Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Pitkalija - investiment

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' investiment hu mistenni li jsir fil-pitkalijia f'Ta' Qali matul din is-sena finanzjarja? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar min-naħa tal-gvern, f'dan il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi bħalissa t-tmexxija tal-pitkalija qiegħda tiffinaliżża id-diskussjonijiet mal-għaqdiet tal-bdiewa u stakeholders oħra biex jiġi finaliżżat pjan t’azzjoni.

Producers organizations fil-qasam agrikolu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' producers organizations li ġew imwaqqfa fil-qasam agrikolu sal-lum? Fejn huma reġistrati dawn il-producers organizations? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk dawn jispeċjalizzawx fil-produzzjoni/tkabbir ta' xi prodott partikolari?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi in-numru ta’ Producers Organizations li ġew imwaqqfa fil-qasam agrikolu sal-lum jammonta għal ħmistax. L-organizzazzjonijiet kollha qegħdin reġistrati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura. L-organizzazzjonijiet li huma rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti jispeċjalizzaw : Waħda (1) frott u ħaxix frisk u għall-ipproċċessar. Waħda (1) frott u ħaxix għall-konsum frisk. Tlieta (3) għall-iproċċessar. Waħda (1) tal-Vitikultura. Tnejn (2) fil-laħam tal-fniek lokali. Tnejn (2) fil-patata. Waħda (1) fil-majjali. Tnejn (2) fil-ġbejniet. Tnejn (2) fit-tiġieġ.

Persuni li xtraw vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17148 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16031, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li xtraw vetturi matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17147 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15548, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' offerti li fil-fatt ġew sottomessi wara s-sejħa li ħarġet u meta hu mistenni li dawn l-offerti jiġu aġġudikati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 17147.

tobba li jaħdmu fil-polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' tobba li jaħdmu fil-polikliniċi tal-Gvern? Kemm hu maħsub li jeħtieġu tobba oħra biex is-servizz fil-polikliniċi jiġi assigurat b'mod iktar komplut?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bereġ f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bereġ lokali li għadhom jintużaw għas-servizz tal-komunità? Fejn jinsabu dawn il-bereġ u x'inhi l-frekwenza tal-ftuħ tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li hemm 42 berġa lokali li għadhom jintużaw għas-servizz tal-komunità. Id-dettalji dwar il-lokalità, l-indirizz u l-frekwenza tal-ftuħ tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCA — testijiet fuq mobile phone antennae

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni għamlet testijiet fuq mobile phone antennae matul l-2008 u l-2009? Fejn kienu dawn l-ispezzjonijiet u x'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet? Kien hemm xi każi fejn ir-riżultati miksuba fil-fatt qabżu l-limiti permessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ testijiet li l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni għamlet fuq antenni tat-telefonija ċellulari kienu ta’ 143 matul 2008 u 125 matul 2009. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' lokalitajiet fejn saru t-testijiet

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15548, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' offerti li fil-fatt ġew sottomessi wara s-sejħa li ħarġet u meta hu mistenni li dawn l-offerti jiġu aġġudikati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ġew sottomessi żewġ offerti fis-sejħa għax-xiri tas-‘Selmun Palace Hotel’. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ dawn l-offerti diġà nbeda.

tindif ta' siti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li fihom hu mistenni li jsir tindif matul ix-xhur li ġejjin, bħala parti mill-kampanja kontinwa ta' tindif li għandu l-Ministeru? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul ix-xhur li ġejjin, se jitkompla t-tindif tat-toroq li jaqgħu fir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali fuq programm li jsir regolarment u li jikkonċentra iktar fuq l-aċċessi għaż- żoni turistiċi kollha. Hemm programm ukoll ta' tindif regolari tal-bajjiet u xtajtiet Maltin.

Bdiewa tal-Qammieħ — Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4486 u jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li uffiċjali tal-Ministeru ordnaw lill-bdiewa tal-Qammieħ fl-inħawi tal-Mellieħa biex jeqirdu l-prodotti tagħhom? Jekk iva, x'wassal għal dan il-fatt? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar x'tip ta' kumpens ingħataw dawn il-bdiewa bħala rizultat ta' din id-deċiżjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi uffiċjali tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ma taw l-ebda struzzjoni lill bdiewa, li għandhom ir-raba fil-post mgħaruf bħala ‘Tal-Mejjieli’ fil-limiti tal-Mellieħa, biex jeqirdu l-prodotti tagħhom. Dawn l-ordnijiet inħarġu bejn l-aħħar t’Ottubru u Novembru tal-2008 mid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali wara li kien hemm evidenza ta’ kontaminazzjoni bid-drenaġġ tal-ispejjeż t’uħud mill-bdiewa. Għaldaqstant, il-bdiewa ġew ordnati biex ma jużawx l-ilma ta’ dawn l-ispejjeż u lanqas jbiegħu l-ħaxix li ssaqqa b’dak l-ilma. L-intervent tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura kien li jestima il-ħsara li saret lill uċuħ tar-raba affettwati u li jgħaddi din l-informazjoni lil WSC li huma responsabbli mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ. Il-kumpens mill-WSC lill bdiewa inghata f’forma finanzjarja abbazi ta’ l-istima li saret mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, għal wiċċ tar-raba affetwat. Barra minn hekk ingħata wkoll lill-bdiewa ilma b’xejn għat-tisqija u sar ukoll tindif fuq l-ispieri kkontaminati bil-ħaddiema tal-Korporazzjoni.

patata esportata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tipi differenti ta' patata ġiet esportata fl-2008 u l-2009, u x'tip ta' patata hu mistenni li tiġi esportata din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi problemi partikolari għal dik li hi kwalità tal-patata li ġiet hekk esportata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li normalment il-patata li tiġi esportatat hi tat-tip ta’ qatgħa safra u qatgħa bajda. Il-patata li tiġi esportata tgħaddi minn proċess ta’ grading biex patata li ma tkunx ta' kwalità tiġi mwarrba. Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 17290.

Abbuż mill-emblemi Maltin — patata esportata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk f'dawn l-aħħar tliet snin il-Ministeru rċeviex xi rapporti partikolari għal dak li hu abbuż mill-emblemi Maltin għal dak li jirrigwarda l-patata li ġiet esportata (mibgħuta barra minn Malta, ukoll fl-Unjoni Ewropea)? X'passi ttieħdu minħabba dawn ir-rapporti u x'kienu r-riżultati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi dan l-aħħar deher rtiklu f’ġurnal lokali fejn ġie allegat li kien hemm xi irregolaritajiet fuq patata li ġiet esportata. Il-Ministeru ħa l-passi immedjati u ma sab l-ebda irregolarità. Madankollu l-Ministeru hu kommess li jassigura l-awtentiċità tal-industrija tal-patata billi jkun hemm spezzjonijiet matul l-esportazzjoni.

qatla tal-majjal, ċanga u laħam ieħor fil-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal, ċanga u laħam ta' kwalità oħra li nqatlu fil-biċċerija tal-Marsa fl-ewwel tliet xhur ta' l-2008, 2009 u 2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

siġar mħawla

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar li tħawlu matul din is-sena, sa Marzu, mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru jew li għandhom kuntratti mal-gvern? Kemm minn dawn is-siġar kienu sponspored mill-privat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’din is-sena tħawwlu 8116-il siġra li minnhom 3796 kienu sponsorjati minn individwi u kumpanniji taħt l-iskema 34U. Il-kumplament tħawwel mill-E.L.C.

Transport Malta — Opri tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar b'magna ta' iktar minn 100 hp li huma reġistrati mat-Transport Malta? Minn liema lokalitajiet, lokalità b'lokalità huma s-sidien ta' dawn l-opri tal-baħar skont kif reġistrati ma' Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17145 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — patrols fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat sarux xi patrols partikolari fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar minħabba s-sewqan fiha? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija ta' kuljum jagħmlu rondi fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar sabiex jinforzaw ir-regolamenti tat-traffiku f'din it-triq.

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15548, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' offerti li fil-fatt ġew sottomessi wara s-sejħa li ħarġet u meta hu mistenni li dawn l-offerti jiġu aġġudikati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni li xtraw vetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16031, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li xtraw vetturi matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

persuni li temmew il-kors ta' Medical Doctor

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15783, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li temmew il-kors ta' Medical Doctor f'Malta u li fil-fatt ingġataw scholarship barra minn Malta matul l-1998 sal-lum kull sena? F'liema oqsma tas-saħħa ngħataw dawn l-scholarship

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk it-tobba li ngħataw scholarship f’forma ta’ paid study leave ta’ aktar minn sitt xhur jew li tħallsilhom xi course speċifiku.

San Pawl il-Baħar — Triq ix-Xagħra tal-Bandieri - tarmac

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-triq magħrufa bħala x-Xagħra tal-Bandieri, f' San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ bit-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq din it-triq jibdew meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-priorità ffissata.