San Pawl il-Baħar — problema ta' ilma li ħiereġ fit-triq
Question
Jista' l-Ministru permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinvestiga x'inhu s-sors tal-ilma li qed joħroġ b'mod regolari fil-kantuniera ta' Triq Damasku ma' Triq Ġulju San Pawl il-Baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-passat, dawn l-inħawi diġa ġew investigati u nstab li dan kien ilma tax-xita. Ħaddiema tal-Korporazzjoni reġgħu marru fuq il-post u ma kien hemm ebda ilma ħiereġ. Għalhekk ma setgħax jittieħed kampjun ieħor.
San Pawl il-Baħar — tkomplija ta' proġett ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23330 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tal-proġett li sar bejn iż-żewġ toroq ta' ħdejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu, San Pawl il-Baħar, jitkompla billi dik il-parti tal-proġett li taqbad minn ħdejn il-breakwater ta' Bugibba, in-naħa ta' fuq tat-triq, tiġi provduta bid-dwal li kienu maħsuba li jitwaħħlu, iżda għadhom ma ġewx stallati? Billi din il-parti ta' San Pawl il-Baħar fadlilha x-xogħol relattivament żgħir biex tkun kompluta jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol jitkompla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħa ninvestiga dan jistax jiġi inkluż fil-programm ta’ xogħolijiet
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23232, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar b'liema mod jaslu l-iskola u jitwasslu lura t-tfal l-oħra (id-differenza bejn 370 li jużaw it-trasport u l-madwar 800 student/studenta) li jattendu din l-iskola primarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal li ma jużawx it-trasport tal-gvern jitwasslu l-iskola u jittieħdu lura d-dar mill-ġenituri. Xi tfal oħra jużaw trasport privat li minnhom hemm sitt vannijiet li iwasslu, 84 tifel u tifla.
karozzi użati Mlata imma rreġistrati barra mill-pajjiż
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontroll għandha Trasport Malta għal dawk li huma vetturi reġistrati barra minn Malta, li iżda qed jintużaw hawn Malta minn persuni mhux Maltin?
Vetturi reġistrati barra minn Malta — kontroll fuq ksur ta' regoli tat-traffiku
Question
Billi qed jirriżulta li vetturi reġistrati barra minn Malta, meta jidħlu f'Malta jispiċċaw ma jistgħux jiġu kontrollati għal xi ksur ta' regoli tat-traffiku, peress li dawn mhumiex fid-database ta' Trasport Malta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'jiġri meta tali vetturi jiksru r-regoli tat-traffiku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi f’każijiet serji fejn tkun involuta vettura irreġistrata barra minn Malta, ix-xufier dejjem jista’ jitressaq quddiem il-Qorti b’urġenza. Dan jiddependi minn natura ta’ l-inċident. Dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku, jidher li din hija problema mal-Ewropa kollha, tant li qiegħed jiġi ikkunsidrat mill-Kummissjoni Ewropeja sabiex ikun hemm proċedura bejn il-pajjiżi membri fejn jikkomunikaw flimkien sabiex jinġabar l-ammont dovut minn dak il-pajjiż fejn ikun joqgħod l-individwu li jkun għamel il-kontravenzjomi f’pajjiżi tal-Unjoni Eworpeja.
Billi skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22370, ma kienx hemm dħul ta' persuni rregolari f'pajjiżna, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri jittieħdu mill-Pulizija biex jiġi assigurat li persuni li jidħlu Malta b'mod illegali imbagħad iħallu Malta kif suppost?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi persuni li jinsabu li jkunu Malta b’mod illegali, jiġu miżmuma skont il-provvedimenti tal-Att dwar l-Immigrazzjoni sakemm isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex dawn jiġu ripatrijati. F’kazijiet fejn ir-ripatrijazzjoni ma tkunx possibli, bħal f’każijiet fejn immigrant jikkwalifika għal status ta' refuġjat jew status ieħor li jagħtih protezzjoni, dawn jinħarġilhom ċertifikat tal-immigrazzjoni li ma jkunx validu għas-safar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23389, u b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-allegazzjoni dwar ħlasijiet dovuti, jista' l-Ministru jara għaliex il-Korporazzjoni ma tagħtix każ l-allegazzjoni f'din l-ittra partikulari li kienet serja biżżejjed biex tirrikjedi risposta uffiċjali li tiddikjara b'mod ċar li l-allegazzjoni kienet għal kollox infondata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — Għajnuna lil-lukanti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa (fil-konfini tal-kunsilli lokali rispettivi) li talbu u ngħataw għajnuna skont l-iskemi mħabbra mill-gvern, biex jgħinu lis-settur turistiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmay li taħt l-ewwel sejħa l-amministraturi ta’ l-iskema ffinanzjaw 5 applikazzjonijiet, waqt li taħt it-tieni sejħa l-iskema ffinanzjat 5 applikazzjonijiet minn lukandi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema parti mill-proġett tal-għargħar fir-raba ta' Burmarrad hi mistennija titkompla din is-sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħol li se jsir f'dan il-wied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li għal din is-sena m'hemmx ippjanat xogħol fiż-żona li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Billi l-masġar tas-siġar taż-żebbuġ li hemm ix-Xemxija li ilu mgħoddi għand il-Birdlife biex jieħdu ħsiebu qed ikun sors ta' ilment minn diversi nies, minħabba li taħt l-istess siġar jikber ħafna ħaxix li jitħalla jikber bla kontroll, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-Birdlife biex tieħu ħsieb dawn l-inħawi b'mod aħjar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ftehim ta' ġestjoni jistipula li l-masġar taż-żebbuġ ikun mgħoddi lill-BirdLife Malta bħala parti mir-riżerva natura. Madankollu parti biss ta' dan hija attwalment magħluqa.
Importanti li wieħed iżomm quddiem għajnejh li din hija RIŻERVA NATURALI. Ħaxix f’riserva naturali mhux maqtugħ u s-siġar mhumiex miżbura kif isir fi ġnien pubbliku. Il-ħxejjex għoljin huma sors ta' ikel għall-agħsafar, filwaqt li jservi wkoll ta’ żoni mportanti fejn ibejtu ċerti speċi ta’ Buful ta’ l-Għollieq (Warblers). Jekk
BirdLife
Malta kellha tnaqqas l-ħaxix b'dan it-tali mod, tkun qegħda tbagħbas mall-karattru eżistenti tal-post, filwaqt li tesponi l-masġar taż-żebbuġ għall-pikniks u dan bħala riżultat iżid it-tfixkil.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li qed isir biex il-bankijiet tal-ġebel li hemm fi triq prinċipali li mix-Xemxija twassal sa Għajn Tuffieħa qed jinbidlu ftit ftit?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l--imsemmi xogħol sejjer jikompla minn nhar it-Tlieta li gej 15 ta’ Frar u huwa ppjanat li jitlesta sa l-aħħar ta’ Mejju li ġej.
Sejjer isir sforz biex dan ix-xogħol jitlesta mill-aktar fis possibli, iżda għad hemm ħafna bankijiet li jridu jsiru mill-ġdid.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' informazzjoni tinġabar u tinżamm meta vetturi reġistrati barra minn Malta jidħlu f'pajjiżna? Kif jiġi assigurat li dawn il-vetturi jħallu Malta meta suppost jagħmlu dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma żżomm l’ebda tagħrif dwar vetturi li jkunu reġistrati barra minn Malta meta dawn jidħlu f’pajjiżna. Madanakollu, l-uffiċjali ta’ l-infurzar fi ħdan Transport Malta jagħmlu spot checks fuq dawn il-vetturi; jittieħdu id-dettalji tal-vettura u s-sewwieq; kif ukoll tagħrif dwar meta dawn il-vetturi jkunu daħlu Malta sabiex jiġi assigurat li dawn ma jdumux aktar miż-żmien stipulat.
Barra minn hekk, jekk vettura ma tiġix irreġistrata sa ħmistax il-ġurnata mill-wasla tagħha f’Malta hekk kif stipulat fil-liġi, allura s-sid ikun obbligat li jħallas penali ta’ Eur30 kulljum.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk persuni li joqogħdu f'post bil-kera li iżda m'għandhomx il-ktieb tal-kera, jistgħux jibbenefikaw minn skemi t'għajnuna għall-kera (sussidju tal-kera) li għandha l-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika mil-iskema tas-sussidju tal-kera, l-Awtorita’ tad-Djar titlob xi evidenza li turi li l-kera qed tiġi mħallsa. Jekk l-applikant ma jkollux ktieb tal-kera, kopja ta’
cheque/bank statement/money order
indirizzati lis-sid jew xi evidenza oħra, l-applikazzjoni ma tkunx tista’ tigi pproċessata. L-Awtorità tad-Djar titlob ukoll jekk l-applikant jkollux kuntratt tal-kera li jkun ġie ffirmat mis-sid mal-applikant.
kawżi dwar żgumbrament minn abitazzjonijiet mikrija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' kawżi għal żgumbrament minn abitazzjonijiet mikrija matul l-2010? Kemm sentenzi nqagħtu fil-Qrati Maltin matul l-istess perjodu u f'dawk il-każijiet li nqagħtu favur is-sid, kif qed jiġi assigurat li l-iżgumbrament isir?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2010 ġew introdotti 149 kawża ta’ żgumbrament li minnhom 57 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) u 92 quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera. Dawn il-kawżi ta’ żgumbrament jirrigwardjaw kemm żgumbramenti minn abitazzjoni mikrija u kemm minn postjiet oħra inġenerali. Infurmat ukoll illi ma tinzamm l-ebda statistika li tirrigwarda biss fondi ta’ abitazjoni mikrija u lanqas ta’ kemm jiġu deċiżi kawzi ta’ żgumbramenti. Meta jkun hemm kawza ta’ żgumbrament isir mandat ta’ żgumbrament skont il-ligi u tali żgumbrament jiġi ezegwit mill-marixxall immedjatament salv in-notifika li tkun trid issir skont il-liġi. Matul is-sena 2010 ġew ippreżentati 64 mandat ta’ żgumbrament.
Fil-każ tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), ninsab infurmat illi matul l-2010 ġew preżentati 16-il kawża għall-żgumbrament li minnhom 11 dehru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati(Għawdex), Superjuri u 5 quddiem il-Bord li jirrregola l-kera abitazzjonijiet mikrija. Dawn il-kawżi ta’ żgumbrament jirrigwardaw kemm abitazzjonijiet kif ukoll postijiet oħra in ġenerali. Infurmat ukoll illi ma tinżamm ebda statistika dwar x’tip ta’ immobbli jkun u lanqas statistika ta’ kemm jiġu deċiżi kawżi ta’ żgumbrament. Matul l-istess perijodu ġew preżentati wkoll 4 mandati ta’ żgumbrament li wieħed minnhom ġie miċħud u ieħor ġie sospiż.
.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' squatters li ġew żgumbrati minn residenzi tal-gvern matul l-2009 u l-2010? Fejn jinsabu, lokal lokal, il-propretajiet li minnhom ġew żgumbrati dawn l-isquatters?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2009 saru żgrumbramenti ta’
sqatters
minn 10 postijiet tal-gvern waqt li fl-2010 in-numru kien ta’ 10 residenzi.
Wied li jwassal minn Għajn Rihana sas-Salina — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol hu mistenni li jsir fil-wied li minn Għajn Rihana jwassal sas-Salina, kif ukoll fil-parti tal-istess wied li twassal sat-triq li tgħaqqad Tarġa Gap mal-Bidnija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ser isir xogħol ta’ tindif fl-inħawi msemmijja matul is-sajf li ġej.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li qegħdin fuq probation u li jridu jirrapportaw fl-għassa tal-lokal fejn joqogħdu? B'liema frekwenza jridu jirrapportaw fl-għassa? Kif inhuma maqsuma lokal, lokal dawk li qegħdin fuq probation?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 484 persuna taħt probation. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna taħt probation ma tirrekjedix li tirrapporta l-għassa. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' persuni li ġew irreferuti l-Uffiċċju tal-Probation matul l-2010 li kien jammonta għal 418.
Persuni taħt it-18-il sena li jinsabu taħt probation
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena li jinsabu taħt probation? Minn liema lokalitajiet (individwalment) huma dawk li qegħdin hekk taħt probation?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 66 persuna taħt it-18-il sena taħt probation . Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' lokalitajiet tagħhom.
Trasport Malta — xogħlijiet fit-triq li minn Burmarrad tieħu għal t'Alla u Ommu
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb li t-triq li minn Burmarrad tieħu għal t'Alla u Ommu, tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak, jew isir xi xogħol ieħor fl-istess triq, billi minnha jgħaddu ammont sostanzjali ta' trakkijiet u vetturi oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Minkejja illi t-triq imsemmija mhix responsabbiltà ta' Transport Malta imma tal-kunsill lokali, ninsab infurmat li dan ix-xogħol se jiġi evalwat u kunsidrat fil-futur fil-kuntest tal-programm ta' Transport Malta fejn jidħol - jekk ikun hemm il-fondi - biex jagħmel xogħol minflok il-kunsill lokali.
Spezzjonijiet fuq persuni barranin li joqogħdu Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Pulizija tagħmilx spezzjonijiet partikulari biex tassigura li l-barranin li joqogħdu Malta jkollhom kollox in regola? Hemm xi permessi speċjali li persuna barranija trid tapplika għalihom jekk trid toqgħod hawn Malta? Jekk iva, x'inhuma dawn il-permessi meħtieġa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għall-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jistgħu jkunu Malta wara li jkun skadietilhom il-visa. Fil-fatt, infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien hemm 196 persuna li nstabu li kienu Malta irregolarment .
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi barranin li jkunu jridu joqogħdu Malta huma meħtieġa li japplikaw għall-permess, liema permessi jinħarġu mid-Dipatiment tas-Citizenship and Expatriates Affairs, fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.