Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' communications antennae li għandha registrati magħha l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni
u jagħti wkoll tagħrif dwar jekk dawn l-
antennae
hux qed jintużaw għat-telefonija nkella għat-televiżjoni? Fejn jinsabu (raħal, raħal) dawn l-istess
antennae
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ stallazzjonijiet t’antenni tat-telekomunikazzjoni fil-gżejjer Maltin, li huma wżati għat-telefonija mobbli jew għat-televiżjoni, jammonta għal 1,071.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji ta’ fejn jinsabu dawn l-istallazzjonijiet (raħal, raħal) u għalxiex qegħdin jintużaw.
talbiet għall-ftuħ ta' take aways, snack bars u restaurants
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kordinazzjoni ssir bejn l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, id-Dipartiment responsabbli mis-Sanità, il-Pulizija, id-Diviżjoni tal-Kummerċ u l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta jiġu kkunsidrati talbiet għall-ftuħ ta' take aways, snack bars jew restaurants?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li qabel tinħareġ liċenza għal take away, snack bar, jew restaurant iridu jiġu sottomessi dokumenti fl-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni tal-Liċenzji tal-Awtorita’ tat-Turiżmu. Dawn huma:
(i) Ċertifikat ta’
Tourism Compliance
:
Hekk kif issir it-talba lill-Awtorita’ din toħroġ ċertifikat ta’
Tourism Compliance
li jfisser li l-Awtorità taqbel fil-prinċipju ma’ l-iżvilupp mitlub. B’dan iċ-ċertifikat l-applikant ikun jista’ japplika mal-MEPA sabiex din tikkunsidra l-użu mitlub.
(ii) Jekk l-MEPA tapprova l-iżvilupp, il-permess approvat għandu jiġi sottomess lill-Awtorità tat-Turiżmu mill-applikant.
(iii) Bl-istess ċertifikat ta’
Tourism Compliance
, l-applikant jitlob l-Awtorita’ tas-Saħħa sabiex din toħroġ ittra ta’ approvazzjoni li l-istabbiliment huwa idoneju għall-iskop mitlub u
(iv) jitlob ukoll l-Awtorita’ għar-Riżorsi ta’ Malta sabiex toħroġ ċertifikat li l-istabbiliment hu attrezzat b’apparat li jsaffi d-drenaġġ minn xaħmijiet u żjut.
(v) l-applikant jissottometti wkoll ċertifikat riċenti ta’ kondotta maħruġa mill-Pulizija.
(vi) l-istabbiliment jiġi spezzjonat minn uffiċċjali ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu sabiex jiġi aċċertat li jikkontempra mar-regolamenti u
standards
ta’ l-istess Awtorita’.
Meta jiġu sottomessi dawn id-dokumenti u ssir l-ispezzjoni ta’-Awtorita jinħareġ il-permess neċessarju.
L-MTA tikkordina wkoll mad-Diviżjoni tal-Kummerċ meta ssir talba għall-estensjoni tal-ħin tal-operat ta’ l-istabbiliment peress li tikkonferma mad-Diviżjoni tal-Kummerċ li l-liċenzji tal-istabiliment ikkonċernat huma mħallsa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vetturi li ġew garaged matul l-2010? Kemm kien in-numru ta' vetturi li ġew scrapped matul l-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi li ġew skrappjati matul is-sena 2010 kien ta’ 4478 vettura, filwaqt li l-ammont ta’ vetturi li ġew garaxxjati matul l-istess sena kien ta’ 9445 vettura.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sodod liċenzjati mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, rispettivament, fil-lukandi ta' dawn l-inħawi skont il-kategoriji tagħhom?
Kemm minn dawn is-sodod ma kenux jistgħu jintużaw matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru, u Diċembru, 2010 u f'Jannar/ Frar 2011, minħabba li l-lukandi partikulari kienu magħluqa?
Vetturi miġbura għax ma kellhomx liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li nġabru mill-pulizija matul l-2010 mit-toroq għaliex ma kellhomx licenzja tas-sewqan li kienet imġedda?
Minn liema lokalitajiet inġabru dawn il-vetturi? Normalment, x'jiġri mill-vetturi li jkunu nġabru b'dan il-mod?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi meta vettura ma jkollhiex il-liżenzja mġedda, l-Pulizija toħroġ ċitazzjoni lis-sewwieq u mhux tiġbor il-vettura.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li wara li ġew akkużati quddiem il-qrati Maltin, jinsabu taħt libertà proviżorja jistennew li l-każ tagħhom ikompli jinstema'? Minn liema lokalitajiet huma l-persuni li jinsabu taħt tali libertà proviżorja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi tali statistika tinżamm għal rigward persuni li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24055.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi partikolari għal dak li jikkonċerna n-numru ta' cruise liners li huma reġistrati ma' Transport Malta, fis-sens li kien hemm żidiet sostanzjali fin-numru u tunnellaġġ ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ vapuri tal-passiġġieri reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili żdied sostanzjalment. Sa l-aħħar tas-sena li għaddiet kien hemm tmienja u tmenin (88) vapur tal-passiġġieri reġistrati għal-tunnellaġġ gross ta’ ftit anqas minn żewġ miljuni. Dan ifisser żieda ta’ tnejn u sebgħin vapur (550%) f’ħames snin. Minn dawn erbgħin huma vapuri tal-passiġġieri li joperaw fuq xmajjar Ewropej.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom Transport Malta jew l-Awtorità dwar it-Trasport tat l-approvazzjoni tagħha biex ikun hemm residents parking schemes? X'inhi l-proċedura li trid tiġi adottata biex kunsill lokali jkun jista' jdaħħal skema simili?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-lokalitajiet li għandhom residents parking schemes approvati jinsabu fl-Avviż Legali 200 tal-2009 li jirregola l-iskemi ta’ ipparkjar kontrollat. Il-proċedura għall-introduzzjoni ta’ skemi simili tinvolvi li l-Kunsill Lokali rispettiv jissottometti l-proposta tiegħu għaz-zona skond it-Terms of Reference applikabbli. Sussegwentament, din l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata mill-Bord għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx lokalitajiet li għandhom skemi ta' parkeġġ ristrett (timed parking) approvati minn Transport Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li tali timed parking jiġi estiż ukoll għall-ħdud u l-festi pubbliċi meta f'area partikulari jkun hemm numru sostanzjali ta' ħwienet li jkollhom bżonn parkeġġ simili?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Avviż Legali Nru 200/2009. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu, ninsab infurmat li l-kunsill lokali rispettiv, jissottometti l-proposta tiegħu għaż-żoni skond it-"terms of reference" applikabbli biex din tiġi kkunsidrata minn Transport Malta.
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — operatur tat-telefon
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni għandiex kontroll fuq l-operaturi tal-linja tat-telefon fissa, f'dak li hu kontroll tal-infrastruttra meħtieġa għal dan is-servizz? Jista' kunsill lokali jirrikorri għand din l-awtorità meta l-operaturi jibqa' ma jagħtix risposta meħtieġa dwar xogħol infrastrutturali li jkun meħtieġ iżda li ma jkunx jista' jitkompla minħabba n-nuqqas ta' risposti li suppost ikunu ngħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta Malta dwar il-Komunikazzjoni għandha responsabbiltà li tassigura l-integrita tas-sistemi tat-telefonija f’Malta.
L-awtorità għandha ir-rwol wkoll li tara li kull min jixtieq abbonament għas-servizz tat-telefonija jista’ fil-fatt jagħmel hekk u jingħata dan is-servizz. Għal dan l-iskop l-awtorità kienet ħatret lil GO plc, bl-obbligu li tagħti servizz lill kull ċittadin li jitlob dan. F’dan il-kuntest l-awtorità tista' tieħu passi regolatorji appropjati biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda ċittadin li ikun jixtieq servizz tat-telefonija u dan ma jinqediex.
Meta tintervjeni f’dan il-kuntest l-awtorità m'għandhiex jedd tieħu deċizjonijiet fir-rigward ta’ xogħlijiet infrastrutturali li jista’ jkunu meħtiega biex jingħata servizz. Dan jibqa’ kompetu tal-operatur.
Il-poteri tal-MCA biex tiġbor informazjioni dwar is-swieq li hi tirregola joħorġu mill-Att illi jistabilixxi l-awtorità. Dan l-Att jagħti poteri lill-awtorità biex titlob biss “….informazzjoni, … li l-awtorità tqis li tkun meħtieġa bil-għan li tiġi assigurata konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew deċizjonijiet jew direttivi magħmulin skond dan l-Att jew kull liġi oħra li l-awtorità ikollha jedd tinforza.”
Kull informazzjoni meħtiega mill-awtorità taħt dawn id-disposizzjoiijiet għandha tkun proporzjonata ma’ l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet u l-obbligazzjonijiet tal-awtorità taħt dan l-Att. Fil-fatt meta tkun qed titlob xi informazzjoni …., l-awtorità għandha tiddikjara għaliex tkun qed teħtieg dik l-informazzjoni mitluba.”
F’dan il-kuntest l-awtorità m'għandiex il-poter li tobbliga lil xi operatur biex jagħti informazjoni dwar infrastruttura lil xi kunsill lokali, jew li titlob informazjoni għan-nom ta’ xi kunsill lokali
Kunsill Lokali — entità pubblika jew privata dwar ix-xogħol infrastrutturali
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi jista' jieħu kunsill lokali li jibqa' ma jingħatax risposta minn entità pubblika jew privata dwar xogħol infrastrutturali li jkun meħtieġ li jsir minħabba l-bżonnijiet tal-istess entità, iżda li dwarhom l-entitajiet konċernati jibqgħu ma jeħdux deċiżjoni, u dan a skapitu tal-istess kunsill, u b'mod partikulari għal dawk li jkunu residenti tal-post ikkonċernat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Illum il-Kunsilli Lokali għandhom sistema fejn kull ilment dwar xogħlijiet li għandhom isiru minn entitajiet pubbliċi jiddaħħlu fiha u jaslu għand l-entità pubblika konċernata. Din ikollha żmien speċifiku biex titratta l-każ u tagħti rispota lill-Kunsill Lokali. Fil-maġġort parti tal-każi l-Kunsilli Lokali jingħataw twegiba mingħand l-entità pubblika konċernata.
Sfortunatament ikun hemm każi fejn risposta tibqa’ ma tasalx. F’dawn il-kazi l-Kunsilli Lokali għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-kap tal-entità konċernata.
Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej proċess biex nassiguraw li jkun hemm moniteraġġ aħjar ta’ dawn l-ilmenti biex joħroġ mill-ewwel liema huma dawk l-uffiċċjali f’entitajiet partikolari li ma jwieġbux fiż-żmien preskritt.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif, fil-kazi fejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar titlob garanzija bankarja biex jiġi assigurat li l-bankini li jkunu se jitkissru fil-proċess tal-bini skont il-permess li jkun ħareġ, min ikun inħariġlu l-permess jimxi mal-kundizzjoni li jrid jirranga l-bankina fil-każ li jkissirha?
X'follow up isir mill-awtorità biex jiġi assigurat li min ikollu tali permess jirranġa l-bankina fl-iqsar żmien possibbli, għaliex ma jagħmilx sens li l-bankini jibqgħu mkissra għal żmien twil, minħabba li xi xogħol ikun għadu mhux lest?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sodod liċenzjati mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta skont il-kategorija tagħhom u li jinsabu fil-limiti tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar fi stabbilimenti turistiċi, lukandi, guesthouses u oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li telgħu quddiem il-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (il-Bord Prinċipali) bejn Ottubru 2010 u l-aħħar ta' Jannar 2011? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet kienu rakkmandati biex jiġu approvati u ġew rifjutati? Kemm applikazzjonijiet kienu rakkmandati għal refusal u fil-fatt ġew approvati? Kemm applikazzjonijiet approvati/rifjutati kienu ġejjin mill-privat/mill-gvern jew entitajiet pubbliċi rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm skemi ġodda għal dawk li huma żviluppi rurali li għalihom jistgħu japplikaw il-kunsilli lokali? Jekk iva, meta hu mistenni li jinħarġu dawn l-iskemi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bħalissa għaddejin diskussjonijiet interni biex naraw kif il-fondi li l-MEPA tamministra jkunu jistgħu jiġu applikati għal diversi skopijiet. Il- MEPA tħabbar it-tip ta’ programmi/ proġetti/ skemi li bi ħsiebha ssawwar taħt proċess stabbilit meta dan l-eżerċizzju jkun mitmum.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' majjali li kienu tagged matul l-2010, xahar b'xahar? Jista' jagħti tagħrif dwar kif jitqabblu dawn iċ-ċifri ma' dawk tal-2009 u l-2008 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar li huma reġistrati bħala li qed jintużaw mis-sajjieda għal skop ta' sajd mal-Ministeru? F'liema lokalità, lokalità lokalità, huma reġistrati dawn l-istess opri tal-baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-tenders ta' xogħol fuq toroq li fil-fatt ħarġu u ġew iffirmati kuntratti għal xogħol ta' toroq distributorji/arterjali li iżda għadhom jew ma nbdewx, jew li għalkemm inbdew, għadhom ma tlestewx minn kollox?
Response (GATT, AUSTIN)
L-uniku kuntratt iffirmat hu dak li jirrigwarda Marfa Road, Mellieħa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23389, u b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-allegazzjoni dwar ħlasijiet dovuti, jista' l-Ministru jara għaliex il-Korporazzjoni ma tagħtix każ l-allegazzjoni f'din l-ittra partikulari li kienet serja biżżejjed biex tirrikjedi risposta uffiċjali li tiddikjara b'mod ċar li l-allegazzjoni kienet għal kollox infondata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċerti ittri jirrikjedu risposti waqt li oħrajn jirrikjedu azzjoni. Din l-ittra partikolari kienet tirrikjedi azzjoni, li ttieħdet. Il-fatt li ttieħdet din l-azzjoni awtomatikament tiskredita l-allegazzjoni dwar ħlasijiet dovuti.
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta tagħti każ kontinwament ta’ korrispondenza li jkun hemm fuq ġurnali lokali. Xi wħud minn dawn jirrikjedu risposta fuq l-istess ġurnal, u oħrajn jirrikjedu azzjoni fl-aħjar interess tar-residenti konċernati jew ta’ min ikun qed jikteb il-korrispondenza. F’dan il-każ partikolari, il-korporazzjoni ħadet azzjoni immedjata biex tirrimedja s-sitwazzjoni li kienet deskritta.
San Pawl il-Baħar — Transport Malta - tenders għat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar li għalihom diġà ħarġu t-tenders minn Transport Malta, matul l-aħħar xhur li għadhom ma sarux? Meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta x-xogħol marbut ma' dawn it-toroq partikulari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq li nħarġu għalihom it-tenders fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:
Mellieħa
Triq l-Imġiebaħ
Mġarr
Triq il-Bajtar
Triq il-Konverżjoni
Triq il-Mazza
Triq San Timotju
Sqaq Laqx
Triq il-Latmija
San Pawl il-Baħar
Triq Ċensu Tanti
Xagħra tal-Bandieri
Triq il-Għar Berbaħ
Dawn it-toroq qegħdin f'diversi stadji ta' bini u dawn huma ppjanati li jitlestew din is-sena.