Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' operaturi li ngħataw liċenzja biex ikunu jistgħu jħaddmu s-sistema tal-water taxi fl-ibħra Maltin? Kemm minn dawk li ngħataw il-liċenzja bdew joperaw? Kemm minnhom għadhom joperaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' operaturi li ngħataw liċenzja biex joperaw water taxis kienu tnejn. Dawn bdew joperaw matul is-sena l-oħra. Wieħed minn dawn l-operaturi ma reġax ġedded il-liċenzja u għalhekk fil-preżent hemm operatur liċenzjat wieħed
gradwati Maltin — scholarships fil-qasam tat-trasport u infrastruttura
Question
Tista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru responsabbli minn Transport Malta, tara jekk hux possibli li jingħataw scholarships għal gradwati Maltin li jippruvaw ikomplu l-istudji tagħhom f'livell ta' Masters jew Dottorat, fid-diversi aspetti li huma marbutin mat-trasport u l-infrastruttura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Taħt l-iskemi Strategic Educational Pathways Scholarships
(STEPS) kif ukoll taħt l-iskema Malta Government Scholarship Scheme
(MGSS) jistgħu jingħataw boroż ta’ studju fl-oqsma tat-trasport u l-infrastruttura.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hi miftuħa l-iskema STEPS u din tagħlaq fis-17 ta’ Jannar 2011. Ir-Regolamenti u l-formola tal-applikazzjoni tinstab fuq il-websajt www.education.gov.mt.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu, f'kull waħda mill-iskejjel primarji tal-gvern tas-7, 9, 11 u 12-il distrett, in-numru ta' Learning Support Assistants li jaqdu d-doveri tagħhom f'dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dikjarazzjonijiet fuq tħaddim tal-karozzi tal-linja
Question
Billi fid-dikjarazzjonijiet li saru dwar it-tħaddim tal-karozzi tal-linja mill-kuntrattur il-ġdid tat-trasport pubbliku ġie dikjarat li se jsir xogħol fuq numru ta' vened, fosthom dik ta' Buġibba, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li hu mistenni li jsir f'din il-venda? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanti tax-xogħol li hu mistenni li jsir f'din l-area?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21226 fejn hemm elenkat ix-xogħol kollu li se jsir f'Buġibba.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' dan il-proġett.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' għalliema studenti li bħalissa qed jistudjaw fl-Università ta' Malta u li qed jistudjaw għal dawk li huma studenti għal-livell sekondarju li qed jistudjaw suġġetti tax-xjenza? F'kull każ, suġġett suġġett, f'liema snin tal-kors jinsabu dawn l-istudenti? Kemm minnhom huma tfajliet u kemm minnhom huma ġuvintur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — toroq li m'għandhomx sistemi permanenti ta' mains tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq jew partijiet minnhom li għad m'għandhomx sistema permanenti ta' mains tal-ilma fl-inħawi tal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar liema huma t-toroq li fihom għad m'hemmx sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, limitat għal dawk it-toroq li qegħdin fir-raħal propja (eskluż l-inħawi tal-kampanja)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi rigward il-mains tal-ilma f’San Pawl il-Baħar nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar- risposta ta’ PQ 21228.
Rigward is-sistema tad-drenaġġ f’San Pawl il-Baħar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għad trid testendi l-
mains
fi Triq Għar Berbaħ, f’parti fi Triq is-Simar, f’parti fi Triq Desquanez, f’parti fi Triq it-Tamar u f’parti fi Triq Port ir-Ruman.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex fid-distrett tal-pulizija ta' Għawdex ġiet addottata s-sistema fejn erba' surġenti f'kull każ ġew assenjati xogħol indoor, outdoor u fil-Mobile Squad? X'inhuma d-doveri rispettivi ta' xogħol indoor u outdoor? Meta xi uffiċjal inkarigat minn doveri barra jinqabad fuq commitments oħra, min qed jiġi assenjat ix-xogħol ta' barra? Kien hemm xi kriterji partikolari li wasslu biex issir l-għażla ta' dawk li se jagħmlu xogħol barra, ġewwa, jew fil-Mobile Squad rispettivament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tqassim ta’ doveri fil-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u fl-aħjar interess tas-Servizz. Kien f’dan ir-rigward illi l-amministrazzjoni tal-Korp ħasset illi jkun espedjenti għas-Servizz illi fl-Għassa tar-Rabat Għawdex ikun hemm il-preżenza ta’ Surġent il-ħin kollu, filwaqt li Surġent ieħor jieħu ħsieb ix-xogħol li jkun jenħtieġ li jsir barra mill-Għassa. Infurmat ukoll illi s-Surġent li jkun xogħol ġewwa huwa responsabbli mir-rapporti li jidħlu l-Għassa u xogħol ieħor li jkun hemm bżonn isir fl-Għassa filwaqt li x-xogħol tas-Surġent ta’ barra huwa li jkun responsabbli mill-investigazzjonijiet, r-ronda u s-superviżjoni tal-membri tal-Korp li jkunu xogħol fid-diversi lokalitajiet madwar Għawdex. Meta wieħed minn dawn is-Surġenti jinqabad fuq xi biċċa xogħol u jidħol xogħol ieħor li jkun jirrikjedi intervent immedjat, is-Surġent li jkun disponibbli jagħmel dak ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dwana żżommx informazzjoni dwar prodotti agrikoli, inkluż laħam li jiddaħħal fis-suq lokali? Jekk iva, kemm jirriżulta li ġie dikjarat laħam tal-majjal/tiġieġ fis-suq lokali, matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'użu qed isir minn dak li kien il-bini tas-Sea Malta fl-inħawi tal-Port il-Kbir, wara li dan l-uffiċju m'għadux jintuża għall-iskop oriġinali tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin taħditiet bejn l-Enemalta u l-Ministeru sabiex dan il-bini jerġa’ jibda jiġi wżat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18825 fejn il-Prim Ministru irreferini li din il-materja trid tiġi kkonfermata mill-Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi twettaq xi tip ta' studju dwar l-imtieħen tar-riħ (windmills) li kienu jintużaw (u xi uħud għadhom jintużaw għalhekk ukoll) biex itellgħu l-ilma minn taħt l-art?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa għaddej proġett li qed jevalwa kif dawn l-imtieħen tar-riħ jistgħu jiġu konvertiti f’turbini li jiġġeneraw l-elettriku. Dan il-proġett qed isir bi sħab mal-Istitut għal-Enerġija Sostennibli tal-Università ta’ Malta. Diġà tħejja l-ewwel disinn u bħalissa beda x-xogħol biex jinbena prototip.
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20395, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-perit jissottometti l-informazzjoni li qed jintalab mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwak jekk l-ispetturi tas-saħħa għamlux spezzjonjiet għand il-ħwienet tal-laħam biex jaraw jekk kienx hemm laħam tat-tiġieiġ/majjal li kien qed jinbiegħ bħala frisk/iffriżat? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet li saru matul l-ewwel disa' xhur tal-2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, l-Uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali għamlu diversi spezzjonijiet ġo ħwienet tal-laħam. Minn dawn l-ispezzjonijiet, li kienu jammontaw għal 287, ittieħdet azzjoni kontra żewġ bejjiegħa tal-laħam. F’każ wieħed bejjiegħ tal-laħam li nstab qiegħed ibiegħ tiġieġ impurtati ffriżati bħala friski lokali, waqt li fil-każ l-ieħor instabu tiġieġ li kienu qed jinħallu mis-silġ sabiex jinbiegħu bħala friski.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-iżvilupp ta' impjanti żgħar għat-tifsija tad-drenaġġ li kien tħabbar li qed jiġi żviluppat u li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha tuża biex tieħu ħsieb it-tifsija tad-drenaġġ f'inħawi bħalma huma l-Baħrija, il-Bidnija u l-Wardija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iżvilupp ta’ l-impjanti żgħar għat-tisfija tad-drenaġġ għadu għaddej. Il-prototype qiegħed jiġi ittestjat ħdejn l-impjant ta’ San Antnin bħala parti mir-research and development tal-Korporazzjoni. La darba dan il-proċess ikun konkluż, jibda l-proċess ta’ implimentazzjoni wara li jiġu identifikati l-lokalitajiet fejn sistemi bħal dawn jiġu nstallati.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21147, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien in-numru ta' vetturi second hand/ġodda li ġew reġistrati fil-perjodu indikat fir-risposta? Fil-każ ta' vetturi second hand, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'kien in-numru ta' vetturi reġistrati f'dan il-perjodu skont is-sena tal-manifattura tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi second hand u ġodda li ġew reġistrati fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta` Ottubru 2010 huwa kif imsemmi hawn taħt:
Vetturi ġodda: 4,575
Vetturi
second hand
: 8,283
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ammonti tal-vetturi
second hand
li ġew reġistrati skont is-sena tal- manifattura tagħhom.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kien ilhom perjodu twil ta' żmien jirreġistraw u li kellna nibagħtuhom jaħdmu għal numru ta' sigħat fil-ġimgħa waqt li kienu ukoll se jitħallew ifittxu xogħol permanenti? Minn liema lokalitajiet huma dawk li fil-fatt ingħataw dawn il-ħlasijiet biex jidħlu f'din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li b'mod partikolari għal dawk il-vjaġġi li jsiru bil-vapur Malita, f'dawk l-okkazzjonijiet meta tant ikun hemm vetturi li l-vapur jgħabbi ukoll fuq il-livell ta' fuq waqt il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex u viċi-versa it-tgħabija tal-vetturi ma tibqax issir b'tali mod li min kien l-ewwel fil-kju jispiċċa biex joħroġ minn tal-aħħar minn fuq l-istess vapur?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21199.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20911, jista' l-Minisru jagħti risposta għal dawk li huma prodotti li jikkonċernaw ikel u mediċini?
Response (CASSAR, JOSEPH)
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21163, it-tieni parti tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara l-esperjenza li kellna matul l-aħħar ftit ġimgħat pemezz tas-suq tal-bdiewa, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu maħsub li se jkompli jinfirex l-għadd ta' swieq simili madwar Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hu maħsub li swieq oħra jinfetħu fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif inhi maqsuma, skont is-sess u skont l-età rispettivament,il-lista tal-persuni li qegħdin jirreġistraw? Kif inhuma maqsuma dawn iċ-ċifri lokalità b'lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
applikazzjoni għall-faċilità ta' berthing tal-cruiseliners
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għadhiex tqis l-applikazzjoni għall-faċilità ta' berthing tal-cruiseliners, bħala waħda li għandha tibqa' tiġi pproċessata, f'dik li hi applikazzjoni barra mill-port tal-Imġarr? Liema kienu l-aħħar komunikazzjonijiet li saru mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' Transport Malta għal din l-applikazzjoni partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar korrispondenza bejn Transport Malta u l-MEPA rigward dan il-proġett hija datata Mejju li għadda. Permezz ta’ din il-korrispondenza TM ġiet informata li l-NHAC (Heritage Advisory Committee) ma jirrakkommandax din l-applikazzjoni /proposta. Dawn il-kummenti, magħmula mid-Direttorat tal-Ambjent tal-MEPA ġew mgħoddija lil case officer rispettiv. Għaldaqstant, Transport Malta ma hijiex qed tikkonsidra din l-applikazzjoni għal futur qarib.