Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi Internet Service Providers li matul l-aħħar tnax-il xahar iddeċidew li ma jkomplux jagħtu s-servizzi tagħhom tal-Internet Service Providers? Kemm hu bħalissa n-numru ta' Internet Service Providers li għadhom joperaw f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li taħt ir-reġim ta' awtorizzazjoni preżenti l-Internet Service Providers huma klassifikati fil-kategorija ta’ Providers of Other Publicly Available Electronic Communications Services.
Matul l-aħħar tnax il-xahar kien hemm tliet (3) operaturi fil-kategorija ta’ Providers of Other Publicly Available Electronic Communications Services li nnotifikaw lil-MCA b'terminazjoni tal-attivitajiet tagħhom.
Fil-preżent in-numru ta' Providers of Other Publicly Available Electronic Communications Services huwa tnejn u għoxrin (22).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentament hux qed isiru xi esperimenti partikolari fuq varjetajiet differenti ta' siġar tal-frott, minn uffiċjali responsabbli mill-esperimentazzjoni fi ħdan id-dipartiment responsabbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li riċentament kienet saret prova fuq it-tneћћija ta’ mard minn fuq lumi bil-gћan li dawn jiġu użati fil-futur gћat-tkattir u konservazzjoni ta’ varjetajiet ta’ ċitru Maltin, imma ma kinux inkisbu riżultati sodisfaċenti matul din il-prova, allura f’dawn il-jiem se terġa' issir prova oћra.
Fil-mixtla ta’ San Vincenz inbeda mill-ġdid tilqim ta’ bakkaljaw b’diversi varjetajiet ta’ ċitru fosthom Lumi, Larinġ, Larinġ ħelu, Larinġ tad-demm u Tronġa. Ir-riżultati s’issa jidhru li huma sodisfaċjenti u se jerġa' jiġi ripetut l-esperiment fuq selvaġġ taċ-ċitru (rootstock) differenti.
Fil-preżent għaddej ukoll esperiment fejn intelaq inset li jipparasitizza d-dud tad-dubbien taż-żebbuġ. L-għan tal-esperiment hu biex jinstab metodu biex id-dubbien taż-żebbuġ ikun ikkontrollat b’mod bijoloġiku.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal (studenti) li huma reġistrati bħala li għandhom ġenitur wieħed, fl-iskejjel primarji tal-gvern tal-Imġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Naxxar, Mosta, Ħ'Attard u r-Rabat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta` studenti li huma reġistrati li għandhom ġenitur wieħed u li jattendu fl-iskejjel indikati mill-Onorevoli Interpellant hu ta’ 252.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma l-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-qasam marittimu li Malta għad trid tirratifika? Kemm ilhom pendenti biex jiġu ratifikati dawn il-konvenzjonijiet? Liema minn dawn il-konvenzjonijiet hu mistenni li jiġu ratifikati fil-futur qarib?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa llum Malta rratifikat 38 konvenzjoni internazzjonali marbuta mal-qasam marittimu adottati minn aġenzji tal-Ġnus Magħquda, primarjament mill-Organizazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) u mill-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Hemm numru ieħor ta’ konvenzjonijiet li għadhom ma ġewx ratifikati minn Malta fejn dawn qatt ma ddaħħlu fis-seħħ jew li ġew adottati riċentament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ konvenzjonijiet li Malta għad trid tirratifika. Tajjeb li wieħed isemmi li matul l-ewwel nofs ta’ din is-sena diġa ġew adottati żewġ konvenzjonijiet internazzjonali. Id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan Transport Malta bħalissa għaddej b’xogħol li ser iwassal għar-ratifika ta’ konvenzjonijiet oħra marbuta mal-qasam marittimu fosthom, il-Konvenzjoni ta’ l-2006 Dwar ix-Xogħol Marittimu, iffirmata f’Ġinevra fit-23 ta’ Frar 2006, Annessi IV u VI tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tħaris mit-Tniġġis li jsir minn Bastimenti ffirmata f’Londra fit-2 ta’ Novembru, 1973 u l-Protokoll tal-2003 mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1992 dwar it-twaqqif ta’ Fond Internazzjonali għall-Kumpens għal Ħsara mit-Tniġġis biż-Żejt, iffirmat f’Londra fis-16 ta’ Mejju 2003.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hux kull lift li hawn stallat f'Malta jiġi kkunsidrat bħala għall-użu kummerċjali' meta jiġi biex jinħadmu l-kontijiet tad-dawl? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-lift istallati fil-komun ta' blokki tal-flats humiex ukoll meqjusa bħala kummerċjali? Jekk dan hu l-każ, jista' jbiddel il-policy dwar dawn l-istess kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm il-lifts ma jkunux lokalizzati f’blokok kummerċjali, bħal ma huma dawk ta’ uffiċini u shopping centres, iżda jkunu f’blokok residenzjali bħalma huma tal-flats, dawn jiġu meqjusa bħala ‘domestic’ meta jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta — informazzjoni rigward il-vetturi
Question
JIsta' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontrol isir mill-vettura (jew vetturi) li għandha l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta għal dak li jikkonċerna l-preżenza ta' trasmissjonijiet li jaqbżu l-limitu permess mil-liċenzji li tkun ħarġet l-istess awtorità? Il-vettura/vetturi huma armati b'antenni speċjali biex ikejlu l-frekwenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għal dak li jikkonċerna l-presenza ta’ trasmissjonijiet li jaqbżu l-limitu permess mil-liċenzji li tkun ħarġet l-awtorità, it-tip ta’ kontroll li jsir mill-vettura huwa dak ta’ moniteraġġ għal trasmissjonijiet fuq il-frekwenzi ikkonċernati. Kejl aktar fid-dettal, isir permezz ta’ apparat mobbli li jista' jinġarr minn persuna – anke għall-fatt li ammont sostanzjali ta’ dan it-tip ta’ kejl fid-dettall, isir minn fuq bjut u nħawi ohra li normalment ma jkunux aċċessibli għall-vetturi.
Jien infurmat ukoll li l-awtorità għandha vetturi li huma mgħammra b’apparat speċjalizzat li jaqra l-frekwenzi kif ukoll ikejjel il-livell ta’ l-emissjonijiet li jkunu qed jiġu trasmessi fuq dawn il-frekwenzi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20916, jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministru tal-Finanzi, li hu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Gozo Channel, filwaqt li l-Ministeru għall-Infrastruttura hu responsabbli minn Transport Malta jikkoordinaw dak kollu neċessarju biex l-street lighting li qed nagħmel referenza għalih u li jinsab fuq diversi arbli (mhux enumerati) madwar l-area tal-port minfejn jopera l-vapur t'Għawdex jiġi navigat ukoll qabel jitlesta x-xogħol kollu marbut mat-terminal?
Response (GATT, AUSTIN)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fejn għandu x'jaqsam madwar l-area tal-port, it-tweġiba tinsab fir-risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20457.
Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija, nassigura lill-Onor. Interpellant li qabel jitlesta x-xogħol kollu marbut mat-terminal issir il-koordinazzjoni kollha li hemm bżonn.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20917, filwaqt li nappreza l-fatt li t-triq taqa' taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, billi s-siġar li qed nindika jinsabu fil-parti tal-lokalità (wara l-ħajt li jifred it-triq mill-public garden) fl-area amministrata mill-gvern, jista' l-Ministru jara li dawn is-siġar (christmas trees) jinxtegħlu fiż-żmien tal-Milied u l-ewwel tas-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħalma diġa ntqal fir-risposta tal-mistoqsija li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant mhux normali li l-Ministeru tiegħi jagħmel xogħol ta’ tiżjin tal-Milied u għaldaqstant mhux se jkun possibli li tali tiżjin isir.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' sajjieda li talbu biex ikissru l-bastimenti tas-sajd tagħhom skont l-iskema/skemi tal-FIFG 2004-2007? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati? Kemm bastimenti tkissru sal-lum minn dawk li kienu aċċettati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien matul l-2009, in-numru ta' persuni (familji) li bbenefikaw mill-fakultà li jitħallsu ħlasijiet marbuta ma' residenza fi djar privati għall-anzjani kif riferut fl-artiklu 14D tal-Liġi dwar l-Income Tax?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellatn illi matul l-2009 kien hemm 1,262 persuna li bbenefikat mit-tnaqqis fit-taxxa għal ħlasijiet marbuta ma' residenza fi djar privati għall-anzjani skont l-artiklu 14D tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
skola primarja ta' San Pawl il-Baħar — provediment ta' aktar klassijiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar fiex waslu l-preparamenti dwar il-provediment ta' aktar klassijiet fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar biex din l-iskola tkun tista' tlaħħaq man-numru dejjem akbar ta' studenti li jattendu fl-iskola primarja? Kemm hu preżentament in-numru ta' studenti sena sena li jattendu din l-iskola bħalissa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jistudjaw is-sitwazzjoni sabiex naċċertaw li jkun hemm spazju addattat għall-istudenti ta’ din l-iskola.
Prezentament il-popolazzjoni fl-iskola hija kif ġej:
K1 80
K2 131
Yr 1 105
Yr 2 90
Yr 3 87
Yr 4 86
Yr 5 85
Yr 6 101
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema prodotti partikolari qed isiru esperimenti fuqhom fil-micropropogation centre f'Ħal Lija matul l-aħħar 12-il xahar? Kien hemm xi pjanti endemiċi partikolari li fuqhom ukoll saru esperimenti matul l-aħħar 12-il xahar? X'kienu r-riżultati li ġew akkwistati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’dawn l-aћћar tnax il-xahar, il-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni kompla l-esperimentazzjoni fuq it-tulipan Malti u diversi speċi ta’ orkidi Maltin li qed jitkabbru fil-laboratorju b’metodi mhux konvenzjonali. Pjanti ta’ dawn l-ispeċi qegħdin jiġu akklimatizzati fis-serra ġewwa iċ-Ċentru tal-Bioteknologija tal-Pjanti. Minћabba li dan ix-xogћol qed isir gћall-ewwel darba fuq dawn l-ispeċi f’Malta, wieћed ma jistax ibassar x’se jkun ir-riżultat tal-akklimatizzazzjoni. Ukoll, kienet bdiet riċerka li tinvolvi it-tneћћija ta’ mard minn fuq lumi bil-gћan li dawn jiġu użati fil-futur gћat-tkattir u konservazzjoni ta’ varjetajiet ta’ ċitru Maltin. Ma kinux inkisbu riżultati sodisfaċenti matul din il-prova allura f’dawn il-jiem se terġa issir prova oћra. Apparti minn hekk, il-laboratorju ipproduċa numru sostanzjali ta’ felċi u African violets.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20911, jista' l-Minisru jagħti risposta għal dawk li huma prodotti li jikkonċernaw ikel u mediċini?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mediċini li s’issa kellhom jitneħħew mis-suq matul l-2010 kienu:
- Worthington Medical Oxygen cylinders (35L, 40L, 50L), magħmul lokali.
- Cisplatine Mylan® (Cisplatin), soluzzjoni ghal infuzjoni, ġej mill-Unjoni Ewropea
- Fucidin® (Sodium Fusidate), Pdr soluzzjoni ghal infuzjoni, ġej mill- Unjoni Ewropea
- Citanest 1%® (prilocaine HCl), gej mill- Unjoni Ewropea
- Salofalk®, gej mill-Unjoni Ewropea
- Reductil ® (sibutramine), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Avandia, ® (rosiglitasone), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Avadamet ® (rosiglitasone), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Avaglim ® (rosiglitasone), ġej mill-Unjoni Ewropea
- Octagam ®, ġej mill-Unjoni Ewropea
Għall-iskop tal-liġi is-suq tal-mediċini huwa wieħed fl-Unjoni Ewropea.
Għar-rigward il-prodotti tal-ikel ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħdha tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'użu qed isir minn dak li kien il-bini tas-Sea Malta fl-inħawi tal-Port il-Kbir, wara li dan l-uffiċju m'għadux jintuża għall-iskop oriġinali tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20910, billi l-pjanti li għandu l-Land Registry jikkonċernaw l-iżviluppi li seħħew fil-bini u li l-Maltin ikollhom bżonnhom biex jirreġistraw l-artijiet tagħhom, biex jimlew formoli tas-suċċessjoni, għall-formoli tal-banek, fost l-oħrajn, u l-informazzjoni fuq il-pjanti għand il-Land Registry (dawk li jinxtraw bi €2.33) huma antikwati, mentri dawk tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huma aġġornati, jista' l-Ministru jassigura li dawn l-pjanti tal-Awtorita' jinxtraw jew jinkrew mill-Land Registry Department biex dawk ikkonċernati jiffrankaw ħafna nkwiet iżjed?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-setturi tat-trasport pubbliku li għalkemm hu meħtieġ li jkollhom liċenzja biex ikunu jistgħu joperaw, fil-fatt m'hemmx kontroll fuq in-numru ta' operaturi li jkunu jistgħu jaħdmu fis-settur partikolari tat-trasport f'pajjiżna? Liema huma s-setturi tat-trasport pubbliku li fil-fatt minbarra l-ħtieġa tal-liċenzja hemm ukoll limitazzjoni ta' kemm jista' jkun hemm operaturi f'qasam partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar twettaq xi tip ta' studju dwar l-imtieħen tar-riħ (windmills) li kienu jintużaw (u xi uħud għadhom jintużaw għalhekk ukoll) biex itellgħu l-ilma minn taħt l-art?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din il-materja tikkonċerna lill-Awtorità Maltija tar-Riżorsi u mhux lill-MEPA. L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi m’għandha ebda pjani biex tagħmel studju dwar l-imtieħen tar-riħ li jintużaw biex itellgħu l-ilma.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20019, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux qed tistenna xi informazzjoni partikolari mingħand l-applikant biex dan il-proċess ta' applikazzjoni jkun jista' jiġi konkluż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità qed tistenna sottomissjonijiet mingħand il-Perit fosthom il-Fire Safety and Ventilation report.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19340, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li wara li bidlu l-makna tal-vettura tagħhom, fil-fatt spiċċaw iħallsu liċenzja mnaqqsa b'riżultat tal-bidla fil-makna, matul l-aħħar 12-il xahar bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn l-1 t’Ottubru 2009 u t-30 ta’ Settembru 2010 kien hemm 58 sidien ta’ vetturi li bidlu l-magna tal-vettura tagħhom u spiċċaw iħallsu liċenzja mnaqqsa.
Il-modifikazzjonijiet fil-magni kienu jew għax il-magna mibdula kellha inqas kapaċità (cc) jew kellha anqas emissjonijiet ta’ CO2.
banda tal-armata — performances f'postijeit turistiċi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17446 dwar il-possibilità li l-banda tal-armata tibda twettaq displays/performances regolari f'postijiet ta' importanza turistika, b'mod partikolari fix-xhur tas-sajf, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt sarux diskussjonijiet partikolari biex dawn il-performances jibdew isiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li saru kuntatti bejn l-awtoritajiet ta’ l-Armata u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu sabiex ikunu jistgħu jittellgħu programmi mużikali f’postijiet turistiċi matul is-Sajf li għadda li iżda minħabba numru kbir ta’ mpennji li kellha l-Banda matul dan iż-żmien ma kienx possibbli li jitfassal programm għal dan il-għan.
Madankollu qed isiru sforzi sabiex għas-sena d-dieħla jitħejja programm minn qabel li jkun jista’ jidħol fil-kalendarju annwali tal-banda tal-FAM.