Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li tinstab sistema jekk hemm bżonn mal-Kunsill Malti għall-Isport jew ma' xi għaqdiet sportivi oħra, li permezz tagħha meta jkun hemm sportivi tad-diversi dixxiplini li għandna f'Malta li jkollhom bżonn ta' MRIs dawn l-istess sportivi ma jdumux xhur jistennew biex ikunu jistgħu jagħmlu MRIs li jkollhom bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-investigazzjonijiet tal-MRI isiru skont l-urġenza indikata mill-kundizzjoni medika tal-pazjent u mhux skont jekk il-pazjent hux sportiv jew le.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21131, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kapaċità individwali ta' kull waħda mill-10 pompi li hemm fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? X'monitoring qed issir fuq il-kapaċità tal-pompi differenti biex ikun garantit li l-areali minnha jiġi drenaġġ għal kull pompa ma jaqbiżx l-ammont li tiflaħ l-pompa partikolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kapaċità individwali tal-għaxar pompi li l-korporazzjoni għandha f’San Pawl il-Baħar qed titpoġġa, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' santwarji tal-annimali li ġew reġistrati mal-Ministeru matul l-aħħar snin? Fejn jinsabu dawn is-santwarji? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux infurmat li xi uħud minn dawn is-santwarji għandhom problemi finanzjarji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s- santwarji li li hawn f’Malta huma dawn;
· Island Sanctuary, fl-inħawi ta’ Dellimara
· SPCA, Floriana
· AAA, fl-inħawi ta’ Ħal Luqa
· Noah’s Ark, Mellieħa
· Thomasina, Għammieri
L-NGOs huma reġistrati mal-Kummissarju tal-NGOs. Il-Gvern qed jagħti għajnuna lil dawn is-santwarji f’diversi forom fosthom finanzjarji, permezz ta’ riżorsi umana li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fis-santwarji u
vouchers
ta’
neutering
. Sar ukoll arranġament biex ikun hemm skont fuq il-prezzijiet li jintalbu l-NGOs biex jużaw iċ-ċentru San Franġisk. Barra minn hekk meta kien hemm santwarju partikolari li żamm annimali li nstabu bl-ambulanza tal-gvern, ingħatalhom l-ikel u l-kura medika b’xejn.
Talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjetà li ġew rifjutati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20024, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba saret minn kunsilli lokali għad-devoluzzjoni ta' proprjetà u din ġiet rifjutata matul l-aħħar sena sal-aħħar ta' Settembru 2010? Liema u fejn kienu dawn it-talbiet li ġew rifjutati? Kemm-il talba għad-devoluzzjoni ta' proprjetà minn kunsilli lokali għadha pendenti? Minn liema kunsilli saru dawn it-talbiet li għadhom pendenti, u meta saru t-talbiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21200.
WSC — San Pawl il-Baħar - Triq it-Tamar u Triq Port Ruman - servizzi
Question
Jista' l-Ministru, permess tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jieħu l-passi neċessarji biex dawk il-partijiet ta' Triq il-Tamar u Triq Port Ruman, San Pawl il-Baħar, li għad m'għandhomx servizzi permanenti, dawn l-istess servizzi jiġu mqegħda kemm jista' jkun malajr? Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni, liema huma t-toroq (jew partijiet minnhom) f'San Pawl il-Baħar li għad m'għandhomx servizzi permanenti tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqija Parlamentari 21224.
Rigward it-tieni parti, ftit għad baqa’
mains
tal-ilma temporanji f’San Pawl il-Baħar. Ma tagħmel l-ebda differenza għall-provista tal-ilma għall-konsumatur jekk dawn il-
mains
ikunux temporanji jew permanenti. Dawn il-
mains
temporanji jinbidlu f’
mains
permanenti meta jew ikun se jsir il-wiċċ tat-triq (
reinstatement
), jew jibdew jikkawżaw xi problemi fil-provista. Bħalissa f’San Pawl il-Baħar għad hemm biss żewġ konsumaturi li għad m’għandhomx provista tal-ilma minħabba li m’hemmx
main
tal-ilma. Wieħed jinsab proprju ġo Triq Port Ruman u l-ieħor fi Triq it-Tamar.
San Pawl il-Baħar — kantuniera ta' Triq ix-Xitwa - ilma ħiereġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'seta' wassal biex fil-kantuniera ta' Triq ix-Xitwa ma' Islet Promenade San Pawl il-Baħar għal numru ta' jiem kien hemm l-ilma ħiereġ u li l-ħsara li kien hemm donnu li ma segħtetx tissewwa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-fatt irriżultaw żewġ ħsarat fi żmien ftit ġranet fl-istess lokalita’, iżda f’żewġ postijiet differenti. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċeviet l-ewwel rapport dwar l-ewwel ħsara nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru u din issewwiet dakinhar stess (service connection). Wara dan l-inċident, inqalgħet ħsara oħra (service connection ta’ bini ieħor) il-Ħadd 7 ta’ Novembru li l-korporazzjoni ħadet ħsieb ukoll li twaqqaf l-ilma ħiereġ dakinhar stess.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx indikazzjoni dwar kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' tfal li se japplikaw biex jidħlu fil-kindergarten tal-iskola primarja tal-Gvern, għas-sena skolastika li jmiss? Billi f'dan il-livell jista' jkun hemm dħul tat-tfal ukoll matul is-sena skolastika, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemm indikazzjoni dwar kemm ser jidħlu tfal f'dan il-livell, f'Jannar 2011, u fl-istess skola primarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-cirkulari biex l-iskejjel jibagħtu t-tagħrif ta’ kemm għandhom tfal irreġistrati biex jidħlu fi Frar ta’ kull sena tinħareġ fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru biex jingħata ċ-ċans lill-ġenituri jiktbu lit-tfal tagħhom. Għalhekk għadu kmieni biex ikun magħruf it-total ta’ tfal li se jidħlu fi Frar 2011.
Il-ġenituri jiktbu lit-tfal tagħhom fl-iskola jew fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ li tiegħu l-iskola tagħmel parti. Għadu kmieni wkoll biex ikun magħruf in-numru ta’ tfal li se jidħlu fil-Kindergarten f’Ottubru 2011, għas-sena skolastika 2011/2012.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif inhi maqsuma lokalità, lokalità l-lista ta' persuni li twaqqfu milli jkomplu jirreġistraw matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena? X'kienu l-age groups ta' dawk li kienu mwaqqfa milli jkomplu jirreġistraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Enemalta — Xogħlijiet fejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun malajr il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħti l-clearance tagħha biex ix-xogħol li hemm imfassal bejn l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu u l-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Baħar bejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar u l-Menqa jkun jista' jinbena kemm jista' jkun malajr biex imbagħad ikun tlesta qabel l-istaġun tas-sajf 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tat l-clearance tagħha fil-11 ta’ Novembru, 2010.
Billi fil-lokolità ta' San Pawl il-Baħar qed ikun hemm numru dejjem ikbar ta' ġenituri żgħażagħ li jiġu joqogħdu fil-lokalità, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-informazzjoni li jkollu l-Ministeru, permezz tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali hux qed tiġi kordinata mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex ikun jista' jsir ippjanar aħjar dwar il-ħteġijiet tal-edukazzjoni primarja u dik tal-kindergarten f'din il-lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jagħmel il-pjani meħtieġa minn informazzjoni dwar il-popolazzjoni tal-Lokal mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Fuq din l-istatistika jsiru l-pjani biex naċċertaw li nilħqu l-ħtiġijiet tal-istudenti li jattendu l-iskola primarja ta’ din il-lokalita.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20581, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' Learning Support Assistants li kienu impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni f'Diċembru 1990, 1995, 2000 u 2005 rispettivament? X'effett qed ikollu l-użu ta' dawn il-Learning Support Assistants fuq is-sistema edukattiva ta' pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studju dwar il-vetturi li jgħaddu minn ċerti nħawi
Question
Billi matul l-aħħar ġimgħat għal diversi drabi kien hemm persuni li għall-ħin twil kienu qed jieħdu ritratti tal-vetturi li kienu għaddejjin minn fejn ir-roundabout ta' T'Alla u Ommu (kemm dik ta' fuq kif ukoll ħdejn dik t'isfel) u wkoll ħdejn ir-roundabout ta' ħdejn l-Erba Mwieżeb ( qabel titla' l-bypass ta' San Pawl il-Baħar) jista' l-Ministru jindika jekk Transport Malta kenitx qed tagħmel xi studju dwar il-vetturi li jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma kenitx qed tagħmel xi studju dwar il-vetturi li jgħaddu mill-inħawi msemmija mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jieħu l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun malajr dawk il-partijiet ta' Triq il-Port Ruman u Triq it-Tamar f'San Pawl il-Baħar li għad m'għandhomx drenaġġ, fil-fatt jitqiegħed il-main neċessarju u dan għaliex fl-istess inħawi jeħtieġ li jsir xogħol tat-tarmak ukoll?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma lestiet l-ippjanar u d-disinji għal dawn ix-xogħlijiet, liema dokumentazzjoni ser tiġi mgħoddija lil “Transport Malta” fil-jiem li ġejjin, biex jista’ jinħareġ it-tender għal dawn ix-xogħolijiet (li jinkludu tqegħid kemm ta’ main tad-drenaġġ kif ukoll mains tal-ilma) minn l-istess “Transport Malta” f’isem il-Korporazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20651 dwar is-servizz tal-mains tad-drenaġġ fi Triq Għar Berbaħ, San Pawl il-Baħar, billi Triq Simar (li magħha qed jingħad li trid titqabbad is-sistema ta' Triq Għar Berbaħ) jista jkun diffiċli biex titlesta, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li titlesta rotta alternattiva għal dik indikata għaliex inkella jista' jkun li r-residenti fi Triq Għar Berbaħ se jkollhom jistennew fit-tul għal dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux possibli li tinstab rotta alternattiva minħabba il-qlib tat-triq. Sadanittant il-Korporazzjoni qed toffri servizz ta’ tbattil tal-fosos f’din l-area b’mod regolari sakemm ikun jista’ jsir il-main propost.
Bugibba/Qawra — Centri ta' informazzjoni ħdejn il-bus terminuz
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' investiment hu mistenni li jsir fil-bus terminus ta' Buġibba/Qawra? Jista' jagħti t-tagħrif jekk fl-istess venda, jew qrib tagħha hux se jinbnew ċentri ta' informazzjoni għall-Maltin/turisti li jinqdew b'dawn il-faċilitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-investiment li ser jitwettaq ġewwa il-bus terminus ta’ Buġibba ser jikkonsisti f’dan li ġej:
· Tibdil ta’ pavimentar;
· Faċilitajiet għal mistrieħ tax-xufiera tal-karozzi tal-linja;
· Faċilitajiet sanitarji;
· Kostruzzjoni ta’ numru ta’
bus bays;
· Asfaltar;
·
Bus Shelters
kif ukoll twaħħil ta’ bankijiet għal dawk il-persuni li jkunu qegħdin jistennew biex jirkbu il-karozza tal-linja;
· Għal raġunijiet ta’ sigurtà, għal min ikun qiegħed juża’ din il-faċilità, se jitwaħħlu
railings;
· It-
terminus
se jiġi mdawwal b’dawl apposta.
Din il-faċilità se tkun aċċessibli għal persuni b’diżabilità.
Dan il-proġett huwa mistenni li ser jiġi jiswa madwar € 240,000.
Ninsab infurmat ukoll li ġewwa t-terminus ser ikun hemm l-informazzjoni kollha fuq ir-rotot li jgħaddu minn ġewwa dan it-terminus, kif ukoll il-ħinijiet.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'investiment hu mistenni li jsir fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, matul is-sentejn skolastiċi li ġejjin? F'liema servizzi/proġetti hu mistenni li jsiru dawn l-investimenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorati Edukattivi kontinwament janalizzaw is-servizzi u l-programm edukattivi u jaraw l-iskejjel tal-gvern inkluża l-Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, jirċievu r-riżorsi addattati sabiex jitwettaq programm edukattiv ta’ kwalita’ kif jistħoqilhom l-istudenti.
Ta’ kull sena kull skola nkluza dik ta’ San Pawl il-Baħar jinghataw fondi kapitali ta’
Mainitenance u l-Material and Supplies
sabiex jintefqu skond il-prioritajiet li jiddeċiedul-amministraturi ta` l-iskola stess.
Diġa qed jiġu żvilluppati wkoll servizzi ta’ appoġġ lill-istudent b’investiment f’riżorsi umani sabiex kemm jista’ jkun jiġi eliminat kull ostaklu fil-progress edukattiv.
L-iskola ta’ San Pawl il-Baħar bħal oħrajn tirċievi servizzi ta’ taħriġ u qed tipparteċipa bis-sħiħ fir-riforma edukattiva li għaddejja bħalissa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' trabi li twieldu fl-isptarijiet Maltin matul din is-sena, sa Settembru? Kemm minn dawn it-trabi twieldu lil ommijiet single? Kemm kien in-numru ta' tali ommijiet minn kull lokalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20946 u jara li b'mod partikolari għal dawk il-vjaġġi li jsiru bil-vapur Malita, f'dawk l-okkazzjonijiet meta tant ikun hemm vetturi li l-vapur jgħabbi ukoll fuq il-livell ta' fuq waqt il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex u viċi-versa it-tgħabija tal-vetturi ma tibqax issir b'tali mod li min kien l-ewwel fil-kju jispiċċa biex joħroġ minn tal-aħħar minn fuq l-istess vapur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward il-vjaggi li jsiru bil-vapur Mv Malita nixtieq nikklarifika li l-proċess tat-tgħobbija ta’ dan il-vapur meta d-domanda tal-vetturi tkun qawwija, isir billi l-ewwel jimtela parti sostenzjali tal-garaxx, jitħalla spazju biex ikunu jistgħu jitniżlu l-ixkafef biex b’hekk tkun tista’ ssir it-tgħobbija tal-vetturi fuq il-livell ta’ fuq u wara li dawn jiġu mgħobbija jittelgħu l-ixkafef biex b’hekk aktar vetturi jkomplu jimlew l-ispazju li jkun baqa’ fil-garaxx. Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni li f’ċertu okkażżjonijiet meta d-domanda tat-traffiku tkun qawwija minn naħa waħda (jiġifieri miċ-Ċirkewwa jew mill-Imġarr) u l-kumpanija tkun qegħda topera servizz ‘shuttle’ l-ixkafef jibqgħu mniżżla u ma jsirx tgħobbija fuqha minn naħa li ma jkunx hemm domanda ta’ xogħol sabiex b’hekk ikunu jistgħu jitgħabbew il-vetturi mingħajr dewmin u s-servizz ikun aktar effiċċjenti.
Talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjetà li ġew rifjutati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20937 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20024, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba saret minn kunsilli lokali għad-devoluzzjoni ta' proprjetà u din ġiet rifjutata matul l-aħħar sena sal-aħħar ta' Settembru 2010? Liema u fejn kienu dawn it-talbiet li ġew rifjutati? Kemm-il talba għad-devoluzzjoni ta' proprjetà minn kunsilli lokali għadha pendenti? Minn liema kunsilli saru dawn it-talbiet li għadhom pendenti, u meta saru t-talbiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bl-informazzjoni mitluba. L-ewwel lista turi devoluzzjonijiet li ġew rifjutati. It-tieni lista turi devoluzzjonijiet li għadhom pendenti, u t-tielet lista turi devoluzzjonijiet li waqfu minħabba li l-kunsill rispettiv ma għadux interessat (dawn ma’ jistgħux jiġu kklasifikati fl-ebda waħda miz-żewg listi l-oħra).
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 21200.docPapers Laid 2 - PQ 21200.docPapers Laid 3 - PQ 21200.doc
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21008, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-perjodu indikat l-Awtorità ta' Malta għall-Komunikazzjoni ikkonkludietx xi investigazzjonijiet fil-konfront tal-istess kumpanija indikata fil-mistoqsija parlamentari 21008 li saru mill-Internet Service Providers?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru.21088, fejn ġie indikat li għal perjodu msemmi mill-Onor. Membru ma' kien l-ebda lment fil-konfront tal-kumpanija inkwistjoni minn xi internet service provider. Għalhekk f'dak il-perjodu ma' kien hemm l-ebda nvestigazzjonijiet pendenti f'dan ir-rigward.