Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari għal dak li jikkonċerna t-twaqqif tas-swieq tal-bdiewa, f'inħawi oħra ta' Malta, wara s-suċċess li jidher li nkiseb bit-twaqqif tas-suq f'Ta' Qali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru għaddej b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u dalwaqt se jħabbar il-ftuħ ta’ suq ieħor.
Dipartiment tal-Agrikultura — Bejgħ ta' siġar tal-frott
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din is-sena hux se jkun hemm bejgħ ta' siġar tal-frott mid-Dipartiment tal-Agrikultura? Jekk iva, liema tipi ta' siġar tal-frott fil-fatt hu mistenni li jkunu qed jinbiegħu din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-Direttorat tal-Agrikoltura bħas-soltu f’Ottubru tas-sena l-oħra għamel sejħa għall-pubbliku biex jordna s-siġar tal-frott li hu maħsub li se jitqassmu matul ix-xahar ta’ Frar.
Fost dawn is-siġar hemm varjetajiet ta’ ħawħ, nuċiprisk, għajnbaqar, pruna, berquq, ċirasa, lanġas, bambinella u tuffieħ, lewż ħelu, varjetajiet ta’ tin u rummien, u ċawsli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-pajjiżi li minnhom għadu obbligatorju li meta jinġiebu annimali ħajjin, dawn jitqiegħdu fil-kwarantina? Kemm hemm annimali fil-kwarantina preżentement?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-annimali li jitqegħdu fil-kwarantina jkunu dawk li joriġinaw minn pajjiżi fejn l-istat tas-saħħa tal-annimali huwa differenti minn dak tal-istess speċi f’Malta jew inkella li ma jkollhomx id-dokumentazzjoni jew it-testijiet mitluba bir-regolament mhux ippreżentati. Tajjeb ngħidu li għal kull speċi t’annimal hemm kundizzjonijiet differenti u pajjiżi differenti nklużi dawk fl-Unjoni Ewropeja. Is-sitwazzjoni tinbidel minn ħin għal ieħor jiddependi fuq il-kundizzjoni tas-saħħa tal-annimali f’dak il-pajjiż jew jekk kemm-il darba minn ħin għal ieħor tiżviluppa xi epidemija. Bħalissa fil-faċilità hemm sebat iklieb u sitt iqtates kwarantina.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li matul dawn l-aħħar ġimgħat, kemm ilu li nfetaħ iċ-ċentru tal-annimali f'Ta' Qali, ħadu l-annimali tagħhom hemmhekk jew għall-kura, jew biex jinżammu għal perjodu qasir ta' żmien kif jippermettu l-istess kundizzjonijiet imposti minn dan il-post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bejn it-3 ta’ Ottubru 2010 u d-9 ta’ Jannar 2011 fiċ-ċentru ittieħdu 8011 annimal.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentement hemmx pjan li t-triq principali, minn ħdejn il-Knisja ta' Burmarrad sa ħdejn ir-roundabout ta' Erba' Mwieżeb (fejn tibda l-bypass ta' San Pawl il-Baħar) tinqala' u tingħata wiċċ ġdid ta' tarmac?
Jekk le, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq tiddaħħal fil-programm tax-xogħol tax-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tippjana xogħol ta' major patching fejn hemm bżonn fl-imsemmija triq.
MEPA — Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar - permessi għall-bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li meta applikaw għal permess tal-bini, fl-inħawi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar intalbu depożitu ta' garanzija għall-ħsarat li jsiru fuq il-bankina, waqt jew wara li jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni li għalih ikun ħareġ il-permess matul l-2009 u l-2010? Kemm minn dawk li nħarġilhom il-permess matul l-2009 u l-2010 fil-fatt għad baqagħlhom id-depożitu għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Banda tal-Forzi Armati ta' Malta ddoq f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru, issa li bdiet sena ġdida jara li matul din is-sena tidħol fis-seħħ talba li kont għamilt matul is-sena li għaddiet biex il-banda tal-Forzi Armati Maltin tibda ddoqq matul il-front ta' Buġibba u l-Qawra f'xi wieħed mill-weekends ta' kull xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalma kelli l-opportunità nirrispondi għall-mistoqsija parlamentari preċedenti fuq is-suġett ninsab infurmat li saru kuntatti bejn l-awtoritajiet ta’ l-Armata u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu sabiex ikunu jistgħu jittellgħu programmi mużikali f’postijiet turistiċi matul is-sajf li ġej.
Il-Lokalità ta’ San Pawl il-Baħar hija waħda fejn hu mistenni li jsiru dawn it-tip ta’ programmi.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul din is-sena l-parti tal-airshow li ssir fl-ajru, għal darb'oħra terġa' ssir fuq l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, billi m'għandix dubju li hemm tkun tista' tiġi apprezzata minn ferm iktar nies milli meta ssir fuq l-airport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19700.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Tranpsort Malta waslitx għall-konklużjoni dwar l-istudju li kienet qed tagħmel għal dak li jikkonċerna policy dwar l-istallazzjoni ta' speed cameras madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, meta hu mistenni li din il-policy tiġi mħabbra u tibda taħdem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-iSpeed Management Policy tinsab fil-fazi finali. Sussegwentament id-dokument jigi ppubblikat u mplimentat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq arterjali li għalihom diġà ħarġu t-tenders u li jinsabu fi stat ta' aġġudikazzjoni? Liema tenders huma diġà aġġudikati u li hu mistenni jinbeda x-xogħol fuqhom fil-futur qarib?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġetti ewlenin f'toroq arterjali li diġa ħargu t-tenders għalihom u li bħalissa jinsabu fi stat t'aġudikazzjoni huma:
L-underpass li minn Triq Diċembru 13 tagħti għall-Menqa fil-Marsa
It-Triq ta' Pennellu fil-Mellieħa
Il-proġetti ewlenin f'toroq arterjali, li bħalissa qegħdin fil-proċess li jiġu ffirmati il-kuntratti tax-xogħlijiet tagħhom u li hu mistenni jinbeda xogħol fuqhom fil-futur qarib huma:
Triq il- Kunsill tal-Ewropa f'Ħal-Luqa u Triq Garibaldi fil-Marsa
It-triq li mill-Menqa tagħti għas-Sea Passenger Terminal fil-Marsa
Triq il-Marfa fiċ-Ċirkewwa
Triq L-Imġarr Għawdex minn tal-Ħniena sar-Rabat Għawdex
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex xi forma ta' spettorat li jdur it-toroq biex jassigura li ma jkunx hemm ħsarat fis-sistema tal-ilma? Jekk iva, x'tip ta' spezzjonijiet jagħmlu dawk li huma responsabbli minn din is-sezzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-KSI m’għandhiex dan it-tip ta’ spettorat per se u ma tibgħatx ħaddiema jduru t-toroq biex isibu l-ħsarat. Li jiġri hu li l-korporazzjoni għandha metodoloġija ta’ leakage management li permezz tagħha l-livell tal-leakage f’kull żona ma’ Malta u Għawdex jiġi studjat kull ġimgħa. Ikun biss meta dan jogħla f’xi żoni partikulari li jintbagħtu l-leak detectors biex jindikaw il-post preċiż tal-ħsara, peress li ħafna drabi dan il-leakage ma jkunx jidher jew ma jkunx ċar mnejn qed joriġina eżatt. B’hekk, il-korporazzjoni tista’ tiffoka fuq ftit toroq fejn hemm il-problemi.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ħamrija li hemm fid-daħla ta' Buġibba, fejn hemm il-lights, fil-fatt tiġi mnaddfa kif suppost billi twaddab ammont ta' ġebel ġo fiha u ilu hemm numru ta' ġimgħat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol ta’ tindif li ppropona l-Onor. Interpellant diġà sar.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siġar taż-żebbuġ li hemm fix-Xemxija,bħala parti mill-masġar, fil-fatt jinżabru u taħthom jitnaddaf, ukoll jekk jirriżulta li din l-area tinsab mogħtija lill-Birdlife? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura jagħmlux spezzjonijiet partikolari fuq dan il-masġar, biex jiġi assigurat li jkun miżmum nadif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-area ma taqax taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi madankollu s-suġġeriment tal-Onor Interpellant qiegħed jiġi nnutat u d-dipartiment kkonċernat se jiġi mgħarraf.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex id-dawl fit-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, qrib l-għassa tal-Pulizija, kien maqtugħ għal diversi ġimgħat u minkejja li kien irrappurtat, baqa' ma ġiex imsewwi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn investigazzjoni li saret instab li kien hemm linja maqtugħa u din kienet tissuplixxi żewġ bozoz. It-tiswijiet meħtieġa saru u ż-żewġ bozoz inxtgħelu. L-Enemalta m’għandhiex
record
li dan il-
fault
ġie irrappurtat.
Korporazzjoni Enemalta — Sistema ta' spettorat biex tiċċekkja d-dawl
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Korporazzjoni Enemalta għandhiex xi sistema ta' spettorat biex tiċċekkja fejn ikun hemm dawl elettriku li jkun maqtugħ, u allura mbagħad tieħu l-passi neċessarji biex jew l-Enemalta nnifisha jew il-kunsill lokali (skond kif ikun il-każ) jieħdu ħsieb biex issir it-tiswija neċessarja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant l-Enemalta m’għandhiex spettorat għad-dwal tat-toroq iżda tirċievi rapporti minn żmien għal żmien mingħand Transport Malta għal toroq arterjali u mingħand il-kunsilli lokali għal toroq distributorji u sekondarji kif ukoll rapporti mingħand il-Pulizija jew direttament mill-pubbliku lill-customer care. Mill-banda l-oħra l-Enemalta għandha sezzjoni li hija dedikata għat-tiswijiet tal-bozoz.
San Pawl il-Baħar — Xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Billi f'diversi nħawi ta' San Pawl il-Baħar, fejn sar xi xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fejn il-bankina hi magħmula minn ċangatura (red blocks) dawn l-istess bankini ma ġew irranġati kif suppost, bil-konsegwenza li f'xi nħawi l-istess bankini saru perikolużi, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex min wettaq dan ix-xogħol jirranġah? Jekk le, jistgħu jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-kunsill lokali jingħata fondi biex ikun jista' jirranġa dawn il-bankini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qiegħda tiddiskuti mal-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar biex jiġu identifikati dawn il-xogħlijiet ħalli tara x’hemm bżonn isir dwarhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' dawl u ilma kkunsmat mill-clubs tal-football madwar Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet (2009)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ dawl u ilma kkunsmat minn 71-il clubs tal-football madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2009, li huma rreġistrati fis-sistema tagħna, kien hekk kif jsegwi hawn:
Ilma (litres) 12,190
Dawl (units) 1,971,664
Billi fl-inħawi ta' Kennedy Drive bejn id-daħla tal-Qawra u d-daħla ta' Buġibba (ħdejn it-traffic lights) hemm arblu li hu perikoluż minħabba li ntlaqat f'ħabta, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-arblu jinbidel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm l’arblu msemmi mhux f’qagħda perikoluża qiegħda titieħed azzjoni biex dan jinbidel.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22231, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex għat-tieni pelican light ta' Burmarrad kif ukoll għal pelican light ta' Triq il-Wileġ fil-fatt isiru biex ikunu jistgħu jibdew jiffunzjonaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn il-pelican lights għandhom jinxtegħlu fil-ġimgħat li ġejjin.