Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — stallazzjoni ta' dwal f'pelican lights

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22231, jista' l-Ministru jara li biex ma jkunx hemm ekwivoċi għalxejn, jiġi assigurat li ż-żewġ pelican lights li hemm bla dawl f'Burmarrad, ikollhom it-tnejn li huma id-dawl neċessarju fi żmien qasir? Jista' jiġi assigurat li l-pelican lights ta' Triq il-Wileġ isirilha d-dawl ukoll?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li miż-żewġ pelican lights li hemm installati f’Burmarrad, saret applikazzjoni għal provvista tal-elettriku għall-pelican light wieħed, dak li qiegħed quddiem Scotts Supermarket. Dan ingħata d-dawl. Ma saret l-ebda applikazzjoni tad-dawl għal pelican light l-ieħor li qiegħed f’Burmarrad (quddiem Burmarrad Commercials) u fi Triq il-Wileġ. Enemalta tagħti l-elettriku la darba tiġi ssottometta applikazzjoni skond ir-regolamenti.
Leg 11 PQ #22301 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Standards Authority — reġistrar ta' lifts

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22235 jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt isirux spot checks fuq dawn il-lifts mill-Awtorità Maltija dwar l-Istandards ta' Malta? Jekk iva, min qed iwettaq dawn l-inspections? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi forma ta' kontrolli ma' dawk li jistallaw il-lifts biex jiġi assigurat li kull lift li għandna f'Malta u Għawdex jiġi reġistrat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija dwar l-Standards (MSA), permezz tal-uffiċjali tagħha fid-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq, tagħmel spot checks min żmien għal żmien kemm fuq liftijiet residenzjali (inkluż f’ kondominia) kif wkoll f’ dawk lio jinsabu f’ bini li jaqa taħt id-definizzjoni ta’ post tax-xogħol. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, minbarra aspetti tekniċi, l-imsemmija uffiżjali ta’ l-Awtorita’ jaraw wkoll jekk il-lift in kwistjoni jkunx ġie reġistrat skond il-liġi jew le.Dawk il-liftijiet li jinstabu li m’humiex reġistrati tittieħed azzjoni fuqhom skond kif stipulat fir-Regolamenti applikabli. F’dan ir-rigward issir ħafna xogħol f’ kollaborazzjoni mad-Direttorat ta’ l-Affarijiet Regolatorji ta’ l-istess Awtorita’, liema Direttorat huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-liftijiet. Min naħa tiegħu, id-Direttorat ta’ l-Affarijiet Regolatorji jorganizza diversi laqgħat direttament mall-installaturi ta’ liftijiet sabiex jiġi spjegat lilhom l-obligu bħala installaturi li jirreġistraw il-liftijiet li huma nstallaw.
Leg 11 PQ #22302 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Mosta Road - tiswija ta' bozza

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bozza (f'nofs it-triq) li hemm f'Mosta Road, fil-parti fejn Triq Isuard tiltaqa' ma' Triq Sant Aristarku, San Pawl il-Baħar, tiġi imsewwija billi ilha maqtugħa diversi ġimgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-bozza li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed terġa tixgħel normali.

Telgha tax-Xemxija — Ħsara f'tappiera

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex ħsara rrappurtata lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'tappiera fit-triq prinċipali li hemm fit-telgħa tax-Xemxija, tibqa' ma tissewwix għal diversi jiem minkejja li din qegħda fi triq prinċipali u tista' tkun ta' periklu għas-sewwieqa u l-pubbliku in ġenerali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel rapport dwar tappiera bil-ħsara f’din it-triq wasal għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma fit-28 ta’ Diċembru. It-tappiera ġiet irranġata dakinhar stess.

Pompi tal-fuel liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22099 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm hawn pompi tal-fuel (petrol stations) liċenzjati bħalissa f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pompi li minkejja li huma liċenzjati, mhux qed joperaw? Jekk iva, fejn jinsabu dawn il-pompi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — stallazzjoni ta' dwal f'pelican lights, zebra crossings u traffic lights

Question

B'referenza tal-mistoqsija parlamentari 22097, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt hemmx applikazzjonijiet għall-istallazzjoni tad-dawl fit-tieni pelican lights li hemm f'Burmarrad (li ilhom imwaħħla u li għadhom bla dawl) kif ukoll jekk hemmx applikazzjoni għad-dawl għall-pelican light li hemm imwaħħla (għadhom bla bozoz) fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illli huwa konfermat li hemm applikazzjoni għall-pelican light li hemm f’Burmarrad u din hija l-istess applikazzjoni li ġiet rapportata fir-risposta li nagħtat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 22097. Dan il-pelican light għandu jingħata servizz fi żmien qasir. Rigward il- pelican light li jinsab fi Triq il-Wileġ St Paul’s Bay, skont ir- records tal-Enemalta ma jirriżultax li saret applikazzjoni.
Leg 11 PQ #22235 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Standards Authority — reġistrar ta' lifts

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lifts li hemm reġistrati mal-Malta Standards Authority? F'liema lokalità huma stallati dawn il-lifts lokalità lokalità? Minn meta sar obbligatorju li dawn il-lifts jiġu reġistarti? Liema lifts huwa obbligatorju li jiġu reġistrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat lit-total ta’ lifts reġistrati ma’ l-MSA huwa ta’ tliet elef, disgħa mija u tnax (3,912). Minn dawn, tlett elef, sebgħa mija u sebgħin (3,770) huma nstallati f’Malta filwaqt li mija, tnejn u erbgħin (142) huma nstallati f’Għawdex. It-tqassim bejn lokalitajiet huwa muri fit-tabelli ta’ hawn taħt. MALTA: Lokalita’: Reġistrati: Lokalita’: Reġistrati: Attard 64 Mġarr 33 Baħar iċ-Ċagħaq 7 Mosta 111 Baħrija 5 Mqabba 8 Balzan 32 Mrieħel 45 Bidnija 1 Msida 160 Birgu 24 Mtarfa 12 Birguma 3 Naxxar 92 Birkirkara 206 Paceville 11 Birżebbuġa 34 Pembroke 29 Blata l-Bajda 7 Pieta 37 Bormla 31 Qawra 177 Buġibba 77 Qormi 95 Bulebel 11 Qrendi 5 Burmarrad 14 Rabat 54 Ċirkewwa 6 Raħal Ġdid 41 Dingli 9 San Giljan 256 Fgura 63 San Gwann 44 Furjana 53 San Pawl il-Baħar 181 Għajn Tuffieħa 12 San Pawl tat-Tarġa 7 Għargħur 6 Santa Luċija 8 Għaxaq 7 Santa Venera 53 Gudja 9 Siġġiewi 28 Gwardamanġa 24 Sliema 440 Gżira 96 Swatar 25 Ħal Far 7 Swieqi 46 Ħamrun 43 Ta’ Giorni 2 Ibraġ 19 Ta’ Qali 3 Iklin 5 Ta’ Xbiex 48 Isla 8 Tal-Ħandaq 3 Kalkara 6 Tarxien 33 Kappara 13 Tigne 3 Kirkop 7 Valletta 134 Lija 23 Wardija 1 Luqa 41 Xemxija 30 Madliena 13 Xgħajra 14 Manikata 7 Żabbar 46 Marsa 65 Żebbiegħ 7 Marsaskala 115 Żebbuġ 40 Marsaxlokk 17 Żejtun 31 Mdina 9 Żurrieq 35 Mellieħa 143 GĦAWDEX: Lokalita’: Reġistrati: Fontana 2 Għajnsielem 4 Għarb 2 Għasri 1 Kerċem 6 Marsalforn 31 Mġarr 6 Nadur 12 Qala 7 Rabat 41 San Lawrenz 9 Sannat 2 Xagħra 4 Xewkija 3 Xlendi 7 Żebbuġ 5 Skond l-Avviż Legali 231 ta’ l-2007 (Regolamenti ta’ l-2007 dwar Spezzjoni ta’ Liftijiet), għandu jiġi reġistrat kwalunkwe mezz li jissodisfa d-definizzjoni ta’ “lift” mogħtija f’regolament nurmu 3 ta’ l-istess Avviż Legali. F’dawn ir-regolamenti, “lift” huwa definut bħala: “mezz ta’ l-irfigħ li jservi livelli speċifiċi, li għandu karru li jimxi tul gwidi li huma riġidi u inklinati b'angolu ta' aktar minn 15-il grad fin-naħa orizzontali, intiżi għat-trasport ta': - persuni; - persuni u merkanzija; - merkanzija biss jekk il-karru huwa aċċessibbli, jiġifieri persuna tista' tidħol fih mingħajr diffikultà, u mgħammar b'kontrolli li jkunu jinsabu ġewwa l-karru jew li jistgħu jintlaħqu mill-persuna ġewwa l-karru. Il-mezzi ta' l-irfigħ li jimxu tul korsa fissa anki meta ma jimxux tul gwidi li huma riġidi għandhom jitqiesu bħala lifts li jaqgħu taħt dawn ir-regolamenti.” L-obbligu ta’ reġistrazzjoni japplika irrispettivament mid-data ta’ meta ġie nstallat il-lift. Fil-fatt, skond regolament numru 1.2(a) ta’ l-A.L. 231/2007, l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ dawk il-lifts installati mill-1 ta’ Lujlu 2002 ‘il quddiem daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008. F’dawn il-każijiet, ir-reġistrazzjoni għandha ssir minngħand min installa l-lift. L-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ dawk il-lifts installati sat-30 ta’ Ġunju 2002 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009. F’dawn il-każijiet, ir-reġistrazzjoni ssir minngħand il-persuna responsabbli tal-lift.
Leg 11 PQ #22237 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — talbiet biex jiġu mgħarrqa vapuri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex opri tal-baħar/vapuri jitnaddfu miż-żjut kollha u mbagħad jiġu mgħarrqa fil-baħar biex iservu ta' diving attraction madwar Malta u Għawdex? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet li hemm quddiem l-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin - trattament għall-iskart

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22000, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjonijiet finali quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġu identifikati s-siti msemmija fir-risposta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qawra — pelican lights

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21883 dwar pelican lights fil-Qawra fejn ingħad li għandi ngħaddi dik it-talba lill-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan ifissirx li jekk kunsill lokali partikolari ma jiddecidix dwar xi talba simili allura Transport Malta ma tivverifikax jekk tali talba hijiex ġustifikata jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'każi li jinvolvu s-sigurtà tas-sewwieqa u pedestrians u fejn jirriżulta li l-kunsill lokali għal xi raġuni jew oħra ma jkunx ressaq it-talba, Transport Malta taċċetta talbiet minn individwi u tagħmel il-proċess ta' konsultazzjoni qabel ma tittieħed deċiżjoni.
Leg 11 PQ #22101 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati Maltin — Kawżi ta' libell pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' kawżi ta' libell li huma pendenti quddiem il-Qrati Maltin u li fihom hemm bħala atturi membri parlamentari? Kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi tal-libell quddiem il-Qrati Maltin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sat-3 ta' Diċembru kien hemm 47 kawża ta' libell pendenti li fihom hemm bħala atturi Membri Parlamentari. Infurmat illi dawn il-kawżi ilhom pendenti kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-

Dipartiment tal-Agrikolatura — ġwiebi approvati lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ġwiebi li ġew approvati mid-Dipartiment tal-Agrikolatura għall-bdiewa li applikaw għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jieħdu permessi għall-bini?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22108 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aerials tat-television

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx żviluppi partikolari dwar il-ħtieġa li l-aerials tat-television li għandna madwar Malta u Għawdex, jitneħħew minn fuq il-bjut tagħna? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi skema partikolari li sservi ta' inċentivi biex dawn l-aerials jitneħħew f'kollaborazzjoni mal-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li m’hemmx żviluppi partikolari fuq dak riportat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19256.

Ħwienet tal-laħam

Question

B'referenza għat-twieġba tal-mistoqsija parlamentari 21887, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm ħwienet tal-laħam li huma reġistrati biex jagħmlu din l-attività skont id-Diviżjoni tal-Kummerċ? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ħarġu liċenzji ta' dan il-ġeneru ta' negozju matul l-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22036 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat tal-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni (residenti) li jattendu għal xi laqgħa tal-kunsill lokali għandhomx dritt li jipparteċipaw fid-diskussjoni li tkun għaddejja fost il-kunsilliera? Jistgħu dawn l-istess individwi jitolbu li jkun hemm xi forma ta' sospensjoni tal-laqgħa biex huma jkunu jistgħu jressqu ilment partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-kunsilli lokali huma regolati skont il-‘Proċeduri tal-1996 dwar Kunsilli Lokali (Laqgħat)’. Dawn il-proċeduri fost l-oħrajn jirregolaw il-mod kif għandhom ikunu trattati l-interruzzjonijiet. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt minn dawn il-proċeduri msemmija dwar dan kollu.
Leg 11 PQ #22037 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

laqgħat tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu x-xogħol tal-kunsilli lokali li hu mistenni li jiġi diskuss waqt l-item fl-aġendi tal-kunsilli lokali li jitkellmu dwar "aġġornament"?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terminu ‘aġġornament’ ifisser illi l-kunsill lokali jiddeċiedi meta se tinżamm il-laqgħa li jmiss. Din il-proċedura ddaħlet bl-emendi l-ġodda fil-Liġi dwar il-kunislli lokali.

San Pawl il-Baħar — Skola primarja - programmi għat-tagħlim

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'tip ta' programmi partikolari jiġu applikati bħala għodda għat-tagħlim f'dawk l-iskejjel statali li għandhom numru sostanzjali ta' nazzjonalitajiet ta' tfal li jattendu f'dawn l-iskejjel, bħalma hu l-każ tal-Iskola Primarja tal-Gvern f'San Pawl il-Baħar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Iskola Primarja tal-Gvern f’San Pawl il-Baħar għandha s-servizz ta’ Language Support Teacher u t-tfal barranin joħorġu mill-klassi għall-perjodu ta’ ħin u jmorru jitgħallmu l-Ingliż u l-Malti għand din l-għalliema. Dan isir bil-permess tal-ġenituri. Matul din is-sena skolastika, il- Complementary Teachers, inkluż dawk ta' din l-iskola, se jingħataw taħriġ fit-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani (TEFL), biex ikunu jistgħu jgħinu lil tfal li m'għandhomx problema ta' nuqqas ta' ħiliet bażiċi imma m'humiex esposti għall-Ingliż.

Enemalta — stallazzjoni ta' dwal f'pelican lights, zebra crossings u traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet pendenti għand il-Korporazzjoni Enemalta, liema talbiet huma ġejjin minn Transport Malta biex il-Korporazzjoni Enemalta tistalla d-dwal fuq pelican lights, zebra crossings u traffic lights? F'liema lokalitajiet jinsabu l-każijiet li għalihom hemm dawn it-talbiet pendenti? F'kull każ, kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond ir-records li għandha l-Enemalta hemm applikazzjoni waħda biss pendenti li saret minn Transport Malta. Din hija għal lokalita ta’ Burmarrad u ġiet irreġistrata fit-30 ta’ Novembru 2010.

Dawl u ilma kkunsmat mill-clubs tal-football

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' dawl u ilma kkunsmat mill-clubs tal-football madwar Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet (2009)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Pompi tal-fuel liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn pompi tal-fuel (petrol stations) liċenzjati bħalissa f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pompi li minkejja li huma liċenzjati, mhux qed joperaw? Jekk iva, fejn jinsabu dawn il-pompi?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru reponsabbli mill-Awtorità għar-riżorsi.