skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal proġetti sportivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15743 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk jirriżultax li hemm xi skema ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal dak li huwa finanzjament ta' proġetti sportivi li jkunu qed isiru fuq livell lokali? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' kordinazzjoni li tista' ssir mill-Ministeru għal dawn il-programmi ta' għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16336.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18709 dik il-parti li titkellem dwar inventarju tax-shelters li jeżistu f'Malta, u li jidher li ma baqax jinġabar, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-shelters li laħqu nġabru f'dan l-inventarju? Fejn jinsabu dawn ix-shelters? Jista' jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkordina mal-kunsilli lokali biex tipprova tiġbor din l-informazzjoni?
Skemi tal-EU għal għaqdiet sportivi li jintegraw l-isport mat-turiżmu
Question
B'referenza għall-ħruġ ta' skemi tal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom għaqdiet sportivi li jintegraw sport mat-turiżmu jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-iskemi, jista' l-Prim Ministru jara li l-MEUSAC tgħin lil dawn l-għaqdiet billi numru sew ta' għaqdiet sportivi mhumiex attrezzati biex jagħmlu l-applikazzjonijiet relattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il- MEUSAC dejjem lest li jgħin kwalunkwe organiżazzjonijiet mhux governattiva u kunsilli lokali lokali li jitolbu l-għajnuna tal-MEUSAC fil-mili ta’ applikazzjonijiet għall-programmi tal-Unjoni Ewropea. Il-MEUSAC jgħin ukoll lil dawn l-entitajiet biex jiddentifikaw l-aħjar programmi li minnhom jistgħu jibbenfikaw biex iwettqu l-proġetti tagħhom.
Bajjiet — Berthing Facilities - operat ta' marinas temporanji
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19984, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu s-sejħiet li saru minn Transport Malta biex jibdew jiġu operati marinas temporanji? Kemm kienu dawk li talbu biex joperaw dawn il-marinas temporanji u f'liema lokalitajiet kienu dawn it-talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet 4 sejħiet sabiex jiġu operati marinas temporanji jew organised mooring areas. Il-lokalitajiet li għalihom ħarġu s-sejħiet u n-numru ta' bidders rispettivament huma kif ġej:
Lokalita' Numru ta'
Bidders
Kalkara (Temporary Marina) 3
Salina (
Organised Mooring Area
) 1
Ta' Xbiex (
Organised Mooring Area
) 4
Xemxija (
Organised Mooring Area
) 3
Billi numru ta' persuni li jagħmlu żvilupp ta' bini ma jagħtux kas li jirranġaw il-ħsarat li wettqu fuq il-bankini quddiem il-proprjetà li tkun qed tiġi żviluppata, jista' l-Ministru jara li b'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, l-pulizija tieħu l-passi kontra min jibqa' jinjora t-talbiet kollha li jsiru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa skont il-liġi kull meta jkollha rapport li xi ħadd għamel xi xogħol mingħajr permess jew għamel xi ħsara volontarja fuq proprjetà pubblika
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19981, li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Transport u Komunikazzjoni, jista' l-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi neċessarja biex il-periklu indikat jitneħħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex dan il-periklu jitneħħa.
għajnuna biex għaqdiet sportivi jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
ista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li fiż-żmien li ġej il-Ministeru jvara inizjattivi li permezz tagħhom l-għaqdiet sportivi jingħataw għajnuna biex ikunu jistgħu jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma? X'tip ta' skemi f'dan is-sens ġew identifikati s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7593.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hemm day centres għall-anzjani? Kemm hu, f'kull każ, in-numru ta' anzjani li jattendu dawn id-day centres rispettivament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li b’kollox għandna 17-il Ċentru ta’ Matul il-Jum. Id-dettalji huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Lokalità
Numru ta’ Anzjani
li Jattendu
Żejtun
88
Ħamrun
130
Dingli
63
Qormi
94
Sliema
67
Żurrieq
77
Mtarfa
89
Birkirkara
147
Bormla
65
Luqa
50
St.Paul’s Bay
67
B’Buġia
70
Mosta
66
St.Venera
81
Naxxar
71
Safi
44
Mellieħa
61
Total
1,330
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' spiżeriji li ġew awtorizzati (approvati) mill-Ministeru tas-Saħħa matul l-2009 u l-2010? Fejn jinsabu dawn l-ispiżeriji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiżeriji li gew awtorizzati mill-Awtorità Dwar il-Liċenzjar fi ħdan id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Saħħa Pubblika huma hekk:
Spiżeriji Privati
Fontana Pharmacy – Fontana (17/5/2010)
Gozo Chemists – Xewkija (1/1/2009)
Safi Pharmacy – Safi (4/8/2010)
San Tumas Pharmacy – Marsascala (4/5/2009)
Xagħra Pharmacy – Xagħra (3/8/2009)
Spiżeriji Governattivi
Sedqa Dispensary – G’Mangia (1/1/2009)
Karin Grech Pharmacy – Zammit Clapp Hospital (7/9/2009)
Spiżeriji ta’ Sptarijiet Privati
St. James Capua Hospital Pharmacy – Sliema (12/4/2010)
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet li issa għandhom il-kumitat amministrattiv tagħhom (bħala parti mill-kunsill lokali) hemm talba biex tinfetaħ spiżerija? Meta hu mistenni li jiġu deċiżi dawn it-talbiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-lokalitajiet li issa għandhom il-kumitat amministrattiv tagħhom (bħala parti mill-kunsill lokali) fejn hemm talba biex tinfetaħ spiżerija huma dawn:
Tal-Virtù fil-lokalità tar-Rabat
St Peter’s fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar
Is-Swatar fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara u l-Imsida
Burmarrad fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar
Il-Baħrija fil-lokalità tar-Rabat
Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar
Paceville fil-lokalità ta’ San Ġiljan
Kappara fil-lokalità ta’ San Ġwann
Bubaqra fil-lokalità taż-Żurrieq
Fleur-de-Lys fil-lokalità ta’ Birkirkara
Bħal issa qed jiġi kkunsidrat pjan ħolistiku dwar kif għandhom jiġu kkunsidrati dawn l-applikazzjonijiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 19978 u 19979, fejn it-tweġibiet qed jagħtu indikazzjoni li l-prodotti jistgħu jiġu miġbura jew inkella siġillati, jista' l-Ministru jara li biex jiġu evitati l-problemi jekk hu possibli dawk il-prodotti li jkun jidher ċar li m'għandhomx jibqgħu fuq l-ixkafef għall-bejgħ, jinġabru mill-ewwel mill-uffiċjali tas-sanità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 19978 u 19979, u ntenni li r-responsabbiltà ta’ tali prodotti hija tal-persuna li tkun responsabbli mill-bejgħ tal-prodott u dan hekk kif stipulat fl-Att tal-2002 dwar is-Sigurtà fl-Ikel.
Rigward il-fatt li tali prodotti għandhom jinġabru mill-ewwel mill-uffiċjali għas-saħħa ambjentli infurmat li dan isir meta ma tinstabx koperazzjoni mill-persuna jew persuni responsabbli għall-bejgħ ta’ tali prodotti u dan skont proċeduri interni segwiti mill-istess Direttorat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19977, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'sar s'issa għar-rigward tal-evalwazzjoni tat-tiswija li trid issir f'dan il-breakwater? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt din it-tiswija li qed tiġi evalwata, tmurx lil 'hinn mit-tiswija meħtieġa fil-wiċċ tal-breakwater?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-evalwazzjoni saret permezz ta’ spezzjoni viżwali, survey topografiku, u spezzjoni taħt il-livell tal-baħar. Għalhekk it-tiswija tinvolvi xogħol lil'hinn mit-tiswija meħtieġa fil-wiċċ tal-breakwater.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5938, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-eżistu tat-23 rikonsiderazzjoni li kien hemm dwar dan l-iskedar? Jista' jagħti tagħrif dwar x'konsiderazzjoni ngħatat għal dawn it-23 rikonsiderazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-23 talba ghal rikonsiderazzjoni mill-iskedar tal-Ballut tal-Wardija u l-inhawi kienu ġew ppreżentati lill-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar fit-30 ta' Lulju 2009. Il-Bord analizza l-merti ta' kull talba kif ukoll il-pożizzjoni tad-Direttorat, fejn ta r-raġunijiet għaliex l-iskedar għandu jibqa' kif approvat. Il-Bord ma laqgħax it-talbiet għal rikonsiderazzjoni u kkonferma l-iskedar kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern numru 1137/08.
Wara li d-Direttorat irċieva l-minuti tas-seduta, l-individwi kollha li ressqu t-talba għal rikonsiderazzjoni (cioe' 23) ġew innotifikati bid-deċiżjoni tal-awtorità b'ittra reġistrata datata 17 ta' Settembru 2009.
Mellieħa — Nħawi tat-tomna - proġett ta' bini ta' garages
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat il-proġett ta' bini ta' garages industrijali fl-inħawi tat-Tomna l-Mellieħa li kellhom jinbnew fuq art tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ dawn il-garaxxijiet għadha qed tiġi proċessata mill-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess għall-ħruġ ta' permessi għall-bini ta' garaxxijiet industrijali fuq art tal-gvern fl-inħawi tat-Tomna fil-Mellieħa, mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar billi l-applikazzjonijiet għal dawn il-garaxxijiet ilhom li saru numru ta' snin?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin? Ta' liema nazzjonalità huma dawn il-persuni? Fil-każ tal-Maltin jew barranin li kienu residenti f'Malta qabel daħlu fil-faċilità, minn liema lokalitajiet huma dawn il-persuni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, sal-10 ta' Ottubru, 2010, in-numru ta' persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien ta' 589. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni aktar dettaljati.
Attachments:20177 - No of Inmates & Nationality.xls
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tal-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel? Meta hu mistenni li jiġi finalizzat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-bids milqugħa għat-tender imsemmija għadhom qed jiġu kkunsidrati. Il-proċess hu mistenni li jiġi magħluq fil-jiem li ġejjin.
MEPA — applikazzjonijiet għall-bini ta' djar tal-anzjani privati
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għall-bini ta' djar tal-anzjani privati? Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal change of use fi djar tal-anzjani? Fejn jinsabu dawn it-talbiet, lokal b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-awtorità għandha quddiemha sitta u għoxrin (26) applikazzjoni ta' bini, inkluż alterazzjonijiet u estensjonijiet, u bdil ta' użu rilatati ma' "djar ta' l-anzjani" . Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta il-kliem "
elderly
", "
old people
", "xjuħ", "anzjan/i" jew "
retirement
".
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm djar tal-anzjani privati li qed jaħdmu f'partnership mal-gvern? Fejn jinsabu? Kemm hu f'kull każ in-numru ta' anzjani li jużaw dawn id-djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tista' tagħmel persuna li rċerviet iċ-ċekk tas-sussidju fuq id-dawl indirizzat the occupier u li tkun trid issarraf iċ-ċekk tagħha peress li hemm każ li meta marret biex issarraf iċ-ċekk, ma tħallietx issarrfu u lanqas ma tħalliet tiddepożitah?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċekk inħareġ skont l-informazzjoni li hemm fuq il-kont tad-dawl u l-ilma. Ħriġna anke stqarrija uffiċjali biex nitolbu lill-konsumaturi jikkoreġu d-dettalji tal-kontijiet tagħhom. Jekk il-konsumatur m’għaddietx id-dettalji tagħha, iċ-ċekk ikun ġie maħruġ skont l-informazzjoni li kellhom il-Korporazzjonijiet.
Biex iċ-ċekk jiġi rrevedut u jerġa’ jinħareġ fuq dettalji korretti, l-persuna għandha tmur personalment fl-uffiċċju ta’ l-ARMS Ltd., ġġib magħha ċ-ċekk l-antik, tittieħed nota tad-dettalji l-ġodda u jinħareġ ċekk ġdid.