impjieg ta' Maltin li jaħdmu ma' xi istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jkunx infurmat bl-impjieg ta' persuni Maltin li jaħdmu ma' xi istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea? Jekk il-Ministeru jiġi infurmat, jista' jagħti tagħrif dwar in-numru ta' Maltin li jaħdmu f'dawn l-istituzzjonijiet u fejn huma hekk impjegati?
Response (BORG, TONIO)
Fuq talba li tagħmel ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea kull sitt xhur, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri, il-Kummissjoni, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Qorti Ewropew tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tirċievi lista aġġornata ta' ċittadini Maltin li jaħdmu ma' dawn l-istituzzjonijiet.
L-informazzjoni li tingħata tinkludi dettalji taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu ma' dawn l-istituzzjonijiet, x'jagħmlu: bħal per eżempju jekk humiex amministraturi, tradutturi jew assistenti, u jekk jaħdmux fuq bażi permanenti jew temporanja. Din l-informazzjoni tingħata strettament skont ir-regoli tal-Protezzjoni tad-Data, liema regolamenti jistipulaw li din l-informazzjoni qed tingħata biex ikun hemm aġġornament fl-ingaġġ ta' ċittadini Maltin mal-istituzzjonijiet Ewropej u ma tistax tintuża għal finijiet oħra.
Minn Jannar 2010, in-numru ta' Maltin li jaħdmu ma istituzzjonijiet Ewropej kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:
As of January 2010
Administrative Grades
Secretarial Grades
Translotors
Total
European Commission
(of which temporary)
50
10
36
18
54
15
140
43
Council Secretariat
(of which temporary)
11
4
20
0
22
7
53
11
European Parliament
(of which temporary)
18
7
24
9
26
5
68
21
European Court of Auditors
(of which temporary)
4
1
1
0
3
1
8
2
European Court of Justice
(of which temporary)
1
0
10
4
23
2
34
6
European Economic and Social Committee
(of which temporary)
0
0
4
3
8
1
12
4
Committee of Regions
(of which temporary)
0
0
3
0
6
1
9
1
Grand Total
(of which temporary)
84
22
98
34
142
32
324
88
Note: The above do not include persons appointedby the government or elected MEPs.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — numru ta' lukandi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lukandi li huma reġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar rispettivament? Ta' liema kategorija huma l-lukandi li hemm hekk reġistrati mal-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu f'dawn l-inħawi? Kemm hu n-numru ta' sodod li huma reġistrati f'dawn il-lokalitajiet, rispettivament għal kull kategorija ta' lukandi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ lukandi reġistrati ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu u sodod fl-istess lukandi fl-inħawi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma hemmx lukandi fil-lokalità tan-Naxxar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar survey tal-breakwaters li għandna madwar Malta u Għawdex? Liema kienu l-breakwaters li fil-fatt ġew spezzjonati? Liema minn dawn il-breakwaters instab li għandhom bżonn ta' tiswija? X'inhu l-programm ta' tiswija li hu mistenni li jiġi implimentat matul din is-sena u matul is-sena d-dieħla? Xi programm ta' tiswija hemm għal wara l-2011 f'dawn il-breakwaters?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' kuntratti li ġew reġistrati matul is-sena 2009 u 2008 rispettivament? Kemm kien hemm minn dawn il-kuntratti li għalihom ma ġiex aċċettat il-valur kif dikjarat fil-kuntratt u li għalhekk intbagħat perit imqabbad mid-dipartiment biex jerġa' jagħmel stima tal-valur tal-proprjetà li kienet inbiegħet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kuntratti li ġew reġistrati matul is-sena 2008 u s-sena 2009 huwa ta’ 12,190 u 11,740 rispettivament.
Għas-sena 2008, 5,704 kuntratti ġew riferuti lill-periti mqabbda mid-dipartiment tal-
Capital Transfer Duty
biex jagħmlu spezzjoni tal-proprjetà immobbli, filwaqt li għas-sena 2009 n-numru ta’ kuntratti riferiti kien ta’ 5,488.
Billi riċentament tħabbar li nbeda l-proċess li bih se titfassal il-politika nazzjonali dwar l-ambjent, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu dawk l-organizzazzjonijiet lokali li se jkunu involuti fit-tfassil ta' din il-policy? Jista' jagħti indikazzjoni dwar jekk hux se ssir ukoll analisi tad-direttivi ambjentali Ewropej kollha b'referenza għal dak li jolqot lil Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-proċess li ser jaddotta l-Gvern fit-tfassil tal-Politikà Nazzjonali dwar l-ambjent, il-Gvern ser jikkonsulta bl-aktar mod wiesgħa ma’ entitajiet, għaqdiet u organizzazzjonijiet li għandhom interess f’dan is-suġġett. Fost dawn żgur ħa jkun hemm l-għaqdiet ambjentali, Kunsilli Lokali u diversi entitajiet tal-Gvern.
Nikkonferma li fil-qafas tat-tfassil ta’ din il-politikà il-Gvern ser iħares lejn id-direttivi ambjentali Ewropej, sabiex jara l-impatt li dawn kellhom u għandhom fuq l-ambjent tagħna.
postijiet fejn l-Awtorità tat-Trasport tiftaħ l-uffiċċji tagħha
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' postijiet li ġew sottomessi bħala postijiet li fihom tista' tiftaħ uffiċċju tagħha l-Awtorità tat-Trasport? Fejn jinsabu dawn il-postijiet li ġew proposti biex ikunu jistgħu jinbnew lil din l-Awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta rċeviet sitt offerti għas-sejħa għall-proposti għal postijiet li fihom tista' tiftaħ uffiċċju tagħha l-awtorità. Din is-sejħa għadha fil-proċess tal-evalwazzjoni u għalhekk ma tistax tingħata aktar informazzjoni f’dan l-istadju.
skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal proġetti sportivi
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk jirriżultax li hemm xi skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal dak li huwa finanzjament ta' proġetti sportivi li jkunu qed isiru fuq livell lokali? Jekk iva, tista' tagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kordinazzjoni li tista' ssir mill-Ministeru għal dawn il-programmi ta' għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Prim Ministru li hu responsabbli mill-Planning and Priorities Co-Ordination Division, l-Aġenzija li tieħu ħsieb il-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.
struttura five by five bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk l-istruttura tal-five by five bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq fil-fatt tinkludix ukoll xi forma ta' five by five għall-parlament tal-pajjiżi nvolti? Jekk le, jista' jagħti konsiderazzjoni għall-possibilità li l-parlamenti jiġu ukoll inkorporati bħala parti minn din l-istruttura?
Response (BORG, TONIO)
Il-Western Mediterranean Forum, komunament magħruf bħala 'Djalogu 5+5', huwa forum politiku sub-reġjonali, mingħajr segretarjat, li ġie mwaqqaf fl-1990 bejn l-10 pajjiżi membri li huma l-Algerija, il-Libja, il-Mawritanja, il-Marokk, Tuneżija, Franza, l-Italja, Malta, il-Portugall u Spanja.
Dak li beda bħala djalogu politiku, issa espanda biex jinkludi djalogu settorjali fuq il-migrazzjoni, fuq id-difiża, fuq it-trasport, fuq l-edukazzjoni, fuq it-turiżmu kif ukoll bejn il-Presidenti Parlamentari.
Din ta' l-aħħar, kienet proposta tal-Libja li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-pajjiżi membri tant li diġa' kien hemm tliet laqgħat: fl-2003 fi Tripli, fl-2004 f'Pariġi u fl-2006 f'Rabat, il-Marokk.
F'dan il-kuntest, Malta qed tinkoraġġixxi lill-pajjiżi msieħba f'dan il-proċess sabiex dan il-forum parlamentari jerġa' jitlaqqa' fl-ewwel mument possibbli.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta — kordinazzjoni biex ma jsirx xogħol ripetut
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhu mistenni li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta jikkordinaw il-ħidma tagħhom mal-Awtorità dwar it-Trasport u dan biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm problemi ta' xogħol li jkollu jiġi ripetut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif hu stabbilit b’dirrettiva tal-Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni ta’ Diċembru 2008, l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta mill-bidu ta’ din is-sena bdew jgħaddu x-xogħol li jkunu jridu jwettqu għar-rigward ta’ estensjonijiet jew tiġdid ta’ mains u cables li r-Roads & Infrastructure Directorate ta’ Transport Malta biex dawn jikkordinaw din il-ħidma u jesegwixxu x-xogħolijiet sabiex jiġi assigurat li ma jkunx hemm problemi kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar liema rwol qed tieħu Malta f'dik li hi l-Union of the Mediterranean kif promessa mill-President Franċiż Sarkozy? F'liema laqgħat organizzati sal-lum minn din l-union ħadet sehem Malta matul l-aħħar snin?
Response (BORG, TONIO)
Dak li qabel kien magħruf bħala il-Proċess ta' Barċellona ngħata xejra ġdida bil-krejazzjoni ta' Unjoni għall-Mediterran waqt Summit li tlaqqa' f'Pariġi f'Lulju 2008. Waqt dan is-Summit Malta kienet rappreżentata mill-Onorevoli Prim Ministru.
Iktar tard, f'Novembru 2008 Malta ħadet rwol prominenti waqt laqgħa importanti tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin f'Marsilja. Din il-laqgħa kienet waħda kruċjali fejn ġie deċiż li Malta għandha tinnomina Viċi Segretarju Ġenerali. Bis-saħħa ta' dan, Malta ser ikollha rwol dirett fit-tmexxija tas-Segretarjat ibbazat f'Barċellona permezz tal-funzjoni ta' Viċi Segretarju Ġenerali responsabbli mill-'Affarijiet Soċjali u Ċivili inkluż il-Protezzjoni Ċivili.'
Matul ix-xhur li għaddew, Malta kompliet tieħu sehem attiv u kostruttiv fid-diskuzzjoniijiet dwar l-arkitettura istituzzjonali ta' din l-Unjoni f'laqgħat fuq livell tekniku kemm f'Barċellona kif ukoll fi Brussell.
Is-sena 2009 kienet waħda diffiċli għall-Unjoni għall-Mediterran minħabba żviluppi fil-Lvant Nofsani li kkawżaw ukoll posponiment tal-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li kellha sseħħ f'Istanbul. Minkejja dan, xorta waħda saru laqgħat Ministerjali importanti bħal per eżempju dik f'Marrakesh dwar ir-Rwol tan-Nisa fis-Socejta' kif ukoll oħra fi Brussell dwar il-qasam tal-Kummerċ li fihom Malta ħadet sehem attiv.
Għal dawn it-tlett xhur li ġejjin hemm ippjanat li jinżammu laqgħat Ministerjali f'oqsma importanti bħalma huma l-edukazzjoni u r-riċerka, il-ġustizzja, it-turismu u l-ambjent u naturalment ir-relazzjonijiet internazzjonali fuq livell ta' Ministri ta' l-Affarijiet Barranin u kapijiet ta' Gvern.
Awtorità Marittima ta' Malta — liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru totali ta' liċenzji għas-sewqan tal-opri tal-baħar li ħarġu mill-Awtorità Marittima ta' Malta sakemm din ġiet integrata mal-Awtorità tat-Trasport? Minn liema lokalità kienu dawk li għandhom liċenzja maħruġa mill-Awtorità Marittima ta' Malta? Kemm ħarġu liċenzji oħra wara li t-trasport kollu ġie taħt awtorità waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta' liċenzji għas-sewqan tal-opri tal-baħar li ħarġu mill-Awtorità Marittima ta' Malta sakemm din ġiet integrata fi Transport Malta, jiġifieri bejn is-snin 2001 u 2009, kien ta’ 7000. Dawn jinkludu 6943 nautical licences u 57 instructors’ licences.
In-numru ta’ liċenzji maħruġa minn Transport Malta minn Jannar 2010 sa nofs Marzu huwa ta’ 62. Dawn kienu kollha
nautical licences.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni Enemalta — informazzjoni dwar distrubution centres u substations.
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' distribution centers li għandha l-Korporazzjoni Enemalta? Fejn jinsabu? Jista' jagħti tagħrif dwar in-numru ta' substations li għandha l-Korporazzjoni Enemalta fid-diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex? Kemm hemm substations f'kull wieħed minn dawn il-lokalitajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-distribution centers li għandha l-Enemalta ġewwa Malta u Għawdex huma dawn li ġejjin:
Buġibba DC Mellieħa DC Msieraħ DC Valletta DC
Freeport DC Mosta DC Paceville DC Kirkop DC
Ħal Far DC Qala DC St Venera DC Marsascala DC
Marsa South DC Comino DC Tarxien DC
Vendome DC New Hospital DC Mater Dei Hospital DC
Il-lista ta’ substations ġewwa l-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma bħalissa l-postijiet li fihom qed isir restawr mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jara li l-akwadott li hemm fix-Xemxija jiġi restawrat qabel issirlu aktar ħsara?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda lista ta’ xogħlijiet ta’ restawr li qegħdin isiru jew għadhom kif ġew konkluzi minn entitajiet fil-Ministeru.
Ninnota t-talba tal-Onorevoli Interpellant sabiex it-tali xogħol imsemmi fuq l-akwadott li hemm fix-Xemxija ikun ikkonsidrat fil-lista ta’ xogħlijiet ippjanati għall-ġejjieni qarib.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ħaddiema li hemm jaħdmu fl-Korporazzjoni Enemalta? Kif inhuma maqsuma dawn il-ħaddiema, skont il-grad li jokkupaw u kif inhuma maqsuma f'dik li hi struttura amministrattiva? Kemm-il distrett għandha l-Korporazzjoni Enemalta u fejn jinsabu l-uffiċċji ta' kull wieħed minn dawn id-distretti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fil-Korporazzjoni Enemalta huwa ta’ elf, sitt mija u erbgħin (1640) u jokkupaw il-gradi u maqsuma kif jidher f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Korporazzjoni Enemalta għandha tmien (8) distretti, kif muri f’Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari għal dak li jikkonċerna t-tqegħid tal-lift li jwassal sal-Barrakka ta' Fuq? Meta hu mistenni li jinbeda u jintemm ix-xogħol fuq dan il-lift?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15256, ninfurmah illi l-proċess quddiem il-MEPA għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jintużaw s'issa l-faċilitajiet għal skart goff li nbnew sal-lum? Kemm kien il-materjal li nġabar f'dawn il-faċilitajiet kull sena, s'issa? Hemm ħsieb li jinbnew faċilitajiet oħra? Jekk iva, fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi infethu ħames Centri għall-Iskart Goff, magħrufa ukoll bħala Civic Amenity Sites. Dawn jinsabu fil-Magħtab, fl-Imrieħel, f’Ħal Far, f’Ħal Luqa u f’Tal-Kus, Limiti tax-Xewkija, Għawdex. Dawn ic-Ċentri jircievu diversi tipi ta’ skart mid-djar fosthom batteriji wżzati, żjut tal-karozzi u tal-kċina, mediċini skaduti, skart elettroniku, saqqijiet u diversi tipi ta’ skart goff ieħor. F’dawn is-siti jigi depożitat ukoll l-iskart goff miġbur mill-Kunsilli Lokali. F’dawn ic-Ċentri ta’ Skart Goff l-iskart kollu irid jigi depożzitat separat f’kontenituri differenti biex l-iskart ikun jista’ jiġi rkuprat u meħhud għar-riciklaġġ. Bejn l-2006 u Marzu tal-2010 f’dan is-siti ġew iddepożitati l-fuq minn 45,000 tunellata ta’ skart.
Hemm il-ħsieb li tinbena faċilita simili għall-iskart iġġenerat mill-bdiewa fis-sit tal-Pitkali.
Torri ta' San Luċjan — esperimenti fuq it-tkabbir tal-ħut
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema esperimenti fuq it-tkabbir tal-ħut qed isiru bħalissa fit-Torri ta' San Luċjan jew x'imkien ieħor f'Malta? Liema tip ta' ħut qed jiġu sperimentati bħalissa? Kemm ilhom isiru dawn l-esperimenti u x'riżultati nkisbu s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement fiċ-Ċentru tal-Akkwakultura fit-Torri ta’ San Lucjan qed issir ricerka fuq żewġ proġetti fil-qasam tat-tfaqqis tal-aċċjol u tat-tonn. Fil-proġett tal-aċċjol huwa kompletament iniżjattiva lokali u daħal fil-ħames sena tiegħu. Għalkemm ir-riżultati miksuba s'issa huma inkoraġġanti, din is-sena se jkomplu l-esperimenti biex jittejbu r-riżultati. Il-proġett tat-tonn huwa wieħed tal-UE u li issa dieħel fit-tielet sena tiegħu. Din is-sena l-grupp ta’ xjenzjati qed jiffokaw biex ikun ġenerat bajd tat-tonn minn tonnli għandna Malta.
Il-“Hatchery” ta' dan iċ-Ċentru ta’ Ricerka hija hija attiva ħafna matul is-sena kollha. Barra dak li diġà semmejna, qed isiru ukoll studji fuq l-awrat u l-ispnott.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk matul is-sajf li ġej hux se jerġa' jkun hemm programm ta' tiswija fl-iskejjel governattivi, u dan biex jiġi kkumplimentat il-programm ta' bini ta' skejjel ġodda tal-gvern? Jekk iva, liema skejjel hu mistenni li jkunu parti minn dan il-programm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħas-soltu ser ikun hemm programm ta’ tiswija f’numru ta’ skejjel governattivi f’kull livell ta’ kulleġġ, kif ukoll minn naħa tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Bħalissa l-istess Direttorat u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada qed jiffinalizzaw il-lista tal-iskejjel.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrf dwar kemm hi bħalissa l-flotta tal-Air Malta? Kemm minn dawn l-ajruplani huma mixtrija mill-Air Malta u kemm għad iridu jinxtraw? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-Air Malta għandhiex ajruplani li huma wet leased lilha jew mingħandha lil kumpaniji tal-ajru oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta għandha flotta ta’ tnax –il ajruplan (5 Airbus A319 u 7 Airbus A320) mikrijin taħt “operating lease”. L-Air Malta m’għandhiex ajruplani wet leased minn kumpaniji oħra.
Soluzzjonjiet għall-problema tal-ħsarat f'diversi mollijiet u skollijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tat-Trasport jew qabilha l-Awtorità Marittima ta' Malta kellhiex xi diskussjonijiet mal-Ministeru responsabbli mis-sajd biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħsarat f'diversi mollijiet u skollijiet li għandna madwar Malta u Għawdex? Jekk tali diskussjonijiet ma sarux, jista' jara li dawn it-taħdidiet iseħħu biex jiġu evitati diversi problemi li qed jinqalgħu minħabba dawn il-ħsarat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm Transport Malta fil-preżent kif ukoll l-Awtorità Marittima fil-passat, ikollha laqgħat regolari mad-dipartiment responsabbli mis-sajd, fejn fost affarijiet oħra jkunu diskussi ukoll ħsarat fuq mollijiet u skalijiet.