San Pawl il-Baħar/Qawra — Triq Porzjunkola - tarmac
Question
Billi Triq Porzjunkola fl-inħawi tal-Qawra/San Pawl il-Baħar saret triq mimlija residenti s-sena kollha, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex immedjatament din it-triq tingħata l-wiċċ tant meħtieġ ħalli r-residenti ma jibqgħux bi triq kollha mfarrka?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
WSC — mains ġodda f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u n-Naxxar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien it-tul ta' mains ġodda li ġew imqegħda mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul l-2009 fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar? Kemm inbidlu tul ta' mains f'dawn l-istess inħawi fl-istess perjodu?
Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — toroq asfaltati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' toroq li ġew asfaltati fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar matul l-aħħar sitt xhur? Liema kienu t-toroq li ġew hekk asfaltati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ toroq li ġew asfaltati fis-sitt xhur li għaddew fil-lokalitajiet indikati huma 7 b’kollox hekk kif ser ngħid :
· San Pawl il-Baħar ġew asfaltati: Triq San Pawl (żona ċentrali); Triq San Pawl (żona tal-Veċċja) u Telgħa tax-Xemxija;
· Fil-Mellieħa giet asfaltata parti mit-Telgħa ta’ Selmun;
· Fin Naxxar ġew asfaltati Triq il-Qoton, Triq ta’ Mezzi u Triq Leli Falzon.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm vetturi liċenzjati bil-GY f'Malta u Għawdex rispettivament? Kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati fuq garaxxijiet li jinsabu fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi reġistrati GY huma ta’ 871 f’Malta u 81 f’Għawdex. L-ammont minn dawn il-vetturi li huma liċenzjati fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar huma ta’ 42, 72 u 25 rispettivament.
Transport Malta — Investigazzjoni dwar vapuri tal-Greenpeace
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta kenitx involuta f'xi investigazzjoni dwar il-mod skorrett li bih allegatament aġixxew vapuri tal-Greenpeace fl-inħawi ta' madwar Malta f'dawn l-aħħar ġimgħat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-inċidenti ġewx rapportati lill-International Maritime Organisation?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tagħmel investigazzjonijiet f’inċident tal-baħar li jinvolvu bastimenti merkantili Maltin irrispettivament minn fejn dawn ikunu qed ibaħħru u f’inċidenti li jinvolvu bastimenti merkantili barranin meta dawn ikunu f’ibħra territorjali Maltin. Peress li dan l-inċident ma kienx jinvolvi l-ebda bastiment Malti u lanqas seħħ f’ibħra Maltin, Trasport Malta ma kienetx involvuta fl-investigazzjoni ta’ dan il-każ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tar-riforma tat-trasport pubbliku wara li kien hemm xi appelli mill-istess proċess?
Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li minkejja l-fatt li dan il-process għadu mhux mitmum, ikun hemm żieda ta' karozza tal-linja li titlaq mix-Xemxija, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf għall-ħteġijiet ta' dawk li joqogħdu f'dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab nfurmat li Transport Malta qiegħed fit-tielet u l-aħħar fażi tal-proċess ta’ evalwazzjoni u s-sottomissjonijiet finanzjarji ġew miftuħa nhar it-Tnejn 21 ta’ Ġunju 2010. L-evalwazzjoni għadha għaddejja.
Fir-rigward tat-talba għal servizz ta’ trasport pubbliku li jitlaq mix-Xemxija, ninsab infurmat li l-Awtorita’ kienet iddiskutiet din l-possibbilita’ mal-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku iżda minkejja diversi tentattivi, ma kienx hemm qbil min-naħa tal-Assoċjazzjoni.
konsum ta' ilma li jsir f'Malta għal skopijiet differenti
Question
B'refenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18478 u b'mod partikolari b'referenza għall-mudell li nbena biex kienet miġbura l-informazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mudell kif applikat, kif ukoll liema kienu s-799 ażjenda agrikola li fuqhom sar l-istħarriġ indikat fir-risposta? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-ażjendi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onororevoli Interpellant illi l-mudell kien applikat permezz tal-użu tal-programm tal-SPSS (Statistical Package for the Social Sciences).
L-ażjendi agrikoli ngħażlu b’mod xjentifiku, b’mod u manjiera li l-kampjun magħżul huwa rappreżentattiv tal-ammont totali tar-raba f’Malta u f’Għawdex. Is-799 ażjenda agrikola kienu minn 58 lokalità differenti.
Ta’ min jinnota li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika huwa marbut bl-Att tal-Awtorità Maltija tal-Istatistika XXIV ta’ l-2000 li ma jagħtix l-ismijiet ta’ entitajiet individwali, minħabba l-bżonn li wieħed iħares il-kunfidenzjalità ta’ dawn l-entitajiet. Għaldaqstant, id-dettalji tas-799 ażjenda ma jistgħux jinħarġu.
Nixtiequ nżidu li wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni dwar il-metodologija ta’ kif ingħażlu l-ażjendi, kif ukoll kif kien applikat il-mudell, mir-rapport tekniku li sar u li kien approvat mill-Eurostat. Dan ir-rapport jinsab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-NSO www.nso.gov.mt liema rapport qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-i
staff
tekniku huwa wkoll disponibbli sabiex jiċċara xi dettalji.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bdiewa li rreġistraw it-tadam għand il-Ministeru din is-sena? Kemm kien hemm persuni li mhumiex bdiewa li rreġistraw ukoll it-tadam tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi sat-30 ta’ Ġunju 2010,in-numru ta’bdiewa li rreġistraw li ser ikabbru tadam għall-iproċessar jew għall-mejda kien ta’ 668. Kien hemm ukoll 533 persuni li rreġistraw li ser ikabbru tadam għall-użu personali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' palm attakkat mill-bumunqar aħmar li tqaċċat mill-inħawi ta' San Pawl il-Bahar, il-Mellieħa u n-Naxxar, s'issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi n-numru ta’ palm attakkat mill-bumunqar aħmar u li tqaċċat sa l-aħħar ta’ Ġunju 2010 fil-lokalitajiet li għamel riferenza għalihom l-Onor Interpellant huwa kif ġej; 79 minn San Pawl il-Baħar, 54 mill-Mellieħa u 44 min-Naxxar.
proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li se jinbiegħu
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li huma mistennija li jitqiegħdu għall-bejgħ matul l-2010? Meta hu mistenni li joħorġu għall-bejgħ dawn il-proprjetajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda tagħrif li se jsir bejgħ ta’ proprjetajiet ta’ korpi parastatali. Rigward il-proprjetà tal-Gvern, il-bejgħ isir wara li kull każ jiġi kkunsidrat u jekk jiġi deċiż li l-bejgħ jista’ jsir, tinħareġ sejħa għall-offerti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk avviż tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar reġistrazzjoni ta' persuni li jimportaw vetturi fil-fatt ifissirx li kulmin, ukoll b'mod individwali, jimporta vetturi għandu jirreġistra bħala importatur minħabba l-kwestjoni tal-end of life tal-istess vetturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviż tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar reġistrazzjoni ta' persuni li jimportaw vetturi jolqot lil min jimporta vetturi fuq bażi professjonali biss. Jiġifieri meta wieħed jimporta vettura għalih inniffsu dan ma jkunx qed jagħmel dan fuq bażi professjonali u allura ma jkunx meħtieġ li jirreġistra mal-MEPA, filwaqt meta persuna timporta karozza/i għal ħaddieħor dan ikun meqjus li qed isir fuq bażi professjonali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' tadam li ġie reġistrat (xitel tat-tadam) sal-aħħar ta' Marzu 2010, għand id-dipartiment responsabbli mir-reġistrazzjoni? Kien hemm tadam li ġie reġistrat wara din id-data? Wara din id-data, hemm ċans li min ser iħawwel it-tadam minn issa 'il quddiem jirreġistra l-istess tadam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għal l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 16885. Kien hemm tadam li ġie irreġistrat wara t-30 ta’ Marzu u dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati u qed jitqiesu bħala “late applications”.
Ir-reġistrazzjoni hija dejjem miftuħa peress illi kull min ikabbar it-tadam huwa obbligat jirreġistra skont l-Avviż Legali 26 tal-2010.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każijiet fejn ġiet applikata r-regola tat-39A min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li biha tneħħew permessi li kienu diġà ħarġu matul l-2008, 2009 u 2010 sal-aħħar ta' Mejju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta' każijiet fejn ġiet applikata r-regola tat-39A min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li biha tneħħew permessi li kienu diġà ħarġu huma kif ġej:
2008 - 1 każ
2009 - 3 każijiet
2010 - 0 każijiet
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' propjetajiet tal-Joint Office li ġew reġistrati matul l-2009 u l-2010 sal-aħħar ta' Mejju għand il-Land Registry?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarx żvilupp biex il-pjanti li jinxtraw mill-Land Registry jkunu aġġornati skont l-aħħar żviluppi li jkunu saru fil-bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li din is-sena ħadu sehem fl-esportazzjoni tal-patata, bħala aġenti għall-esportazzjoni? Lejn liema pajjiżi ġiet esportata l-patata u liema varjetajiet ġew esportati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-istatistika li qed jitlob l-Onor Interpellant ma tinġabarx mid-Direttorat tal-Agrikoltura peress din hija attività purament kummerċjali.
Billi riċentament tħabbar li se jkun hawn fis-suq sistemi li permezz tagħhom id-drenaġġ ikun jista' jiġi ttratat mingħajr il-ħtieġa li jkun imqabbad mas-sistema nazzjonali għat-tisfija tad-drenaġġ, jista' l-Ministru jikkonsidra li sistemi bħal dawn jitwaħħlu f'diversi nħawi ta' Malta fejn s'issa m'hemmx drenaġġ? Kemm hu l-iżgħar numru u l-ikbar numru ta' households li jistgħu jinqdew b'sistemi bħal dawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa previst li s-sistemi tat-tisfija tad-drenaġġ imsemmija se jitwaħlu f’lokalitajiet li preżentament m’humiex direttament imqabda mas-sistema għat-tisfija tad-drenaġġ nazzjonali, bħalma hi l-Bidnija. Huwa stmat li s-sistema preżenti tista' tittratta d-drenaġġ iġġenerat minn madwar 125 household (abbażi ta’ household ta’ (4) erba’ persuni b’konsum kollettiv ta’ 132 metri kubi ta’ ilma fis-sena). Dawn is-sistemi jistgħu jiġu żviluppati sabiex fil-futur iservu popolazzjoni akbar. L-iżgħar numru ta’ households li jistgħu jiġu servuti b’sistemi bħal dawn jiġi primarjament iddeterminat minn fatturi ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm faċilitajiet għall-ġbir ta' skart separat fid-diversi lokalitajiet li jiffurmaw il-11 u t-12-il distrett elettorali? F'kull lokal kemm huma l-faċilitajiet ipprovduti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fil-11 u t-12 il-distrett insibu dawn il-bins provduti mill-WasteServ għas-separazzjoni tal-iskart f’dawn il-lokalitajiet:
· Attard 4
bins
· Balzan 12 il-
bin
· Mellieha 51
bin
· Mosta 48
bin
· Naxxar 28
bin
· St. Paul’s Bay 43
bin
Numru ta’
bins
oħra qed jiġu provduti mill-kunsilli lokali, u l-WasteServ mhux neċessarjament jkollha taghrif aġġornat dwarhom. Fir-rigward tal-Imdina, l-gvern beħsiebu jirrakomanda lill-kunsill lokali biex jikkunsidra li jistalla
Bring-In-Sites
taħt l-art fil-foss ta’ taħt l-Imdina.