Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa — triq li mhijiex aċċessibbli

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-triq magħrufa bħala Qasam Barrani, limiti tal-Mellieħa, u li fiha saru l-mains tad-drenaġġ matul is-sena li għaddiet, fil-fatt tiġi rranġata għaliex filwaqt li qabel din it-triq setgħet tintuża mill-bdiewa, issa din m'għadhiex aktar aċċessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kennedy Grove

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ġnien li ġie rranġat u estiż fl-inħawi ta' Kennedy Grove, u li hu miftuħ għall-pubbliku, fil-fatt jibqa' miftuħ wara s-7.00 pm għaliex diversi persuni jixtiequ jiddevertu f'dan il-post iżda qed isibu l-ġnien magħluq wara s-7.00 pm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex fix-xhur tas-sajf il-ġnien indikat mill-Onor Interpellant jibqa miftuħ sal- 11.00 p.m. minflok ma jingħalaq fit-8.30 p.m. kif kien isir s’issa.

Ftuħ ta' Ambaxxati f pajjiżi oħra

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-pajjiżi li hu mistenni li tinfetaħ fihom ambaxxata jew rappreżentanza permanenti, matul din is-sena jew is-sena d-dieħla?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant li b'mod immedjat m'hemmx il-ħsieb li jinfetħu ambaxxati jew rappreżentanzi permanenti.
Leg 11 PQ #17141 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kmamar tan-nar estiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kmamar tan-nar li kienu liċenzjati fl-2005, qed jitolbu li jiġu rilokati jew estiżi fid-daqs tagħhom? Liema huma dawn il-kmamar tan-nar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qatla tal-Majjal fil-Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' informazzjoni tinġabar mill-Ministeru mingħand il-Koperattiva ta' min Irabbi l-Majjal dwar dak li hu kontroll ta' qatla tal-majjal fil-biċċerija? X'tip ta' kollaborazzjoni qed issir bejn il-Ministeru u l-KIM biex tiġi kkontrollata l-kwalità tal-majjal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-informazzjoni li tinġabar mill-Ministeru tirrigwarda l-ammont ta' ħnieżer, l-oriġini tagħhom u min se jnizzilhom għall-qatla. Din l-informazzjoni tingħata mill-Kooperattiva f'isem il-produtturi u tinkludi dikjarazzjoni mingħand is-sid li l-bhejjem mhux trattati b'mediċina u huma rreġistrati u li ġew ittrasportati skont ir-regolamenti. Il-majjal maqtul huwa ikklassifikat mill-operatur iżda t-titjib ġenetiku tal-karkassa huwa xogħol li jsir mill-istess Koperattiva u l-membri tagħha. Għall-azzjonijiet ta' titjieb tar-razza tal-majjal il-gvern jgħaddi somom ta' flus lill-KIM mill-programm ta' SMPPMA tal-fondi strutturali.

Samples tal-ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' samples ittieħdu biex ġew deċiżi l-livelli ta' nitrati li suppost għandna fil-ħamrija, skont kif inġabru biex jintużaw għar-riżultati ppubblikati? Minn liema lokalitajiet inġabru dawn is-samples?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi r-riżultati ppublikati jirreferu għal samples ta’nitrati fl-ilma.

Tadam reġistrat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' tadam li ġie reġistrat sat-30 ta' Marzu 2010? Billi t-taħwil tat-tadam jibqa' jitħawwel ukoll wara t-30 ta' Marzu, jista' jgħid jekk fil-fatt il-bdiewa hux se jkunu jistgħu jirreġistraw it-tadam li se jħawlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti nieda eżerċizzju ta’ reġistrazzjoni tat-tadam għall-kontroll tal-Baħrija tat-Tadam (Tuta absoluta), u din għalqet fit-30 ta’ Marzu 2010. Skont l-istess Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 79 tal-2010 u l-estenzjoni mħabbra fin-Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 286 tal-2010, din ir-reġistrazzjoni kienet miftuħa għal dawk kollha li se jkabbru pjanti tat-tadam bejn Frar u Awwissu tal-2010. Sat-30 ta’ Marzu 2010, ġew irreġistrati 2,497,062 metri kwadri ta’ tadam minn bdiewa li se jikkultivaw it-tadam għall-ipproċessar jew għall-mejda u 45,451 xitla tat-tadam minn individwi li ser ikabbru t-tadam għall-użu tagħhom personali. Peress illi kull min ikabbar it-tadam huwa obbligat jirreġistra skont l-Avviż Legali 26 tal-2010, id-Dipartiment għadu jaċċetta reġistrazzjonijiet tat-tadam wara t-30 ta’ Marzu 2010 u dawn qed jiġu kkunsidrati bħala “Late Applications”. . Huwa ppjanat li din is-sistema ta’ registrazzjoni obbligatorja se terġa tapplika għall kull min għandu l-ħsieb li jikkultiva t-tadam bejn Settembru u Diċembri li ġejjin. Dan kif ikun imħabbar aktar ‘il quddiem fil-Gazzetta tal-Gvern.

Vehicle Inspection Office

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi li ddaħħlu fil-Vehicle Inspection Office/Depot, ħdejn Belt il-Ħażna, matul is-sena li għaddiet? Kemm minn dawn il-vetturi ngħataw lura lil sidhom matul l-istess perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li matul is-sena 2009 kien hemm sitt mija u dsatax (619) il-vettura li ddaħlu fil-Vehicle Inspection Office/Depot ħdejn Belt il-Ħażna. Infurmat ukoll li minn dawn il-vetturi, kien hemm tliet mija u tlieta u tmenin (383) vettura li ngħataw lura lil sidhom.
Leg 11 PQ #16887 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal proġetti sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15743 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk jirriżultax li hemm xi skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal dak li huwa finanzjament ta' proġetti sportivi li jkunu qed isiru fuq livell lokali? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kordinazzjoni li tista' ssir mill-Ministeru għal dawn il-programmi ta' għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16888 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba — Bibien ta' ex-lukanda magħluqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ex-lukanda li tinsab qrib il-pjazza ta' Buġibba u li għandha l-bibien tagħha fil-ground floor miftuħa jiġu magħluqa għaliex il-post qed isir eye sore?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16889 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba — bibien ta' ex lukanda magħluqa

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jieħu l-passi neċessarji biex il-bibien ta' lukanda li m'għadhiex tintuża fil-front ta' Buġibba (qrib il-pjazza) jingħalqu b'mod permanenti, peress li qed iservi bħala post ta' abbuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Postijiet kummerċjali li fetħu fl-1 ta' Mejju 2010

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' postijiet kummerċjali (tan-negozju) li talbu li jiftħu għall-klijenti tagħhom fl-1 ta' Mejju 2010? Kemm fil-fatt ingħataw il-permess biex jagħmlu dan il-bejgħ f'din l-okkażjoni u kemm sar ħlas minn dawn il-ħwienet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru kien ta' 41 (wieħed u erbgħin) post kummerċjali li ngħataw il-permess u kull wieħed ħallas €698.81. Wieħed irid iżda jirrimarka illi dawn l-applikazzjonijiet ma fihomx dawk il-ħwienet, li minħabba ċerta proviżżjonijiet fl-Avviż Legali 1/2006 setgħu jiftħu fi btala pubblika mingħajr ma jħallsu.
Leg 11 PQ #16815 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Xogħol fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li x-xogħol li għandu jsir f'San Pawl il-Baħar, minn ħdejn l-iskola primarja tal-gvern sa ħdejn il-Gillieru jinbeda kemm jista' jkun malajr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16816 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' ċimiterji jew estenzjonijiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta — parking spaces

Question

Fid-dawl tad-diffikultajiet kbar ta' parking li jeżistu f'ċertu lokalitajiet, jista' l-Ministru, flimkien ma' Trasport Malta jawtorizza li jsir studju dwar il-parking spaces f'kantunieri, f'toroq fejn hemm traffiku f'direzzjoni waħda, u dan biex jizdied in-numru ta' spazji li għandna għall-parking? Fejn huma dawn it-talbiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16818 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Applikazzjonijiet għall-krematorji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħtif dwar in-numru ta' talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' krematorji? Fejn huma l-lokalitajiet fejn hemm tali talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16819 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għases f'Malta — refurbishing

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif intnefaq il-vot marbut mar-refurbishing tal-għases f'Malta matul l-2009? Kemm hemm talbiet għat-titjib f'dawn l-għases li iżda ma setgħux jintlaqgħu minħabba nuqqas ta' fondi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' manutenzjoni fl-Għasses huwa proċess kontinwu u għaldaqstant isiru dawk ix-xogħlijiet li jkun hemm bżonn minn żmien għal żmien. Matul is-sena l-oħra saru xogħlijiet f’dawn l-Għasses: Valletta Pinto Qormi Fgura Żejtun Sliema Msida San Ġiljan San Ġwann Hamrun St Venera Rabat Dingli Balzan Naxxar Mosta San Pawl Qawra Mellieħa Rabat (Għawdex) Żebbuġ (Għawdex) Infurmat ukoll li ma jirriżultax li kien hemm xi xogħol li ma sarx minħabba nuqqas ta’ fondi.
Leg 11 PQ #16820 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għassa tal-Qawra — tiswijiet u refurbishments

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-air conditioner fl-għassa tal-Qawra jiġi msewwi u li ukoll isir refurbishment u tiswija neċessarja fis-sistema sanitarja tal-istess post?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi preżentement għaddej xogħol ta' refurbishment u xogħlijiet ta manutenzjoni fl-Għassa tal-Qawra.

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

Billi fil-ġurnali ta' kuljum dehru riklami mill-Air Malta li jirreklamaw il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi kundizzjonijiet ġodda dwar il-bejgħ tal-istess lukanda? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fondi li jistgħu jidħlu minn dan il-bejgħ hux se jmur għand il-gvern inkella għand l-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-unika kundizzjoni ġdida li ddaħħlet fil-bejgħ tal-lukanda hija li offerti inqas mis-somma ta’ tmien miljuni u erba’ mitt elf ewo (€8,400,000) mhux ser jiġu kkunsidrati. Is-somma globali li l-offerent ser iħallas, ser tiġi maqsuma bejn il-Gvern u l-Airmalta skont kif hemm stipulat fid-dokument tas-sejħa tal-offerti li kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kordinazzjoni bejn il-Ministeru responsabbli mit-toroq, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mod kif inhu mistenni li tibda ssir il-kordinazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta issa li dawn il-korporazzjonijiet m'għadhomx jiffurmaw parti mill-Ministeru responsabbli mit-toroq? Billi fil-passat kien hemm numru ta' diffikultajiet b'riżultat ta' prijoritajiet differenti tal-entitajiet konċernati, jista' l-Ministru jara li fil-fatt dawn id-diffikultajiet jitnaqqsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rapreżentanti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta ilhom għal dawn l-aħħar 15-il xahar jifformaw parti minn Technical Team Committee mwaqqaf fi ħdan r-Roads & Infrastructure Directorate ta’ Transport Malta fejn dawn jikkordinaw il-ħidma u l-prijoritajiet tagħhom flimkien ma’ dawk ta’ Trasport Malta u entitajiet oħra u l-esperjenza diġà uriet li diffikultajiet tal-passat tnaqqsu.