skemi ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-gvern, permezz tal-użu tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, qed jiġu aġġudikati fil-preżent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-aħħar sejħa ristretta għall-proposti speċifikati minn Kunsilli Lokali hi waħda li taqa’ taħt l-Assi ta’ Prijorità 2 tal-Programm Operattiv I bit-tema ‘Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’. Dan jitratta dwar il-‘Promozzjoni ta’ Turiżmu Sostenibbli’ u s-setturi li kien miftuħa taħt din is-sejħa partikulari kienu l-‘Iżvilupp tal-Prodott’ u l-‘Iżvilupp ta’ Swieq Turistiċi Partikulari u Speċifiċi u Branding’. Din is-sejħa partikulari kienet ristretta għall-proposti minn Kunsilli Lokali f’dawk iż-żoni turistiċi ta’ prijorità. Is-sejħa tnediet mill-Planning and Priorities Coordination Division fil-bidu ta’ Marzu li għadda, għalqet fid-19 ta’ April 2010 u bħalissa qed tiġi aġġudikata. It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa kien ta’ € 2 miljuni.
Intant bħalissa hemm sejħa oħra għall-proposti miftuħa għall-Kunsilli Lokali. Din is-sejħa hija miftuħa taħt l-Assi ta’ Prijorità 4 li jitratta dwar il-‘Mitigazzjoni u l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima’. Is-sejħa hija ristretta għall-proposti li jippromwovu l-użu effiċjenti tal-enerġija u r-riżorsi tal-enerġija fl-infrastruttura li jistgħu jiġġeddu minn Kunsilli Lokali kif ukoll minn għaqdiet non-governattivi (jew l-ekwivalenti, fosthom skejjel tal-knisja u entitajiet oħra). It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ €3.5 miljuni. Is-sejħa għadha miftuħa u tagħlaq fis-16 ta’ Lulju 2010.
persuni li attendew fil-polikliniċi tal-Mosta u tar-Rabat
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew fil-polikliniċi tal-Mosta u tar-Rabat fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-attendenzi fiċ-Centri tas-Saħħa tal-Mosta u tar-Rabat kienu kif jidher hawn taħt:
Mosta – 41,950
Rabat – 16,721
Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ispeed camera li ilha approvata ħafna żmien fil-by-pass ta' San Pawl il-Baħar, tiġi mwaħħla u tibda topera biex jiġu evitati aktar inċidenti serji? Billi hemm minn ikkritika l-lok ta' fejn twaħħlu l-arbli għal din il-camera u ssuġġerixxa partijiet oħra fejn għandhom jitwaħħlu cameras oħra f'din l-istess bypass, jista' l-Ministru jiddeċiedi dwar dan kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibilità li l-gvern jerġa' jqassam boroż tal-plastic li fihom jinġabar il-materjal għas-separazzjoni tal-iskart? Jista' jikkonsidra l-possibilità li mat-tqassim ta' dawn il-boroż, jew b'mod separat, jerġa' jkun hemm kampanja ta' informazzjoni għall-pubbliku biex din il-kampanja ta' separazzjoni tkompli tkun dejjem aktar suċċess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inizjattiva li jitqassmu l-boroż tal-plastic li fihom jinġabar il-materjal għas-separazzjoni tal-iskart issa qiegħda tittieħed mill-Kunsilli Lokali flimkien mal-operaturi tal-iskemi tal-irkuprar ta’ dan l-iskart. Il-Ministeru, permezz tal-WasteServ u flimkien mal-kunsilli lokali se jibqgħu jgħamlu l-kampanja u jikkontribwixxu biex iżommu l-pubbliku infurmat u jinkoraġġixxu s-separazzjoni tal-iskart. Tajjeb li jingħad li l-ammont ta’ skart li nġabar u ġie proċessat mill-WasetServ żdied kull sena. Fl-2010 mistenni li jiżdied b’aktar minn 40% fuq l-ammont li ġie proċessat fl-2009.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi 4 wheelers li ġew liċenzjati minn Transport Malta jew mill-Awtorità dwar it-Trasport qabilha? Kemm minn dawn il-liċenzji ħarġu f'kull waħda mis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 sal-aħħar ta' Mejju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jistax jimplimenta xi skema ta' għajnuna finanzjarja li permezz tagħha l-imtieħen tar-riħ li jintużaw (jew kienu jintużaw) biex itellgħu l-ilma mill-ispieri f'Malta, ikunu jistgħu jiġu restawrati bħalma qed jiġri f'Għawdex?
konsum ta' ilma li jsir f'Malta għal skopijiet differenti
Question
B'refenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18478 u b'mod partikolari b'referenza għall-mudell li nbena biex kienet miġbura l-informazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mudell kif applikat, kif ukoll liema kienu s-799 ażjenda agrikola li fuqhom sar l-istħarriġ indikat fir-risposta? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-ażjendi?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18620 li tgħid li mhux possibli li jkun hemm parking fl-inħawi indikati fl-istess mistoqsija minħabba kwistjoni ta' safety u aċċess fuq il-bankini, billi f'diversi nħawi ta' Malta hemm sitwazzjoni ta' parkeġġ kif indikat fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jara li tinstab alternattiva għall-problema indikata fil-mistoqsija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar twettaq xi tip ta' studju dwar l-imtieħen tar-riħ (windmills) li kienu jintużaw (u xi uħud għadhom jintużaw għalhekk ukoll) biex itellgħu l-ilma minn taħt l-art?
Birdlife responsabbli biex tnaddaf l-inħawi tas-Simar
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18627 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk il-Birdlife għandhiex xi kundizzjoni partikolari biex tnaddaf l-inħawi tas-Simar li huma taħt ir-responsabbiltà tagħha? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar jekk fil-fatt il-Birdlife hix responsabbli biss mill-partijiet ta' dawn l-inħawi li huma mdawra b'fence, jew inkella ta' partijiet oħra fl-istess inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Simar huwa amministrat mill-BirdLife Malta, bi ftehim mal-MEPA u l-OPM. Il-ftehim imsemmi jispeċifika li t-tmexxija tas-sit għandha jinkludi:
• il-konservazzjoni, ġestjoni u monitoraġġ tal-biodiversità tas-sit b'konformità mal-“
policies
” rilevanti u l-leġislazzjoni
• ir-riabilitazzjoni taż-żoni degradati fis-sit, fejn u meta applikabbli
• sensiela ta' miżuri meħtieġa biex iżommu jew jirrestawraw l-ambjenti naturali u l-popolazzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġa fi stat ta 'konservazzjoni favorevoli’
• il-kontroll ta' attivitajiet li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ekoloġija tas-sit
• għassa u monitoraġġ tas-sit u għajnuna fl-infurzar tar-regolamenti
• il-promozzjoni ta' edukazzjoni u kuxjenza pubblika dwar il-konservazzjoni tal-biodiversità
• it-tixrid ta' informazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ambjent
• it-tmexxija taċ-ċentru tal-viżitaturi li hemm fuq is-sit.
Is-sit li fuqu hemm il-ftehim jinkludi s-Simar innifsu kif mdawwar bl-ilqugħ, kif ukoll il-biċċa art ta' rikreazzjoni wara l-kjosk. Il-BirdLife Malta issottomettiet applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp (PA 03335/08) sabiex tiċi irranġata din il-biċċa art degradata għall-użu u r-rikreazzjoni tal-pubbliku, liema applikazzjoni għadha qed tiġi ipproċessata mid-Direttorat tal-Ippjanar.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta twassal messaġġ ċar lill-Malta Hotels and Restaurants Association li dawk kollha li jmexxu xi forma ta' negozju ta' catering ma joħorġux l-iskart tagħhom barra mill-istabbiliment partikolari u biex dawk li qed jikkawżaw diversi problemi bl-iskart tagħhom ma jibqgħux jagħmlu din il-ħsara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta se tilqa’ s-suġġeriment propost mill-Onorevoli Interpellant.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Qawra - pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sal-lum saritx evalwazzjoni ta' fejn se jitwaħħlu l-pelican lights li hemm talba għalihom fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, fl-inħawi tal-blokka kbira tal-flats li jagħtu immedjatament għal fuq is-salini tal-melħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li ninsab infurmat li Transport Malta qatt ma rċeviet it-talba li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, nitolbu jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 5169 u rigward l-istallazzjoni tal-belisha lights, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz ta' Transport Malta, biex fil-by-pass tal-Mellieħa, b'mod partikolari fil-parti li twassal mill-Mellieħa sal-Għadira, jitwaħħlu crash barriers li jevitaw il-periklu li jinħoloq minn vetturi li jistgħu jinqalbu fid-diversi partijiet perikolużi li fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet. Din it-tender għalqet fil-25 ta' Ġunju.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-shelters tal-gwerra li huma magħrufa li jeżistu skont l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u l-Għargħur? X'passi tieħu l-istess awtorità biex dawn ix-shelters jiġu mħarsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-shelters tal-gwerra li huma magħrufa li jeżistu fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u l-Għargħur? X'passi jittieħdu minn Heritage Malta biex dawn ix-shelters jiġu protetti?
Billi fir-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istatement taċ-chairman hemm li l-korporazzjoni kkummissjonat impjant għat-trattament tal-waste water sperimentali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jitqiegħed dan l-impjant sperimentali?
B'referenza għar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fejn hemm referenza għat-28,000 jobs li wettqet il-korporazzjoni matul l-2009, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma dawn l-interventi, lokalità lokalità?
Mellieħa, Mġarr u San Pawl il-Baħar — sejħiet b'emerġenza għall-ambulanza
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu s-sejħiet b'emerġenza għall-ambulanza, minħabba inċidenti fil-baħar jew fuq il-post tax-xogħol matul l-2009, fl-inħawi tal-Mellieħa, Mġarr u San Pawl il-Baħar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma, skond Transport Malta dawk it-toroq li fil-fatt għad iridu jsiru mill-istess awtorità peress li għadhom qatt ma kienu asfaltati, fl-inħawi tal-Mellieħa, Mġarr, Għargħur, Naxxar u San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tar-riforma tat-trasport pubbliku wara li kien hemm xi appelli mill-istess proċess?
Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li minkejja l-fatt li dan il-process għadu mhux mitmum, ikun hemm żieda ta' karozza tal-linja li titlaq mix-Xemxija, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf għall-ħteġijiet ta' dawk li joqogħdu f'dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.