Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — overhang signs

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux se tieħu passi biex jissewwew numru ta' overhang signs li ilhom ix-xhur sħaħ bil-ħsara? Jekk le, tista' Transport Malta tieħu l-passi neċessarji biex dak li fadal minn dawn it-tabelli fil-fatt jitneħħa minn fuq il-post għaliex dawn qed iservu ta' eyesore?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel survey ta’ x’tabelli hemm bżonn jitranġaw jew jinbidlu fuq ir-rotta nru 1. Fil-fatt diġa’ sar nofs dan is- survey mill-Freeport sal-Mater Dei (direzzjoni Mater Dei) u miċ-Ċirkewwa sal-Mater Dei (direzzjoni Mater Dei). Issa jonqos mill-Mater Dei lejn iċ-Ċirkewwa u Mater Dei lejn il-Freeport. Kif jitlesta dan is- survey ikun jista’ jiġi ppreparat tender għax-xogħol meħtieġ.
Leg 11 PQ #17986 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — persuni li tressqu l-qorti fuq ġlied

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ġew imressqa l-qorti wara li allegatament kienu involuti f'xi ġlied matul l-aħħar tliet xhur tal-2009, fl-inħawi li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar tliet xhur ta' din is-sena kien hemm 57 persuna li ġew imressqa l-Qorti mill-Pulizija wara li allegatament kienu involuti f'xi ġlied.
Leg 11 PQ #17987 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — sorveljanza tal-pulizija fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' sorveljanza qegħda ssir mill-pulizija fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar għal dak li jirrigwarda sewqan esagerat f'din l-istess bypassi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17145.
Leg 11 PQ #17988 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Patrols regolari fl-inħawi tal-bajjiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar patrols regolari li jsiru fl-inħawi tal-bajjiet Maltin, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-pulizija torganizza rondi regolari matul ix-xhur tas-sajf, f’postijiet u bajjiet turistiċi kemm fuq ix-xtajtiet kif ukoll fuq il-baħar. Dawn isiru, fost oħrajn, Wied il-Għajn, Xgħajra, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Sliema, San Ġiljan, l-Għadira, Għajn Tuffieħa u l-Armier.

Bajjiet popolari — ambulanza on call

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li matul ix-xhur tas-sajf ikun hemm ambulanza on call fil-viċinanzi tal-bajjiet popolari, u frekwentati ħafna mill-Maltin u barranin? B'mod partikolari, jista' jagħti tagħrif jekk tali ambulanza hux se tkun preżenti fl-inħawi tal-Għadira, Buġibba u Golden Bay?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Bin-numru ta’ ambulanzi tal-emerġenza li hemm fis-servizz, mhuwiex possibbli li jkun hemm ambulanza permanenti on call mal-bajjiet principali tan-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Madankollu iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta joffri servizz ta’ ambulanza kuljum sat-6.45 p.m. biex jintlaħqu dawn il-bajjiet. Fil-mument fid-Dipartiment tas-Saħħa ġie ngaġġat konsulent fil-mediċina tal-emerġenza li qed jagħmel programm nazzjonali ta’ pre-hospital care . Dan il-programm jinkludi fih it-tqassim mill-ġdid tal-istazzjonijiet tal-ambulanzi f’Malta, anke fuq livell staġjonali. Meta dan ikun lest din il-Kamra tkun infurmata.

Uffiċċju tas-Sanità — uffiċċji distrettwali ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux maħsub li jinfetħu xi uffiċċju distrettwali ġodda għal dawk li huma magħrufa bħala l-Uffiċċju tas-Sanità madwar Malta? Jekk iva, fejn hu mistenni li jinfetħu dawn l-uffiċċji?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali kienu ingħalqu xi snin ilu fl-ambitu tal-politika biex dan is-servizz jiġi ċentralizzat biex hekk ikun hemm ko-ordinament aħjar tar-riżorsi u jingħata servizz aħjar lill-pubbliku. F’dan il-qafas ma hemm l-ebda ħsieb li jinfetħu uffiċċji distrettwali ġodda.
Leg 11 PQ #16815 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Xogħol fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li x-xogħol li għandu jsir f'San Pawl il-Baħar, minn ħdejn l-iskola primarja tal-gvern sa ħdejn il-Gillieru jinbeda kemm jista' jkun malajr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess tat-tendering wasal fil-fażi konklussiva tiegħu. Għaldaqstant huwa maħsub li x-xogħol ikun jista’ jinbeda dalwaqt.
Leg 11 PQ #16816 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' ċimiterji jew estenzjonijiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-Informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha pendenti quddiemha seba' applikazzjonijiet (7) għall-bini ta' ċimiterji jew estenzjonijiet tagħhom. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem " cemetery/ies " u "ċimiterju/i".
Leg 11 PQ #16818 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Applikazzjonijiet għall-krematorji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħtif dwar in-numru ta' talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini ta' krematorji? Fejn huma l-lokalitajiet fejn hemm tali talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-Informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha pendenti quddiemha applikazzjoni waħda (1) li tirrigwarda krematorji u l-lokalità tagħha hija fil-Kunsill ta' Raħal Ġdid. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem " crematorium/s ", u "krematorju/i".
Leg 11 PQ #17141 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kmamar tan-nar estiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kmamar tan-nar li kienu liċenzjati fl-2005, qed jitolbu li jiġu rilokati jew estiżi fid-daqs tagħhom? Liema huma dawn il-kmamar tan-nar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandhiex informazzjoni dwar liċenzji għall-kmamar tan-nar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikazzjonijiet pendenti li jirrigwardaw rilokazzjoni jew estensjoni ta' kmamar tan-nar. Fl-istess lista hemm applikazzjonijiet għall-kmamar tan-nar ġodda, mmarkati bl-isfar, li avolja m'hemmx speċifikat fil-proposta li ser ikunu rilokati, mhux eskluż li dan jista’ jkun il-każ. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "kamra tan-nar", "kmamar tan-nar", " fireworks ", " pyrotechnic/s ", jew "pirotekniku".

Maltin li qed jistennew sentenza ta' ħabs barra minn Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar in-numru ta' Maltin li jafu bihom l-ambaxxati/high commissions ta' Malta f'diversi pajjiżi li bħalissa jinsabu jiskontaw sentenza ta' ħabs, jew jistennew proċeduri kriminali kontra tagħhom? F'liema pajjiżi jinsabu dawn iċ-ċittadini Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onoveroli Interpellant li, mill-informazzjoni li ġabar il-Ministeru, hemm tnejn u erbgħin persuna ta' nazzjonalità Maltija li jinsabu jiskontaw sentenza ta' ħabs jew jistennew proċeduri kriminali kontra tagħhom barra minn Malta. Dawn jinsabu f'dawn il-pajjiżi li ġejjin: Awstralja 22 (Maltin b'ċittadinanza doppja) Emirati Għarab Maqgħuda 1 Italja 8 Kanada 1 Olanda 1 Renju Unit 3 Spanja 3 Stati Uniti 1 Tajlandja 1 Tunezija 1

Awtorità tad-Djar — appartamenti fl-Imtarfa - dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar bagħtitx il-clearance kollha mitluba mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex persuni li ngħataw appartamenti fl-Imtarfa jkunu jistgħu jingħataw id-dawl u l-ilma, mingħajr ma jkollhom bżonn jidħlu fi spejjeż biex iġibu l-clearance neċessarji kif miltuba mill-istess awtorità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tiġbor id-dokumenti u ċertifikazzjoni kollha meħtieġa skond il-permess tal-bini.

Ċentru għall-annimali ġewwa Ta' Qali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol ta' bini ta' ċentru għall-annimali li qed jinbena ġewwa Ta' Qali? X'tip ta' kollaborazzjoni hi mistennija li tiġi stabilita ma' ċentri oħra simili fil-privat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li x-xogħol tal-bini ta’ ċentru għall-annimali wasal fi stadju avvanzat. Għadhom għaddejjin diskussjonijiet fuq it-tip ta’ tmexxija li se tkun addottata.

Pitkalija — prodott barrani jinbiegħ bħala prodott lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kontrolli qed isiru fil-pikalija biex jiġi assigurat li frott u ħaxix li ġej minn pajjiżi oħra ma jidħolx fil-pitkalija biex jinbiegħ bħala prodott lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li kontrolli jsiru billi; 1. Kull sena l-bidwi jiddikjara l-prodotti li se jħawwel għas-sena li tkun ġejja. 2. Issiru spezzjonijiet kull fejn ikun hemm susspett. 3. Jinqata' s-sussidju fuq il-prodott meta s-suspett ikun konfermat.

Kontroll fuq il-laħam li qed jiġi minn pajjiżi oħra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontroll qed isiru mid-dipartimenti konċernati biex isir kontroll fuq il-laħam li qed jiġi f'pajjiżna minn pajjiżi oħra biex jiġi assigurat li dan ma jinbiegħx bħala prodott lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-uffiċjali ta' Dipartiment jagħmlu l-kontrolli kollha kif titlob il-liġi Maltija u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja fuq il-laħam li ma joriġinax minn Malta. Dan il-Ministeru mhux responsabbli għall- kontrol fuq il-ħwienet li jbiegħu lill-konsumatur. Din il-kompetenza hija tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u tal-Kummissjoni tal- Food Safety Commission.

Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pitkala li hemm joperaw mill-pitkalija f'Ta' Qali? Kemm hu n-numru ta' skrivanti tal-Gvern li fil-fatt jaħdmu ma' dawn il-pitkala preżentement?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi preżentament hemm 19-il pitkala joperaw mill-pitkalija f’Ta’Qali u 9 skrivani tal-Gvern.

Mellieħa — inħawi tat-Tunnara - garaxxijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess għall-ħruġ tal-permessi għall-area industrijali li kellha tinbena fl-inħawi tat-Tunnara, limiti tal-Mellieħa, fejn kellhom jiġu żviluppati numru ta' garaxxijiet industrijali?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Kuntratti — ħruġ ta' tender

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentament tenders maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-kostruzzjoni ta' toroq fejn xi ħadd minn dawk li tefa' t-tender fil-fatt qed jitlob xi forma ta' konsiderazzjoni dwar l-imsemmija tender?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Qawra - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sal-lum saritx evalwazzjoni ta' fejn se jitwaħħlu l-pelican lights li hemm talba għalihom fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, fl-inħawi tal-blokka kbira tal-flats li jagħtu immedjatament għal fuq is-salini tal-melħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Operazzjonijiet tal-Qalb

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' operazzjonijiet tal-qalb li saru matul l-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, u l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ interventi tal-qalb irreġistrati li saru matul l-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, u l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn l-interventi jinkludu Coronary Angiograms, Percutaneous Coronary Interventions (PCI), Coronary Artery Bypasses (CABG), Valve replacement, fost oħrajn. Source: Surgical Operations Register, MDH Ottubru 2009 Novembru 2009 Diċembru 2009 Jannar 2010 Frar 20‘10 Marzu 2010 Numru ta’ Interventi 359 330 303 345 344 409