet il-passi neċessarji sabiex id-dawl tal-fanal fit-tarf tal-breakwater tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar jissewwa.

ilmenti fuq antenni tal-mobiles fil-Kortin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Malta Communications Authority irċevietx ilmenti minn residenti fil-Kortin, jew mill-Għaqda tar-Residenti fil-Kortin, minħabba problema marbuta mal-antenni tal-mobiles f'dawk l-inħawi? Jekk irċeviet, kemm irċeviet? Meta rċeviethom? X'passi ħadet? Jekk saret xi investigazzjoni, x'kienu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-awtorità irċeviet ilmenti min-nies differenti, residenti l-Kortin, kif ġej: Matul is-sena 2009 l-ebda ilment Matul is-sena 2008, l-awtorità daħlulha 8 lmenti minn persuni differenti. Matul is-sena 2007, l-awtorità daħlilha lment wieħed. Matul is-snin 2003, 2004, 2005 u 2006, l-awtorità ma daħlilha l-ebda ilment ġdid. Matul is-sena 2002, l-awtorità daħlulha 4 lmenti minn persuni differenti. F’ kull każ, l-awtorità tindirizza l-ilment billi tagħti informazjoni u fejn ikun mitlub mill-individwi, anki sar kejl mir-residenza tagħhom. Dan isir sabiex ikun aċċertat li l-emissjonijiet elettromagnetici li jarmi dan l-apparat, huma konformi mal-livelli stabbiliti fil-liġi u fil-liċenzji ta’ l-operaturi. Sussegwement, l-awtorità tibgħat rapport bir riżultati lil min ikun għamel l-ilment kif ukoll lid-dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika. Sinteżi tar-riżultati tal-kejl tiġi ppublikata ukoll fil- website ta’ l-awtorità, L-ebda kejl ma rriżulta li qabeż l-livell massimu hekk kif irrakmandat mill- ICNIRP (International Commission on Non-Ionising Radiation Protection) relevanti għall-pubbliku

bejgħ ta' proprjetà tal-gvern — skema biex ir-residenti jixtru r-residenza tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp dwar dak li hu l-bejgħ ta' proprjetà tal-gvern li fiha joqogħdu l-bdiewa u jaħdmu r-raba' fl-inħawi tar-residenza tagħhom? Meta hu mistenni li titħabbar xi skema li permezz tagħha dawn il-persuni li kultant ikun ilhom joqogħdu fil-proprjetà għal ġenerazzjonijet sħaħ, fil-fatt ikollhom ċans jixtru din l-istess proprjetà?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li individwu li jabita f’fond li jkun parti minn kirja agrikola seta’ jixtri biss il-fond ta’abitazzjoni tiegħu taħt l-Iskema tal-2002 dwar il-bejgħ/fidi ta’ ċnus ta’ proprjetajiet residenzjali, filwaqt li l-bqija tal-art tibqa’ għandu bi qbiela. Din l-iskema għalqet fid-29 ta’ Jannar 2009, sakemm jiġu proċessati t-talbiet li għad hemm pendenti.

Sptar Mater Dei — sistemi ta' records fil-polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li s-sistemi ta' records li għandhom il-polikliniċi jiġu komunikati mal-Isptar Mater Dei? Jista' jagħti tagħrif jekk hemmx il-ħsieb li fil-polikliniċi jkun hemm sistema ta' x-rays li tkun ukoll imqabbda ma' dik tal-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm il-ħsieb li s-sistemi ta’ records tal-pazjenti fiċ-ċentri tas-saħħa jinqalbu għal sistemi elettronici. Id-Dipartment tas-Saħħa Primarja diġà beda proċeduri biex l-X-rays fiċ-ċentri tas-saħħa jkunu diġitalizzati u jkunu mqabbda mas-sistema tal-Isptar Mater Dei.

studenti tal-agrikoltura li jmorru jistudjaw barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt il-Ministeru huwiex involut f'xi diskussjonijiet ma' istituti agrikoli barranin biex studenti Maltin kemm fl-Università kif ukoll fl-istitut tal-agrikoltura jkunu jistgħu jmorru jistudjaw suġġetti relatati mal-agrikoltura f'dawn l-istituti barranin? Jekk iva, ma' liema? Jekk le, jistgħu jinbdew kuntatti biex tali studji jsiru possibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li saru u ser jibqgħu jsiru kuntatti ma’ universitajiet/istituti agrikoli barra minn Malta ħalli nkomplu nagħtu opportunitajiet lill-persuni nteressati jkomplu jitrawmu fis-suġġett u insaħħu dan is-settur. L-aħħar kuntatt simili sar mal-Università ta’ Palermo fi sede tagħhom tal-Fakultà Agraria li qiegħda f'Marsala.

Ambaxxaturi li jirrappreżentaw lill-Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar f'liema pajjiżi Malta għandha ambaxxata/ high commission miftuħa? Fejn hemm ambaxxatur/high commissioner residenti permanentement? F'dawk il-pajjiżi fejn Malta mhix rappreżentata permanentement, x'tip ta' rappreżentanza għandna u min jieħu ħsieb l-interessi tal-Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Informazzjoni dwar tobba li ggradwaw fl-2009

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tobba li ggradwaw MD matul l-2009 li qed jaħdmu fl-isptarijiet tal-gvern? Kemm minn dawn it-tobba marru jistudjaw barra minn Malta? F'liema istituzzjonijiet barranin marru jistudjaw dawk li marru barra minn Malta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li matul l-2009 kien hemm 61 gradwati fil-medicina. Minn dawn 46 baqgħu jaħdmu fl-isptarijiet tal-gvern.

Università ta' Malta — programm ta' informazzjoni liż-żgħażagħ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif l-istudenti fl-Università ta' Malta huma maqsuma skont il-faklutà li fiha qed jistudjaw? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk l-Università hijiex qed twettaq xi programm partikolari ta' informazzjoni liż-żgħażagħ li jkunu qed jippreparaw biex jidħlu l-Università?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #15711 Sitting 206 2010-04-19 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — policy għal shooting ranges u bini ta' kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'se tkun il-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambejnt u l-Ippjanar għal dawk li huma: a) shooting ranges ? b) bini ta' kmamar tan-nar? Meta hu mistenni li jiġu ppubblikati dawn il-policies, billi b'mod partikolari għal dawk li huma shooting ranges, din il-policy ilha żmien twil tiġi kkunsidrata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Stallazzjoni ta' pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet pendenti għall-istallazzjoni ta' pelican lights f'Malta u f'Għawdex? Kemm hemm talbiet li huma approvati li iżda, l-pelican lights għadhom mhux imwaħħla? Fejn jinsabu u x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar ġimgħat tlestew tliet pelican crossings u n-numru ta' pelican crossings li fil-preżent jinsabu għand Transport Malta biex jiġu implimentati huwa ta' tmienja. Qed jiġu ppreparati tenders biex dawn it-tmienja isiru. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi fejn qegħdin dawn it-tmienja.

Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm pelican lights li huma diġa' approvati, u li ilhom approvati għal ċertu żmien, li iżda baqgħu qatt ma twaħħlu? Fejn jinsabu dawn id-dwal approvati u mhux imwaħħla? Meta hu mistenni li fil-fatt jitwaħħlu f'posthom u jinxtegħlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Intepellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 3026.

talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex qegħdin it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm hemm cameras approvati li għad iridu jiġu stallati u fejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet Parlamentari tiegħi, Nri. 15172 u 15496.

Burmarrad — toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq Porzjunkola, Triq il-Konventwali, Triq Ġdida fi Triq il-Konventwali, Triq Jean de la Cassiere (parti minnha) u Triq l-Insolja (Burmarrad), liema toroq illum huma kollha mimlija residenti, hux se jsiru matul l-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq Porzjunkola isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġ lil Transport Malta u skond il-prijorità ffissata. Rigward Triq il-Konventwali u Triq Ġdida fi Triq il-Konventwali, ninsab infurmat li dawn it-toroq mhux inklużi fil-lista ta' toroq li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-3 ta' Ottubru 2006. Triq l-Insolja ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq li se jsiru fl-2010. Rigward Triq Jean De La Cassiere, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13376.

numru ta' speed cameras pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' speed cameras li hemm talbiet għalihom biex jitwaħħlu? Fuq liema lokalitajiet saru dawn it-talbiet? Meta hu mistenni li jitwaħħlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba Nru. 15496. Rigward l-aħħar parti, ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, l-policy dwar l-speed cameras qed tkun riveduta u għalhekk ma jistax jingħad meta hu mistenni li jitwaħħlu l-cameras li hawn talba għalihom.

Burmarrad — Triq l-Insolja - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta x-xogħol fuq Triq l-Insolja , f'Burmarrad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat lix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skond il-prijorita' ffissata.