B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16913, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' blokki ta' appartamenti li d-Divizjoni tal-Proprjetà tal-Gvern hi informata bihom li d-dawl tal-komun mhux qed jitħallas? Kemm ilhom ma jitħallsu dawn il-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza fiżika li seħħew u ġew rapportati lill-pulizija fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) matul l-aħħar tliet xhur tal-2009 u l-ewwel tliet xhur tal-2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar tlett xhur tal-2009 il-Pulizija kellha 29 rapport ta' każijiet ta' vjolenza fiżika li allegatament seħħew fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, filwaqt li matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena ġew irrappurtati 27 każ li minnhom hemm tmintax-il każ (18) ta' vjolenza domestika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17148 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16031, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li xtraw vetturi matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 9882 vetturi ta’ Kategorija M1 li nxtraw u setgħu japplikaw għal din l-iskema matul l-2008. Din l-iskema għalqet fil-31 ta’ Marzu 2010.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom jingħata servizz ta' trasport mill-gvern għall-pazjenti li jkunu se jmorru għall-visti fl-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li s-servizz ta’ trasport li toffri d-Diviżjoni tas-Saħħa għall-pazjenti li jkunu se jmorru l-isptar ikopri il-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Filfatt, id-Diviżjoni tas-Saħħa għandha 6 rotot. Ma' kull rotta hemm Tail Lift Van u f'każ li l-pazjent ma jkunx jista’ jitwassal b’Tail Lift Van, id-Diviżjoni tas-Saħħa toffri servizz ta’ ambulanza.
Billi numru ta' toroq fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra b'mod partikolari:
a) Triq Porzjunkola;
b) Triq il-Konventwali;
ċ) Triq ġdida fi Triq il-Konventwali; u
d) parti minn Triq it-Trill;
huma kollha mibnija, iżda għadhom mhux mogħtija wiċċ bit-tarmak, jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jassigura li dawn it-toroq jiġu asfaltati minħabba l-area li jinsabu fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-konfront ta' l-ewwel tliet toroq li rrefera għalihom l-Onor Interpellant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14390.
Rigward parti minn Triq it-Trill ninsab infurmat li din issir meta jkunu allokati l-fondi meħtiġa u skont il-prioritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa li huma reġistrati bħala li qed jaħdmu r-raba u li għandhom iktar minn 65 sena? Minn liema lokalitajiet huma reġistrati dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ lokalitajiet fejn hemm bdiewa 'l fuq minn 65 sena kif mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda li huma reġistrati bħala li għadhom jistadu b'mod kummerċjali u li għandhom iktar minn 65 sena? Minn liema lokalitajiet huma reġistrati dawn is-sajjieda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-Direttorat responsabbli jżomm records ta' bastimenti reġistrati u mhux ta’sajjieda. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ lokalitajiet fejn hemm bastimenti tas-sajd li għandhom sidien ta’ età 'l fuq minn 65 sena.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-evalwazzjoni tal-policy dwar ix-shooting ranges li kienet qed titfassal mill-Awtorità tal-Ippjanar u iktar riċenti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żviluppi mill-aħħar PQ 15607 u s-sitwazzjoni għadha l-istess.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17487, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt dawn il-vetturi reġsitrati bil-PY hux qed jieħdu post xi registration plate oħra? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi bil-PY li ġew reġistrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn 48 vetturi għat-trasport tal-passiġġieri li ġew irreġistrati bi pjanċi PY minn mindu bdew japplikaw ir-Regolamenti Tas-Servizzi tat-Trasport, kien hemm 39 li kienu ġew mibdula ma' oħrajn li diġà kienu rreġistrati bħala MY, CY, SY, BY.
Il-bilanċ ta disa' vetturi kienu vetturi rreġistrati għall-ewwel darba.
Air show fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra/San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li flimkien mal-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta, l-air show annwali jirritorna lejn l-inħawi ta' Buġibba/Qawra/San Pawl il-Baħar billi meta nżamm f'dawn l-inħawi serva ta' attrazzjoni turistika mhux żgħira?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ser nitlob lil Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex tiddiskuti
s-suġġeriment mal-organizzazjoni li torganizza l-
Air Show
Annwali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li f'xi uħud mill-weekends, b'mod partikolari dawk tas-sajf, il-banda tal-Forzi Armata twettaq programmi ta' marċi fl-inħawi ta' Buġibba/Qawra li jistgħu servu ta' attrazzjoni turistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għal matul l-istaġun tas-sajf, il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta qed tħejji numru ta’ programmi mużikali biex jittellgħu f’postijiet turistiċi madwar Malta. L-inħawi ta’ Buġibba/Qawra huma inklużi fil-programm.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu bħalissa l-complement ta' nurses li hemm impjegati fl-isptarijiet differenti tal-Gvern? Kemm hu maħsub li huma meħtieġa nurses oħra biex ma jkunx hemm nurses neqsin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' liċenzji bil-PY li inħarġu s'issa minn Transport Malta? X'tip ta' servizz huma awtorizzati li jagħtu dawn il-vetturi hekk liċenzjati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s’issa Transport Malta illiċenzjat 48 vettura bil-pjanċi PY. Dawn il-vetturi huma liċenzjati biex iġorru passiġġieri b’kiri jew b’kumpens skont ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (L.S. 332.13).
Jista' l-Miinistru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-Uffiċċji Distrettwali tas-Sanità li għandna f'Malta? Fejn jinsabu dawn l-uffiċċji distrettwali? X'tip ta' servizz jingħata minn dawn l-uffiċċji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li użaw l-emerġenza, kull xahar bejn Ottubru 2009 u Marzu 2010? Kif jitqabblu dawn in-numri ma' dawk tal-istess xhur Ottubru 2008 u Marzu 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' pazjenti li użaw l-appartamenti li nxtraw ġewwa Londra għall-użu tal-pazjenti/qraba tagħhom li jkunu għall-kura tal-kanċer fl-Ingilterra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn 2006 u Mejju ta’ l-2010 sitta u tlettin (36) persuna użaw l-appartamenti ta’ Puttinu f’Sutton Londra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' klassijiet tal-kindergarten li hemm fl-iskejjel tal-Gvern fis-Sebgħa, d-Disgħa, l-Ħdax u t-Tnax-il Distrett Elettorali rispettivament, f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ klassijiet tal-kindergarten li hemm fl-iskejjel tal-Gvern fis-Seba’, Disa’, Ħdax u Tnax-il Distrett Elettorali rispettivament f’kull skola.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn bħalissa day centres mħaddma mill-gvern? Fejn jinsabu u kemm hu f'kull kaz in-numru ta' persuni li jattendu f'dawn iċ-ċentri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilliera lokali hux qed jingħataw xi tagħrif fuq il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, billi donnu xi kunsilliera lokali mhumiex konxji biżżejjed tal-obbligi li għandhom fil-liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li mis-sena 2008 ’l hawn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali beda jorganizza programmi ta’ taħriġ apposta għall-membri eletti fil-Kunsilli Lokali, u issa anke għall-membri eletti fil-Kumitati Amministrattivi.
L-iskop ta’ dan it-taħrig hu li joffri l-opportunità lill-Kunsillieri, kif ukoll lill-membri eletti fil-Kumitati Amministrattivi, li jirċievu tagħrif ġenerali dwar l-irwol u r-responsabbilitajiet tagħhom taħt il-Liġi dwar Kunsilli Lokali, u jaġġornhom bl-iżviluppi u l-inizjattivi li jolqtu l-operat tal-Gvern Lokali.
Ta’ min nirrimarka li tali taħriġ iservi ukoll ta’ opportunità biex permezz tagħha l-parteċipanti jaqsmu flimkien l-esperjenzi u l-prattiċi tajbin biex jilqgħu aħjar għad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom. B’hekk ikunu f’qagħda aħjar biex iservu lir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' banek tal-lottu li kien hawn f'Malta u Għawdex qabel ma saret il-privatizzazzjoni tal-lotterija f'Malta? Fejn kienu dawn il-banek tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ banek tal-Lottu li kien hawn f’Malta u Għawdex jammonta għal mija u disgħin (190) banka. F’Malta kien hawn mija u tnejn u tmenin (182) banka u f’Ghawdex kien hawn tmien (8) banek qabel ma saret il-privatizzazzjoni tal-Lotterija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ banek tal-Lotto f’Malta u Għawdex.