B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16865, u b'mod partikolari b'referenza għall-informazzjoni mogħtija fiha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tista' tkun ir-raġuni tad-differenza kbira li hemm fil-perċentwali ta' nisa u rġiel kif affettwati minn din il-marda? Minbarra hekk, x'tista' tkun ir-raġuni li għaliha donnu li fejn hemm l-ikbar inċidenza ta' kanċer fl-irġiel hemm l-inqas inċidenza tal-istess marda fin-nisa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titopġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentament tenders maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-kostruzzjoni ta' toroq fejn xi ħadd minn dawk li tefa' t-tender fil-fatt qed jitlob xi forma ta' konsiderazzjoni dwar l-imsemmija tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli illi bħalissa appell wieħed biss hemm minn operator ekonomiku li tefa’ offerta għal xogħol ta’ toroq. L-appell tiegħu instema’ mill-Bord ta’ l-Appelli u d-deċiżjoni hi mistennija minn mument għall-ieħor.
testijiet fuq laħam li jiġi f'Malta minn pajjiżi barranin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' testijiet, jew spezzjonijiet, qegħdin isiru fuq laħam li jiġi f'Malta minn pajjiżi barranin biex jiġi assigurat li dan l-istess laħam ma jiġix mibjugħ bħala li trabba f'Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lil Onor Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk personnel mill-Ministeru hux qed jagħmel spezzjonijiet fi ħwienet li jbiegħu l-laħam biex jigi assigurat li l-laħam li jinbiegħ bħala lokali, fil-fatt ikun qed jitrabba f'Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Ispetturi tas-Saħħa Ambjentali jagħmlu spezzjonijiet regolari ta’ rutina fil-ħwienet tal-laħam li fihom fost affarijiet oħra tiġi vverifikata ż-żamma ta’ dokumentazzjoni ta’ traċċabbilita` tal-prodotti tal-laħam kif ukoll l-ittikkettjar tal-prodotti tal-laħam.
M’hemmx restrizzjonijiet rigward jekk il-prodott tal-laħam li jinbiegħ jkunx lokali jew joriġina minn pajjiż ieħor. L-unika ħaġa li jiġi kkontrollat huwa li fuq it-tikketta tal-prodotti ikun hemm iddikjarat l-oriġini tal-prodott (dan fil-każ taċ-ċanga u tiġieġ li jkunu ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea) u n-numru tal-istabbiliment fejn jiġi pproċessat il-laħam sabiex ikun assigurat illi dawn l-istabbilimenti huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż rispettiv, inkluż dak Malti. Għal prodotti oħra tal-laħam m’hemmx bżonn ikun hemm iddikjarat l-oriġini tal-prodott fuq it-tikketta.
Stabbilimenti fejn jiġi pproċessat u ppakkjat il-laħam, jaqaw taħt il-kontroll tas-servizzi veterinarji.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' samples ta' ilma baħar li ttieħdu matul l-aħħar tliett xhur, biex isir kontroll fuq il-kwalità tal-ilma tal-istess baħar?
Minn fejn ittieħdu dawn is-samples?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-istaġun uffiċjali tal-għawm jibda mit-tielet ġimgħa ta’ Mejju sal-aħħar ġimgħa t’Ottubru. Għaldaqstant, din is-sena l-istaġun beda fis-17 ta’ Mejju u kif inhu rakkommandat mid-Direttiva 2006/7/EC fuq il-Kwalità tal-Ilma Baħar, inġabru ukoll set kampjuni ħmistax-il ġurnata qabel ma’ beda l-istaġun uffiċjali. Dawn il-kampjuni ttieħdu bejn it-3 u l-5 ta’ Mejju. Għalhekk s’issa dan il-programm wasal fir-raba ġimgħa u s’issa ttieħdu 435 kampjun u saru 870 test għal żewġ parametri mikrobioloġiċi kif rikjest bl-istess direttiva.
Dawn il-kampjuni jittieħdu minn 87 sit madwar il-kosta ta’ Malta, Għawdex u Kemmuna. Lista ta’ dawn is-siti qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li tagħti minn ħdejn Kennedy Grove għall-Imdawra tiġi asfaltata sewwa billi din it-triq hi waħda frekwentata ħafna minn bosta Maltin u turisti u tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' pelican lights li ġew stallati matul l-2009 u l-2010 s'issa? Fejn jinsabu dawn il-lights? Kemm hu n-numru ta' pelican lights li għad hemm talba pendenti għalihom u kemm hemm approvati biex jiġu stallati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm vetturi liċenzjati bil-GY f'Malta u Għawdex rispettivament? Kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati fuq garaxxijiet li jinsabu fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tabellli tat-traffiku li xi nies irresponsabbli għawġu u vvandalizzaw bejn Burmarrad u l-Mosta, fl-inħawi ta' Tarġa Gap, jiġu rranġati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — toroq asfaltati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' toroq li ġew asfaltati fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar matul l-aħħar sitt xhur? Liema kienu t-toroq li ġew hekk asfaltati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — każi ta' abbużi fiżiċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każi ta' abbużi fiżiċi li ġew rapportati li seħħew fil-lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B’żieda mat-tagħrif li jien tajt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17914, ninsab infurmat illi mis-27 każ ta’ vjolenza rrapurtati li seħħew fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, wieħed ġie rrapurtat li seħħ f’lukanda ġewwa San Pawl il-Baħar.
serq minn lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta' serq minn lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 13-il każ ta’ serq minn lukandi fl-iħawi ta’ San Pawl il-Baħar, filwaqt li ma kien hemm ebda rapport ta’ serq minn lukandi fl-inħawi tal-Mellieħa.
Mellieħa — Santa Maria Estate - toroq li ma ġewx irranġati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fl-inħawi ta' Santa Marija Estate, fil-Mellieħa li għadhom ma ġewx irranġati? Liema minn dawn it-toroq kienu parti mill-ftehim li għamlet l-Awtorità dwar it-Trasport (dak iż-żmien) u s-sidien tal-art ta' Santa Marija Estate?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Issa li saru l-elezzjonijiet għall-hamlets kollha li fihom kellhom isiru l-elezjonijiet, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm se jkun il-budget għal kull wieħed minn dawn il-hamlets?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'xiex wasal il-proċess tal-tkomplija tax-xogħol fl-inħawi tas-Salina, fejn diġà sar ħafna xogħol fl-area ta' Kennedy Grove u l-madwar? Meta hu mistenni li jitkompla/jitlesta dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Bord tal-Mepa approva l-Outline Permit il-ġimgħa l-oħra propriju fl-10 ta’ Ġunju 2010. Issa ser tkun sottomessa applikazzjoni għal Full Development Permit u ladarba joħroġ il-permess Full inkunu nistgħu nippublikaw tenders għar-restawr tas-salini, Ximenes redoubt u l-huts. Ix-xogħol jitkompla meta joħorgu l-permessi kollha u jiġi approvat l-finanzjament mill-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' diving schools/operators li huma reġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Mġarr rispettivament skont il-lokalità kif definita mill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ diving schools/operators irreġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu huwa kif jidher hawn taħt:
San Pawl il-Baħar – 14
Mellieħa – 6
Mġarr - xejn
San Pawl il-Baħar u l-inħawi — preżenza tal-Pulizija
Question
Billi San Pawl il-Baħar u l-inħawi li jaqgħu taħtu, skont l-aħħar ċifri uffiċjali sar it-tieni l-akbar lokalità f'Malta u mar-residenti wieħed irid iżid ukoll numru kbir ta' viżitaturi u turisti, flimkien mal-ħwienet u n-negozji, jista' l-Ministru jara li jkun hemm preżenza iktar frekwenti tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dan is-sajf se jkun hemm żieda fil-preżenza tal-Pulizija fil-lokalitajiet turistiċi u ta' villeġġatura, unkluż dawk tan-naħa ta' fuq ta' Malta.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li hemm fid-daħla ta' San Pawl il-Baħar, Mosta Road, liema traffic lights tkissru u ġew rraportati li tkissru dak iż-żmien, jiġu msewwija kemm jista' jkun malajr billi din hi area fejn bosta Maltin u turisti jaqsmu din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tiswija in kwistjoni fil-fatt diġà sar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess biex il-pjanti tal-Land Registry jiġu aġġornati skont kif inhu l-iżvilupp illum, billi bosta minn dawn il-pjanti għandhom blokki sħaħ ta' bini mhux indikati fuqhom b'detrement għal dawk li jkunu se jużawhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi r-Reġistru tal-Artijiet, permezz tal-MITA, qed iħares lejn il-possibiltà li jintegra l-aktar l-
basemap
riċenti mas-sistemi tiegħu.
Jekk dan ma jkunx possibli, qed jittieħdu passi biex l-aġġornar tal-pjanti li qed jiġu wżati mir-Reġistru tal-Artijiet iseħħ bħala parti mis-sistema ta’ IT li ser tkun qed tippermetti l-implimentazzjoni tal-Att dwar ir-Reġistru Ċentrali.
Min irid jirreġistra proprjetà li għadha tidher bħala mhux żviluppata xorta jista jagħmel dan llum billi il-perimetru tal- proprjetà xorta jista' jiġi indikat fuq ir-Reġistru elettroniku.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk avviż tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar reġistrazzjoni ta' persuni li jimportaw vetturi fil-fatt ifissirx li kulmin, ukoll b'mod individwali, jimporta vetturi għandu jirreġistra bħala importatur minħabba l-kwestjoni ta' l-end of life ta' l-istess vetturi?