Uffiċċju tas-Sanità f'San Pawl il-Baħar — prodotti kkundanati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' okkazjonijiet fejn, matul din is-sena l-uffiċjali tas-Sanità mill-uffiċċju tas-Sanità f'San Pawl il-Baħar ikkundannaw prodotti partikolari tal-ikel? X'kienu dawn il-prodotti hekk ikkundanati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kien hemm tnax-il okkażjoni fejn, matul din is-sena, l-uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali mill-uffiċċju reġjonali ta’ San Pawl il-Baħar issiġillaw prodotti tal-ikel.
Il-prodotti ta l-ikel issiġillati u jew/maqbuda huma dawn li ġejjin:
Qagħaq tal-għasel, varjetà ta’ prodotti tal-friża, għasel, prodotti tal-ħut, varjetà ta’ ġobon, bajd, ħobż, ħelu, ġbejniet tal-bżar,
burgers
, zalzett u lewż.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' day centres li għandna f'Malta llum? Kemm hu n-numru totali ta' persuni li jiffrekwentaw dawn iċ-ċentri? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn iċ-ċentri? X'kollaborazzjoni hemm bejn dawn iċ-ċentri u l-kunsilli lokali rispettivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jikkjarifika għal liema day centres qed jirreferi.
Talba biex l-air show terġa' tibda ssir fuq in-naħa ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li l-air show annwali, li għadu kif reġa' ġie organizzat b'suċċess, jerġa' jirritorna, għal dik il-parti li tinżamm fl-ajru għall-inħawi ta' San Pawl il-Baħar fejn bla dubju isservi ta' attrazzjoni partikolari, kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti, u minbarra hekk iservi ukoll biex jgħin lid-diversi intrapriżi li hemm fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-airshow annwali hi organizzata mill-‘Malta Aviation Society’ (MAS) li ma tiffurmax parti mill-Gvern.
Għaldaqstant mhix il-kompetenza tal-Gvern li jiddetermina l-lokalità fejn din issir. Din tiġi determinata minn ħafna fatti fosthom dik finanzjarja. Madankollu se nitlob lill-Awtorità tat-Turiżmu sabiex tgħaddi s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-Organiżżaturi.
possibilità biex il-cruiseliners jidħlu fil-port ta' San Pawl il-Baħar
Question
Minkejja li fil-passat diversi drabi saru tentattivi (anke minni stess meta kont responsabbli mis-settur marittimu) bla suċċess, biex uħud mill-cruise liners li jiġu Malta jużaw il-port ta' San Pawl il-Baħar bħala l-berthing tagħhom, jista' l-Prim Ministru jerġa' jinvestiga l-possibilità li tali liners isorgu f'dan il-post, anke biex ikun hemm xi forma ta' inċentivi għal dan il-għan?
MEPA — applikazzjonijiet pendenti għal kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħaditx deċiżjoni li l-kmamar tan-nar li għalihom hemm applikazzjoni pendenti, jiġu rifjutati u dan għar-raġuni li dan l-aħħar kien hemm diversi refusals għal tali applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ma ħadet l-ebda deċiżjoni li applikazzjonijiet pendenti għal kmamar tan-nar jiġu rifjutati. Kull applikazzjoni sottomessa, inkluż applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar, tiġi proċessata u deċiża skont il-Pjan ta’ Struttura, l-Pjanijiet Lokali u policies oħra viġenti relatati mas-sit fejn hu propost l-iżvilupp.
kunsilli lokali — ħruġ ta' skemi għal tisbiħ fl-inħawi agrikoli
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jerġa' jkun hemm ħruġ ta' skemi ta' għajnuniiet lill-kunsilli lokali biex dawn isebbħu l-inħawi agrikoli tagħhom?
Jekk iva, meta hu mistenni li jinħarġu dawn l-iskemi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fil-ġimghat li għaddew numru ta’ kunsilli lokali ibbenefikaw minn għajnuna allokata taħt il-Programm ta’ l-Iżvilupp Rurali 2007-2013 fuq żewġ miżuri marbuta mat-tisbieħ u l-konservazzjoni tal-patrimonju rurali malti b’investiment ta €26 miljun. Minħabba li d-domanda għall-fondi kienet tiżboq l-ammont allokat taħt il-miżuri speċifiċi ma huwiex possibli li tinħareg sejħa oħra għall-applikazzjonijet.
Madanakollu madwar € 4 miljun addizjonali ġew allokati lit-tlett Gruppi t’ Azzjoni Lokali (GAL) li jirrappreżentaw il-Majjistral, in-Nofsinhar ta’ Malta u Għawdex sabiex joħorgu sejħiet għall-applikazzjonijet bil-għan li jsiru proġetti li jwasslu għal tisbieħ taż-żoni rurali sabiex iservu bħala żoni ta’ rikreazzjoni u attrazzjoni turistika. Huwa ppjanant li dawn is-sejħiet jinħarġu s-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinħarġu xi skemi partikolari għal għajnuniet finanzjarji, ukoll bis-support tal-Unjoni Ewropea, biex il-faċilitajiet sportivi li għandhom f'idejhom l-għaqdiet lokali jkunu jistgħu jiġu mtejba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema għall-proġetti minn Intrapriżi Privati għall-Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 hija skema ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea b’valur totali ta’ €10 miljuni. Din l-iskema hi miftuħa għal Għawdex kif ukoll għal Malta, u hija skema kompetittiva għas-settur privat fl-ambitu tat-Turiżmu.
Il-proġett hu ppjanat fuq tliet sejħiet u li minnhom twettqu tnejn fi Frar 2009 u f’Ottubru 2009. It-tielet sejħa hi mistennija li ssir f’Ottubru 2010. L-implimentazzjoni ta’ l-iskema in ġenerali bidet f’April 2009 u tispiċċa sa l-aħħar ta’ 2013.
Għaqdiet sportivi non-governattivi jew privati li għandhom l-għan li jidħlu fis-settur tat-Turiżmu Sportiv jistgħu japplikaw għall-fondi.
It-tielet sejħa tiftaħ f’Ottubru u tagħlaq tmien ġimgħat wara.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' koperazzjoni hemm bejn id-dipartiment tal-agrikoltura u l-uffiċjali tad-dwana biex ikun hemm kontroll u tagħrif korrett dwar l-ammonti ta' prodotti li jiġu mqiegħda fis-suq Malti wara li jaslu minn barra minn Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm fis-seħħ Memorandum of Understanding (MoU) bejn id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti u l-Customs Division fuq il-kontrolli li jsiru skont id-Direttiva tal-EU 2000/29 .
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontrolli sanitarji (phyto-sanitary) qed isiru biex jiġi kontrollat il-mard li jista' jiġi mpurtat flimkien ma' siġar u pjanti li jiġu minn barra għas-suq Malti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti permezz tat-taqsima tas-Sorveljanza u Spettorat jagħmel spezzjonijiet fuq siġar u pjanti u prodotti tagħhom li jiġu impurtati minn pajjiżi terzi. L-ispezzjonijiet isiru fuq dawk il-prodotti li huma regolati bil-Liġi tal-Unjoni Ewropeja 2000/29EC u l-Avviz Legali 97/2004 u l-emendi tagħhom. Il-prodotti li huma suġġetti għal spezzjoni huma dawk li huma mniżżla fl-Anness VB tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja 2000/29EC u Skeda VB tal-Avviż Legali 97/2004.
B'referenza għad-domanda parlamentari 19178 dwar il-bankina tat-triq principali f'Burmarrad, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tat-tendering b'referenza għal dan ix-xogħol?
Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol relattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari għall-19178 ingħatat biss il-ġimgħa l-oħra għadu kmieni wisq biex nirraporta żviluppi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li d-diversi pelican lights li ġew stallati dan l-aħħar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (erbgħa b'kollox) jibdew jixegħlu, li għalkemm ilhom diversi xhur li ġew stallati għadhom mhumiex operattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm problema bil-controllers iżda nikkonferma li fil-ġimgħatejn li ġejjin għandhom jinxtegħlu tnejn minn dawn il-lights u se jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex it-tnejn l-oħra jinxtegħlu mill-aktar fis possibli.
B'referenza għall-ispeed camera approvata fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha l-apparat (il-kaxxa tiegħu) issa nqala'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-talba għall-installazzjoni ta’ speed camera fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar se tiġi eżaminata fl-isfond ta’ l-Speed Policy il-ġdida li qed tiġi mħejjija minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk itteħditx deċiżjoni dwar il-policy li għandha tiġi applikata dwar l-istallazzjoni ta' speed cameras f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni għadha ma tteħditx.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bypass tal-Mellieħa minn ħdejn Selmun sa l-Għadira tinxtegħel kompletament mad-dawra kollha tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-parti tat-triq hija nkluża f’proġett iffinanzjat parzjalment mill-Unjoni Ewropea (TENT) u li għandu jinbeda fix-xhur li ġejjin. Ix-xogħlijiet ta’ dwal għandhom jiġu ndirizzati f’dan il-proġett.
Miżuri biex jonqos l-ispeed fi Triq San Pawl il-Baħar fix-Xemxija
Question
Billi matul l-aħħar snin kien hemm diversi inċidenti tat-traffiku fil-parti ta' Triq San Pawl li tagħti mill-Veccia sar-roundabout tax-Xemxija, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq jittieħdu fiha xi miżuri li bihom jonqos l-ispeed li bih jgħaddu l-karozzi minn din in-naħa tan-network pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi fl-aħħar tliet snin , f'din it-triq ma rriżulta ebda inċident fatali u tnejn biss li rriżultaw fi ġrieħi gravi. B'danakollu għaddejt lill-TM is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant.
Billi ġie rappurtat li l-bdiewa li għandhom qbiela jistgħu jaqilbu l-istess qbiela għal lease, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proċedura li trid tintuża minn min hu interessat li jagħmel din il-bidla? Kemm, sal-lum, kien hemm talbiet biex tkun tista' ssir tali bidla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li għadha qed tiġi diskussa l-proposta sabiex art bi qbiela tkun tista’ tinqaleb f’kirja fit-tul jew ċens, għad m’hemm l-ebda proċedura stabbilita sabiex issir din il-bidla. Id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern jaf li hemm numru żgħir ta’ talbiet għal dan il-għan, però ma nżammet l-ebda statistika partikulari f’dan ir-rigward. Naturalment, dawn it-talbiet jiġu proċessati meta tiġi stabbilita l-proċedura ta’ kif tista’ ssir din il-bidla wara li jintemmu d-diskussjonijiet li qed isiru flimkien mal-MRRA u wara mal-għaqdiet li jirrapreżentaw il-bdiewa u raħħala.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar survey tal-breakwaters li għandna madwar Malta u Għawdex? Liema kienu l-breakwaters li fil-fatt ġew spezzjonati? Liema minn dawn il-breakwaters instab li għandhom bżonn ta' tiswija? X'inhu l-programm ta' tiswija li hu mistenni li jiġi implimentat matul din is-sena u matul is-sena d-dieħla? Xi programm ta' tiswija hemm għal wara l-2011 f'dawn il-breakwaters?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar survey tal-breakwaters li għandna madwar Malta u Għawdex sar bejn is-snin 2006 u 2007. Il-breakwaters li ġew spezzjonati kienu dawn:
Marsaxlokk - Main
Marsaxlokk - moll ħdejn il-
powerstation
Grand Harbour - St Elmo
Grand Harbour - Ricasoli
Msida Marina
Cirkewwa (North)
Mgarr, Gozo (South and East)
St Paul’s Bay (Bugibba)
St Paul’s Bay (Veccja)
Kull
breakwater
għandu bżonn ta’ xi tiswija, u l-programm ta' tiswija ġie mqassam f’perjodi ta’ ħames u għaxar snin. Il-programm ta’ riabilitazzjoni ta’
breakwaters
għal din is-sena u matul is-sena d-dieħla jkopri il-
breakwater
prinċipali ta’Marsaxlokk u ż-żewġ
breakwaters
tal-Port il-Kbir. Il-programm għal wara l-2011 għadu qed jiġi mfassal.
Toroq li ġew mibnija f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa fil-fatt ġew mibnija mill-ġdid matul is-sena 2008 u 2009? Liema huma t-toroq li fadal isiru? Meta hu mistenni li fil-fatt it-toroq li fadal f'din il-parti ta' Malta jiġu finalizzati?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilmenti rċeviet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni matul l-2008 u l-2009 rispettivament minħabba l-antenna tal-mobile operators li għandna f'Malta? Meta saru dawn l-ilmenti, xahar b'xahar f'dan il-perjodu ta' żmien u liema lokalitajiet kienu nvoluti f'dawn l-ilmenti/rapporti li rċeviet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni? X'passi ħadet l-MCA f'dawn il-każi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni rċiviet 50 u 63 ilment jew talba għal aktar informazzjoni matul l-2008 u l-2009 rispettivament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji kif mitluba mill-Onor Interpellant.
F’kull każ, l-awtorità tindirizza l-ilment billi tagħti informazjoni u fejn ikun mitlub mill-individwi, anki sar kejl mir-residenza tagħhom. Dan isir sabiex ikun aċċertat li l-emissjonijiet elettromanjetiċi li jarmi dan l-apparat, huma konformi mal-livelli stabbiliti fil-liġi u fil-liċenzji tal-operaturi.
Sussegwement, l-awtorità tibgħat rapport bir-riżultati lil min ikun għamel l-ilment kif ukoll lid-dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika. Sinteżi tar-riżultati tal-kejl tiġi ppublikata wkoll fil-
website
tal-awtorità.
L-ebda kejl ma rriżulta li qabeż l-livell massimu hekk kif irrakomandat mill- ICNIRP (
International Commission on Non-Ionising Radiation Protection
) relevanti għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-triq magħrufa bħala Qasam Barrani, limiti tal-Mellieħa, u li fiha saru l-mains tad-drenaġġ matul is-sena li għaddiet, fil-fatt tiġi rranġata għaliex filwaqt li qabel din it-triq setgħet tintuża mill-bdiewa, issa din m'għadhiex aktar aċċessibbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li din hi triq rurali u allura ma taqax taħt ir-responsabilltà ta' Transport Malta.