Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien s'issa n-numru ta' smart metres li twaħħlu f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn l-meters kienu meters ġodda u kemm kienu replacements ta' meters qodma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ meters tad-dawl (smart meters) li twaħħlu f’Malta u Għawdex s’issa huwa ta’ 35,229.
Minn dawn il-
meters,
kien hemm 1031 minnhom li kienu installati ġodda u l-kumplament ta’ 34,198 kienu
replacements
ta’
meters
qodma
.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20153, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-NGO's li ssottomottew offerta biex ikunu jistgħu jmexxu il-faċilità tal-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali? Min kien li finalment intagħżel biex imexxi din l-istess faċilità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm żewġ NGOs li ssottomettew offerta wara sejħa pubblika għal-espressjoni ta’ interess biex imexxu l-faċilità San Franġisk f’Ta’Qali. Dawn kienu Happy Paws u l-SPCA. It-talba tagħhom għall-ħlasijiet kienet ferm aktar għolja mill-offerta li finalment intgħażlet. Nirreferi l-Onor Interpellant ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20153.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk skemi dwar inizjattivi sportivi mal-kunsilli lokali jistgħux jiġu kordinati ma' clubs u għaqdiet sportivi lokali b'mod dirett? Jistgħu dawn l-iskemi jiġu użati biex jinbnew faċilitajiet ġodda? Jistgħu dawn l-iskemi jintużaw ukoll għal skop ta' training ta' sports lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Attivitajiet sportivi taħt l-iskema dwar inizjattivi sportivi għall-kunsilli lokali għandhom dejjem ikunu koordinati direttament mill-kunsill lokali. L-għan ta’ l-iskema huwa li tkun kultivata kultura sportiva fost il-membri kollha tas-soċjetà permezz ta’ parteċipazzjoni wiesgħa f’diversi attivitajiet sportivi u fiżiċi. Għaldaqstant l-iskema ma tkoprix il-bini ta’ faċilitajiet sportivi jew biex ikun finanzjarjament assistit t-taħriġ tal-għaqdiet sportivi lokali.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien matul l-2010 n-numru ta' deċiżjonijiet meħuda mid-DCC fl-ewwel dehra (qabel l-istadju ta' rikonsiderazzjoni) li fihom ir-rakkmandazzjonijiet tad-direttorat ġew maqluba kemm biex:
a) rakkmandazzjonijiet ta' rifjut ġew approvati kif ukoll
b) rakkmandazzjonijiet ta' approvazzjoni jiġu rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sat-22 ta' Ottubru ta' l-2010, kien hemm 716 applikazzjoni b'rakkmandazzjoni ta' rifjut li ġew approvati. Kien hemm ukoll 20 applikazzjoni b'rakkmmandazzjoni ta' approvazzjoni li ġew rifjutati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu mill-pulizija fl-inħawi taċ-Ċirkewwa matul Lulju, Awwissu u Settembru (limitat għall-area ta' madwar il-port taċ-Ċirkewwa - mil-lukanda sal-breakwater)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru ta' din is-sena il-Pulizija ħarġet 162 ċitazzjonijiet għal diversi kontravenzjonijiet tat-traffiku fl-inħawi imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20019, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux qed tistenna xi informazzjoni partikolari mingħand l-applikant biex dan il-proċess ta' applikazzjoni jkun jista' jiġi konkluż?
MEPA — applikazzjonijiet għall-bini ta' shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex xi policy partikolari li tiġi applikata meta tiġi biex tikkunsidra applikazzjonijiet għall-bini ta' shooting ranges? Meta tfasslu dawn il-policies u meta l-aħħar li ġew aġġornati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 17690.
MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' shooting ranges
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' shooting ranges quddiem il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet għax-shooting ranges? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma mill-privat? Kemm hemm minnhom minn xi awtorità/dipartiment governattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-awtorità għandha quddiemha applikazzjoniji wahda (1) ghall-bini ta' " shooting ranges " min applikant privat fil-lokalità ta' Kerċem, Għawdex.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem "shooting" jew "sparar".
Billi skont it-tweġiba parlamentari 19510 jirriżulta li fost dawk il-persuni li għebu matul l-aħħar xhur kien hemm numru ta' tfal, u kultant trabi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'każijiet bħal dawn, isirux xi investigazzjoni differenti minn dawk ta' meta jisparixxu persuni adulti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tinvestiga bir-reqqa kollha kull rapport li jkollha dwar persuni li jkun ġew irrapurtati nieqsa. Fir-rigward tat-tagħrif li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19510, ġejt infurmat ukoll illi minn 35 persuna taħt it-13-il sena, li kienu rrapurtati nieqsa bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena, 31 ġew rintraċċati. L-erbgħa l-oħra huma trabi li ġew irrapurtati nieqsa flimkien mal-ġenituri tagħhom ta’ nazzjonalità barranija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet minn missirijiet li kellhom ulied min-nisa li ma kenux marbutin magħhom biż-żwieġ formali, biex huma jingħataw l-kustodja ta' uliedhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar 2006 sas-19 ta' Ottubru 2010 in-numru ta' missirijiet li kellhom ulied min-nisa li ma kenux marbutin magħhom biż-żwieġ formali, biex jingħataw il-kustodja ta' uliedhom kien ta' 167 kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:-
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' care orders li ħarġu matul l-aħħar tnax-il xahar? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li fil-fatt inħarġitilhom care order?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ care orders li ħarġu matul l-aħħar tnax-il xahar kien 35. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Bormla, Ħamrun, Paola, Qawra, Qormi, Sliema, San Pawl il-Baħar, Valletta, Victoria (Għawdex), Żabbar, Żebbuġ (Malta) u Żejtun.
Ma' dawn kien hemm ukoll 22
care order
maħruġa għal tfal li ma kenux akkumpanjati minn adult li waslu Malta mill-Eritrea, Etjopja, Ivory Coast, Mali, Somalja u s-Sirja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux ħsieb li s-Selmun Palace Hotel terġa' titqiegħed mill-ġdid għall-bejgħ, jew le? Kif qed jiġi assigurat li din il-lukanda tkompli topera sew sakemm għadha qed titmexxa kif inhi bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20178
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19505 f'dik il-parti tar-risposta li titkellem dwar il-ftuħ ta' uffiċċji ta' Arms Ltd fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar ta' Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jinfetħu dawn l-uffiċċji, u meta se jinfetħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-parti tar-risposta ta’ PQ19505 li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant tirrigwarda l-ftuħ ta’ Customer Care Centre f’Gattard House l-Blata l-Bajda. Il-preparamenti biex tinfetaħ din il-facilità huma għaddejjin.
Fir-rigward tal-uffiċji f’lokalitajiet oħra, l-Arms tinsab fil-fażi li tidentifika l-lokalitajiet u faċilitajiet li jkunu adatti għal dan il-għan u wara li jsir dan tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar il-vijabbiltà ta’ l-implimentazzjoni jew le ta’ din l-inizjattiva.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18422, fil-parti tar-risposta li titkellem dwar il-majjal, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'ġara matul l-2009 mid-differenza bejn il-kwota u l-qatla (111,336 rjus u l-qatla ta' 85,975 rjus f'Malta u 7416 rjus u l-qatla ta' 4165 rjus f'Għawdex)? Kif inhi s-sitwazzjoni din is-sena sal-aħħar ta' Settembru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-booking tal-qatla tal-majjal tiddecidih il-KIM skont il-bejgħ li jkollha.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19982, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk lil hemm mill-"ktieb dettaljat li kien ġie ppubblikat", wara l-pubblikazzjoni ta' dan il-ktieb, kienx hemm talbiet minn kunsilli lokali li jmorru lil hemm minn dan "il-ktieb pubblikat"? Jekk iva, liema kienu dawn it-talbiet u mil-liema kunsilli saru? Fiex waslu d-diskussjonijiet dwar dawn it-talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġew ippubblikati r-rotot il-ġodda kien hemm numru ta’ kunsilli lokali li ressqu t-talbiet tagħhom għal xi modifiki fir-rotot minn kif kienu oriġinarjament proposti. It-talbiet li saru, fost oħrajn, kienu talbiet sabiex jiġu miżjuda lokalitajiet li ma kenux fil-proposta oriġinali, kif ukoll sabiex villaġġi fil-viċinanza ta’ xulxin jiġu moqdija b’servizz dirett bejniethom. B’kollox kien hemm 24 talba għal tibdil, li saru minn 20 kunsill lokali.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-talbiet kienu kif ġejjin:
Proposti minn:
Talba:
Kunsill Lokali Balzan
Estensjoni tas-servizz
Bella Vista Residents, M’Scala
Estensjoni tas-servizz bejn Lokalitajiet
Kunsill Lokali Dingli
Rotot ġodda
Kunsill Lokali Għargħur
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Kunsill Lokali Mġarr
Estensjoni ta' servizz
Kunsill Lokali Mqabba
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Kunsill Lokali Munxar
Estensjoni ta' servizz
Kunsill Lokali Naxxar
Estensjoni ta' rotta/rotot
Estensjoni ta' rotot bejn lokalitajiet
Kunsill Lokali Pembroke
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Kunsill Lokali Qrendi
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Estensjoni ta' servizz bejn lokalitajiet
Kunsill Lokali Rabat
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Estensjoni ta' servizz bejn lokalitajiet
Kunsill Lokali Mellieħa
Reviżjoni ta' rotta/rottot
Estensjoni ta' servizz bejn lokalitajiet
Kunsill Lokali Sliema
Reviżjoni ta' rotta/rottot
Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar
Estensjoni ta' servizz
Kunsill Lokali Santa Luċija
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Kunsill Lokali Swieqi
Estensjoni ta' servizz
Kunsill Lokali Tarxien
Estensjoni ta' servizz
Kunsill Lokali Żebbuġ
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Kunsill Lokali Żejtun
Estensjoni ta' servizz
Kunsill Lokali Żurrieq
Reviżjoni ta' rotta/rotot
Jien infurmat ukoll illi r-reviżjonijiet tar-rotot hekk kif mitluba minn dawn il–kunsilli lokali qegħdin fi stadju avvanzat u mistenni li jiġu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20179, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu (b'mod ġlobali) in-numru ta' sodod li bejniethom hu mistenni li jipprovdu d-djar tal-anzjani li għalihom hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex indikazzjoni dwar x'kapaċità għad fadlilha s-sistema tad-drenaġġ biex tkun tista' taqdi l-ħtiġijiet tar-residenti li hu mistenni li jibdew jokkupaw l-propjetajiet li sal-lum għadhom mhux okkupati fl-inħawi tal-Qawra, Buġibba, Burmarrad, Wardija, Xemxija u San Pawl il-Baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema tad-drenaġġ għandha kapacità biex taqdi il-ħteġijiet ta’ residenti li jistgħu jokkupaw l-propjetajiet fl-inħawi tal-Qawra, Buġibba, Burmarrad, Wardija, Xemxija u San Pawl il-Baħar kif tlaħħaq matul is-sajf meta jiżdiedu n-numru ta’ residenti u turisti f’dawn l-inħawi.
Il-problema fis-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi u f’postijiet oħra f’Malta u Għawdex ġejja min-numru kbir ta’ propjetajiet li għandhom is-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita mil-bjut mqabbda direttament u illegalment mas-sistema tad-drenaġġ.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Pwales - sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinvestiga jekk is-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar għandhiex xi ħsara partikolari li qed twassal għal għargħar speċjalment meta tkun nieżla ix-xita?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar m'għandha l-ebda ħsara. Il-problema ġejja minn numru kbir ta’ propjetajiet f’San Pawl il-Baħar, Xemxija, Buġibba u l-Qawra li għandhom is-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita mil-bjut mqabbda direttament u illegalment mas-sistema tad-drenaġġ.
Kunsilli lokali — Ksur ta' regolamenti fl-ispeed cameras
Question
Billi jidher li l-kunsilli lokali ma kenux infurmati dwar il-bidla fil-multi mposti minħabba ksur tar-regolamenti tal-ispeed camera, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ser tkun tista' tingħata lura l-multa li tħallset iktar minn li kienet qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rifużjoni hi applikkabli biss f`dawk il- każijiet fejn il-persuna ġiet misjuba ħatja jew ħallset il-penali fejn is-sewqan kien b’eċċess tal-limitu li ma jaqbiżx il-15 il-kilometru fis-siegħa. Il-bidla fil-penali daħlet fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ April 2008.
Għal dan il-għan, u sabiex kull min għandu d-dritt għar-rifużjoni jkollu l-opportunità jeżerċita dan id–dritt, ser jingħata avviż lill-pubbliku fejn jiġi spjegat dan.
Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — investiment infrastrutturali
Question
Billi l-Gvern ħa d-deċizjoni li matul is-sena d-dieħla jsir investiment infrastrutturali qawwi, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex f'dan il-perijodu jsir investiment infrastrutturali qawwi fit-toroq u l-bankini ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, u dan għall-benefiċċju tar-residenti u t-turisti f'dan l-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li t-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant ġiet kkunsidrata u rriżultat f’waħda ġġustifikata, l-uffiċċju tiegħi permezz tal-Kumitat għat-titjib tal-Ambjent bil-ħidma u l-koperazzjoni ta’ diversi Ministeri u entitajiet governattivi oħrajn sar titjib sostanzjali fiż-żona turistika li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Il-Gvern huwa kommess b’din il-ħidma tul is-sena kollha permezz ta’ grupp ta’ ħaddiema tal-gvern assenjati apposta.