Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li mhumiex Maltin, iżda li joqogħdu f'Malta? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni li qed joqogħdu Malta, pajjiż pajjiż? X'tip ta' kontroll isir fuq dawk li huma barranin u joqogħdu hawnhekk?
Response (BORG, TONIO)
Permess ta' residenza tingħata lil dawk il-barranin li huma legalment residenti f'pajjiżna. Dawn jinkludu, fost oħrajn:
(a) barranin miżżewġin ċittadini Maltin u li għandhom "exempt" status; dawn jammontaw għal: 1276;
(b) persuni li jaqgħu taħt l-Iskema ta' Residenti Permanenti kif approvati mill-Ministeru tal-Finanzi; dawn jammontaw għal: 718;
(c) persuni li jinħarġilhom permess tax-xogħol mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ: 1422;
(d) ċittadini ta' l-Unjoni Ewropeja u familjari tagħhom li skond il-liġi Ewropeja għandhom dritt li joqogħdu Malta;
(e) familjari ta' persuni hawn fuq elenkati: 416;
(f) persuni li qed jistennew deċiżjoni dwar residence permit: 1036.
Dawn il-persuni, uħud joqogħdu Malta u oħrajn le, iżda kollha għandhom dritt li jirrisjedu f'pajjiżna sakemm il-permess ta' residenza tibqa valida.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabella A li turi n-numru u n-nazzjonalita' tal-persuni ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom permes ta' residenza, li turi wkoll l-iskop għalfejn ħareġ il-permess, kif ukoll Tabella B li turi dawk il-persuni li huma ċittadini tal-Ewropa u l-membri tal-familji tagħhom, li qed jgħixu Malta u li huma rreġistrati mad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li Tabella A ma tinkludix dawk il-persuni li jgawdu minn Protezzjoni Internazzjonali jew li applikaw għall-ażil jew li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet miċħuda - f'dan ir-rigward nitolbu li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qabel jinħarġu d-dokumenti meħtieġa lill-persuni hawn fuq imsemmija, isiru l-verifiki meħtieġa kollha u, jekk wara jinstab li nkisru xi kundizzjonijiet marbuta mar-residenza, jittieħdu l-passi meħtieġa
Single mothers u single fathers — children's allowances
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm huma l-persuni li huma kkonsidrati bħala single mothers/single fathers, meta dawn ikunu intitolati li jirċievu ċ-children's allowances? Kif inhuma maqsuma lokal lokal f'Malta u f'Għawdex rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ħadet Transport Malta dwar il-materija msemmija fil-mistoqsijiet parlamentari 23188 u 23189 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-ġranet li għaddew ittieħdu l-passi neċessarji u nxtelet il-pelican light u ġew irranġati r-railings.
Salina u r-roundabout tal-Iklin/Naxxar — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda fiżikament, fuq il-post, ix-xogħol indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23117?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi għad m'hemmx data maqbula mal-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta ssegwix dak li jkun qed jiġi miktub fil-ġurnali lokali b'mod partikulari f'dawk li huma ittri fl-istess ġurnali? Billi riċentement kien hemm ittra li tinsinwa li l-Korporazzjoni Enemalta mhux qed tagħmel xogħol f'San Pawl il-Baħar, minħabba ħlasijiet pendenti, iżda f'risposta oħra ingħad li dan mhux minnu, jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta twieġeb għal din l-ittra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni ssegwi mill-viċin dak li jkun qed jiġi miktub fil-ġurnali lokali, inkluz ittri fl-istess ġurnali. F-ċerti kazi jintbagħtu risposti għal dawn l-ittri ukoll. F’dan il-kaz partikolari ma ntbagħtitx risposta għaliha minħabba li l-kaz ġie investigat u l-bozza ġiet mibdula. Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal PQ 22963.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol se jkun qed jitkompla matul ix-xhur li ġejjin, fil-proġett li hu marbut mal-wied li minn Għajn Rihana jasal sas-Salina? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan ix-xogħol jinkludix xi xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ? Jekk iva, fejn se jinbnew dawn il-ħitan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fix-xhur li ġejjin x-xogħol li hu pjanat li jsir fl-area ta’ Burmarrad/Salini għandu x’jaqsam mat-tindif ta’ parti minn Wied il-Għasel minn ċamura u l-iskavar u bini ta’ reċinzjonijiet għall-ilma tax-xita. Dan il-proġett hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Billi numru ta' studenti fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar ma jibdewx l-iskola fil-bidu tas-sena, imma jibdew jattendu din l-iskola matul is-sena, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-ġenituri tat-tfal li joqogħdu 'l bogħod mill-iskola u li allura għandhom it-trasport provdut mill-Gvern, ikunux infurmati b'tali trasport b'xejn għal dawn il-postijiet li qegħdin 'il bogħod mill-iskola, meta jdaħħlu lil uliedhom l-ewwel darba? Kemm hu n-numru ta' privates li jġorru t-tfal minn u lejn l-iskola u x'rotta għandhom f'kull każ? Kemm hu n-numru ta' tfal li jinġarru permezz ta' dan il-mezz ta' trasport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull ġenitur ta’ student/a li jibda/tibda tattendi fi skola tal-istat jingħata informazzjoni immedjata dwar x’servizzi li jiġu pprovduti. Hija l-għażla tal-ġenituri jekk jagħmlux użu minn dan is-servizz tat-trasport b’xejn.
In-numru ta’
privates
użati għall-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar hu ta’ 6 (sitta) u n-numru ta’ vannijiet hu ta’ 4 (erbgħa).
Ir-rotot huma: Qawra
Qawra Church
Two Stages
Turisti
Housing Estate
Burmarrad
Xemxija (Mistra Village)
Pwales (Wardija Hill)
Xemxjia (Mistra Village, Xemxija Church, K. Vitale Street)
Veċċa (Gnien Olimpiku, Veċċa, Manikata)
In-numru ta’ tfal li jagħmlu użu minn dawn r-rotot hu ta’ 370.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex numru ta' bozoz fi Triq Għajn Rażul, San Pawl il-Baħar, ikunu maqtugħa? Meta kien hemm l-aħħar rapport ta' bozoz hekk maqtugħa u x'passi ttieħdu biex jiġu rranġati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istreet lighting li saret referenza għalih ġie rrapurtat fis-27 ta’ Jannar 2011. Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kien hemm linja maqtugħa. Il-manutenzjoni meħtieġa saret fil-31 ta’ Jannar 2011.
San Pawl il-Baħar -Triq il-Villeġġjaturi, u fi Triq il-Konverzjoni — ilma ħiereġ fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinvestiga x'inhi r-raġuni li għaliha qed ikun hemm ammont kostanti ta' ilma li joħroġ fi Triq il-Villeġġjaturi u fi Triq il-Konverzjoni, San Pawl il-Baħar?
Jista' jiġi stabilit jekk dan l-ilma hux ilma tal-vit, tax-xita jew tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ilma ħiereġ mill-imsemijin toroq mhuwiex ilma tax-xorb minn Network tal-Water Services Corporation. Dan l-ilma kien qed jiġi ppumpjat minn kumpless privat.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Konverzjoni u Triq il-Villeġġjatura - ilma ħiereġ fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li jsiru t-testijiet neċessarji biex jiġi stabilit jekk l-ilma li qed joħroġ, f'San Pawl il-Baħar fi Triq il-Konverzjoni u Triq il-Villeġġjatura li imbagħad jibqa' nieżel fi Triq Toni Bajjada għall-bahar hux ilma nadif inkella ilma maħmuġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu spezzjoni rigward il-ħruġ ta’ ilma fit-toroq indikati. Għalkemm l-ilment ġie kkonfermat madankollu kampjuni ta’ dan l-ilma ma setgħux jittieħdu minħabba x-xita u dan peress li jista’ jkun hemm xi diverġenzi fir-riżultat. Madankollu hekk kif ikun possibbli se jittieħdu l-kampjuni neċessarji sabiex jiġi stabbilit is-sors u l-kwalità ta’ dan l-ilma.
San Pawl il-Baħar — tkomplija ta' proġett ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tal-proġett li sar bejn iż-żewġ toroq ta' ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu, San Pawl il-Baħar, jitkompla billi dik il-parti tal-proġett li taqbad minn ħdejn il-breakwater ta' Bugibba, in-naħa ta' fuq tat-triq, tiġi provduta bid-dwal li kienu maħsuba li jitwaħħlu, iżda għadhom ma ġewx stallati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet imsemmija m’humiex responsabbiltà tal-Enemalta.
Billi spiss qed jiġri li applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini ma jkunux intbagħtu quddiem l-uffiċjali responsabbli mis-sanità tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u dan għaliex ikunu rakkmandati għal rifjut, imbagħad meta dak li jkun jitla' quddiem il-bordijiet responsabbli mill-approvazzjoni jew le tal-permess ikollhom bżonn clearance tas-sanità, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi necessarji biex kull applikazzjoni tintbagħat quddiem l-uffiċjali responsabbli mis-sanita, għaliex altrimenti minħabba s-sistema ta' deferral wieħed, ta' ħames t'ijiem biss (inkluzi s-Sibtijet, Ħdud u festi pubblici) il-periti mhux qed ikollhom ċans li jagħmlu x-xogħol li jkun mitlub minnhom fil-ħin, bil-konsegwenza li l-applikazzjoni partikulari tigi rifjutata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà ttieħdu l-passi neċessarji biex l-applikazzjonijiet jintbagħtu lill-uffiċjal tas-sanità qabel ma jiġu referuti għad-deċiżjoni.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22871 fejn intqal li kien hemm 359 każ li ġie deċiz li minnhom 267 inqatgħu favur il-konsumatur, 92 favur il-kummerċjant u li hemm 243 każijiet pendenti, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt id-diviżjoni tkomplix issegwi dak li jiġri minn dawn il-każijiet wara li jinqatgħu, biex jigi aċċertat li s-sentenzi jiġu esegwiti? Kien hemm każijiet fejn id-divizjoni ħasset il-bżonn li tieħu passi ulterjuri kontra l-kummerċjanti li nstabu ħatja, iżda ma esegwewx is-sentenza kontrihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-dipartiment jibqa’ isegwi l-kazijiet billi wara l-għoxrin ġurnata fejn wieħed jista' japella mid-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tintbagħat l-ewwel ittra flimkien ma’ kopja tas-sentenza sabiex tfakkar il-kummerċjant li jrid isegwi s-sentenza. Jekk wara xahar minn din l-ittra l-kummerċjant ikun għadu ma ħallasx lill-konsumatur tintbaghat it-tieni ittra. Kif jagħlqu t-tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal u l-kummerċjant ikun għadu ma ħallasx, jinbdew il-proċeduri legali kontrih skont l-Artiklu 25A ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Bejn Jannar u Diċembru, 2010 kien hemm 58 kummerċjant li ma onorawx is-sentenza tat-tribunal. Minn dan in-numru, 30 ġew onorati meta tressqu il-qorti; 5 weħlu multa u 23 każ għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta biex din tiddiskuti ma' Transport Malta biex kemm jista' jkun malajr jitwaħħlu l-arbli tad-dawl, u jinxtegħlu l-bozoz li huma bżonnjużi biex it-triq li mis-Salina twassal sar-roundabout tal-Iklin tkun tista' tinxtegħel biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Enemalta tagħti servizz lil kull applikazzjoni tad-dawl li tirċievi minn għand Transport Malta, sakemm dawn l-applikazzjonijiet ikunu skont ir-regoli tal-Electricity Supply Regulations.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Transport Malta biex flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta jsibu soluzzjoni għan-nuqqas ta' dawl li hemm bejn is-Salina u r-roundabout tal-Iklin/Naxxar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet żewġ tenders sabiex isiru tabelli u sinjali fl-insemmija triq li jkunu addattati għal meta triq ma tkunx imdawwla. Dan qed jitqies bħala pilot project. Għat-tender tat-tabelli diġà ntgħażel il-kuntrattur filwaqt li tas-sinjali qiegħed fl-aħħar stadju tal-aġġudikazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif ġie deċiż li meta applikazzjoni titla' quddiem il-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li japprovaw jew le l-applikazzjoni għall-permessi tal-bini, u għal xi raġuni din l-applikazzjoni tiġi deferred fil-fatt id-differiment isir għall-ħamest ijiem, li jinkludu ukoll is-Sibt, il-Ħadd u l-festi pubbliċi? Billi spiss ikun hemm xi forma ta' konsultazzjoni mal-istess Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, x'se jibda jiġri meta l-persuni li magħhom ikunu iridu jsiru konsultazzjonijiet, ikunu bil-leave, morda, imsiefra jew ukoll f'każijiet fejn jkunu qed jattendu xi kors jew konferenza, kultant ukoll barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perjodu tad-diferiment huwa bħalissa ta' ħmistax-il ġurnata u mhux ta' ħamest ijiem. Għaldaqstant, minbarra li l-applikant u l-perit jirċievu direzzjoni ċara mill-EPC waqt is-seduta, li għaliha jkunu preżenti, ikollhom ukoll ħin għad-dispożizzjoni biex jikkomunikaw ma’ l-uffiċjali tal-awtorità. Il-ħamest ijiem li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma parti minn dawn il-ħmistax-il ġurnata; f'dawn il-ħamest ijiem il-Perit huwa mistenni li jemenda l-pjanti kif mitlub mill-EPC.
Billi issa ġie deċiż li s-Sibt, il-Ħadd u l-festi pubbliċi jgħoddu għal skop ta' perjodu ta' żmien (ħamest ijiem) ta' differiment, jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jiġi assigurat li l-uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jkunu jistgħu jiġu kuntattjati ukoll f'dawn il-jiem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23180
Jista l-Ministru jieħu l-passi necessarji biex il-pelican lights li hemm f'nofs it-Telgha tas-Xemxija terga' tinxtegħel billi din għandha d-dawl tagħha li ilu maqtugħ numru ta' ġranet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.
Billi fil-weekend li għadda kien hemm inċident tat-traffiku fil-kantuniera ta' Triq il-Pwales mat-telgħa tax-Xemxija, li fih tkisser railing protettiv għal dawk li jkunu qed jimxu fuq il-bankina, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz ta' Transport Malta biex dan ir-railing jiġi rranġat?
Jista' fl-istess ħin dan ir-railing eżistenti jinbidel għal crash barrier, billi spiss ikun hemm inċidenti fl-istess post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Xemxija — informazzjoni rigward min jieħu ħsieb is-siġar taż-żebbuġ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 22637, peress li fit-tweġiba li ngħatat qed jingħad li l-materja taqa' taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jagħti tagħrif dwar x'kundizzjonijiet hemm imposti fuq il-Bird Life dwar l-amministrazzjoni ta' dan il-post? X'tip ta' spezzjonijiet isiru biex jiġi assigurat li dawn il-kundizzjonijiet jiġu onorati?