Għassa tal-Qawra — Każijiet ta' aggressjoni rapportati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każijiet ta' aggressjoni fuq persuna/persuni rapportati bejn ix-xhur Ottubru 2010 u Frar 2011, fl-inħawi differenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-għassa tal-Qawra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Ottubru tal-2010 u Frar ta’ din is-sena, fl-Għassa tal-Qawra kien hemm 55 rapport dwar każijiet ta’ offiżi fuq il-persuna.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li mal-Korporazzjoni Enemalta huma reġistrati li jservu għall-biedja, separatament għall-farms u rziezet oħra tal-annimali u kemm għal serrer u faċilitajiet agrikoli oħra? Fejn jinsabu, lokalità lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ARMS Ltd., għandha rreġistrati fis-sistema tagħha, 865 arloġġ tad-dawl li huma kkategorizzati taħt l-iskema farms.
B’rigward għad-dettalji l-oħra mitluba fl-istess mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema ma tistax tiprovdi dak it-tip ta’ informazzjoni taħt dawk il-kriterji.
Transport Malta — vetturi reġistrati bħala trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vetturi reġistrati bħala li jservu għat-trasport pubbliku (inkluż vetturi self-drive) li huma ma' Trasport Malta, skont il-kategoriji tal-istess Transport Malta separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi reġistrati bħala u li jservu għat-trasport pubbliku sal-aħħar ta’ Frar 2011 huma hekk kif ġej:
Buses – BY –
584
Coaches – CY
- 137
Red Mini Buses – MY –
370
White vans – VY -
390
Passenger Transport – PY -
95
Taxis Malta – TY -
200
Taxis Gozo – WY
- 50
Self drive – K -
5477
Leasing - QZ -
3071
Tail Lift - SY -
48
Chauffeur – GY -
933
Chauffeur – LY -
56
Open top – OY -
15
Train – RY -
1
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentement talbiet pendenti għall-istallazzjoni tal-elettriku quddiem il-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti, lokalità lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra juru l-ammont ta’ talbiet preżentament pendenti għall-istallazzjoni tal-elettriku f’Malta u Għawdex rispettivament. Dawn iċ-ċifri huma biss l-applikazzjonijiet li bħalissa għandha l-korporazzjoni u ma ġewx proċessati fis-sistema tas-SAP. Hemm numru sostanzjali ta’ applikazzjonijiet oħra li qegħdin fis-sistema tas-SAP, u fosthom hemm ukoll applikazzjonijiet ta’ tibdil ta’ meters u ta’ tneħħija ta’ meters. Apparti l-applikazzjonijiet għal stallazzjoni tal-elettriku, minħabba d-direttivi tal-GWU li għaddejjin fl-Enemalta, il-korporazzjoni ma tistax tagħti n-numru eżatt ta’ dawn l-applikazzjonijiet qabel ma titneħħa din id-direttiva.
Commuted Parking Payment Scheme u Urban Improvement Fund — ammont ta' flus lill-MEPA
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa l-ammont ta' flus li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha fil-fond tal-Commuted Parking Payment Scheme u l-Urban Improvement Fund? Kif inhuma maqsuma dawn il-fondi, skont il-lokalitajiet fejn l-iskemi japplikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-bilanċi preżenti ta' ammonti fil-fondi Commuted Payment Parking Scheme u Urban Improvement Fund huma mqassma fit-tabulati annessi.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk xi waħda mill-aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, (bħal Appoġġ), jiġbru informazzjoni dwar tfal jew żgħażagħ taħt 18-il sena li m'għandhomx fejn jorqdu, matul il-lejl? Jekk iva, x'inhi l-informazzjoni, f'numru ta' persuni involuti, lokalità lokalità? X'inhuma l-etajiet ta' dawk involuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija Appoġġ ma tiġborx informazzjoni dwar tfal jew żgħażagħ, taħt 18-il sena li m'għandhomx fejn jorqdu, matul il-lejl.
Transport Malta — postijiet fejn seħħew inċidenti stradali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta żżomx statistika (li nifhem trid tinġabar mingħad il-pulizija jew mingħand il-wardens) tal-postijiet li fihom iseħħu inċidenti stradali? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni, lokalità lokalità, tal-inċidenti li seħħew matul l-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-ewwel sentenza fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15397.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hix qed titlob lill-korporazzjonijiet bħall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta, il-pjan tagħhom għal xogħol fuq it-toroq, b'mod partikolari, it-toroq arterjali biex b'hekk Transport Malta tkun tista' tikkordina aħjar ix-xogħol meħtieġ f'dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-ewwel parti tat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.20088.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex pjani finalizzati dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu li fadal isir, madwar Malta u Għawdex, għal dak li jirrigwarda l-mains tal-ilma, kif ukoll dawk tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha pjan biex tibdel sitt mija u sittin (660) kilometru ta’ mains tal-ilma (mains ta’ cast iron u galvanized iron) bir-rata ta’ erbgħin (40) kilometru kull sena. Dan il-pjan huwa suġġett għal bdil minħabba il-programm ta’ xogħol ta’ toroq li jsiru minn Transport Malta u l-kunsilli lokali.
Għal rigward
mains
tad-drenaġġ, il-Korporazzjoni għandha programm ta’ xogħol kif indikat fil-
master plan
tad-drenaġġ, liema programm ta’ xogħol jiddependi fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Korporazzjoni.
Selmun Palace Hotel — rapporti fuq l-operat tagħhom
Question
Billi f'ġurnal lokali ġie rappurtat li s-Selmun Palace Hotel waqqfet b'mod immedjat l-operat tagħha, jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar jekk dan hux minnu u jekk iva jagħti ukoll tagħrif dwar x'wassal għal dan l-għeluq? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-post hux se jkollu sorveljanza, 24 siegħa kuljum biex jiġi evitat serq u vandaliżmu ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24539.
Għar-rigward tat-tieni parti tad-domanda, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija “Selmun Palace Hotel Company Limited” tibqa’ responsabbli għas-sigurtà tal-lukanda sakemm jintemm dan il-proċess.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24348, billi jirriżulta li hawn iktar minn 24,000 persuna maqsuma kważi indaqs bejn irġiel u nisa, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'jista' jwassal biex persuna kemm jekk femminili, kif ukoll maskili, tista' tkun intitolata għall-għajnuna supplimentari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kriterji sabiex persuna tkun intitolata għall-għajnuna supplimentari huma illi l-persuna trid tkun kap ta’ familja jew persuna li tgħix waħedha, id-dħul annwali ma jeċċedix €10,330 jekk l-applikant hu miżżewweġ u jmantni il-konjuġi u mhux intitolat għall-allowance tat-tfal jew ġenitur waħdu li mhux intitolat għall-allowance tat-tfal u, € 8,162 jekk persuna waħedha.
Inżid ukoll illi id-dħul annwali jinkludi fost oħrajn interessi li ġejjin minn flus depożitati fil-banek, dħul minn kirjiet, dħul minn pensjoni fejn l-applikant hu pensjonant, is-salarju fejn l-applikant hu impjegat jew il-profitti fejn l-applikant għandu attivita ekonomika għal rasu.
Transport Malta — Pelican Lights - applikazzjoni lill-Enemalta għall-provvista ta' elettriku
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta applikatx mal-Korporazzjoni Enemalta biex jiġi stallat l-elettriku fil-pelican lights li jrid jibda jitħaddem fi Triq il-Wileġ San Pawl il-Baħar? Jekk iva, fiex waslet din l-applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel l-aħħar tħejjijiet mal-Electrical Section tal-MSD biex l-applikazzjoni tal-Enemalta tiġi sottomessa.
Mellieħa, Imġarr, Naxxar u San Pawl il-Baħar — twaħħil ta' bozoz
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bozoz approvati li iżda għadhom ma twaħħlux jew ma ġewx imqabbda mas-sistema tal-elettriku, fil-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? X'inhi r-raġuni li għaliha dawn il-bozoz għadhom ma twaħħlux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tajjeb nirrimarka illi dawn għadhom ma ġewx proċessati minħabba azzjonijiet industrijali għaddejjin bħalissa.
San Pawl il-Baħar — tiswija tal-arblu tal-pelican lights
Question
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jieħu l-passi neċessarji biex l-arblu li fuqu kien imwaħħal il-pelican lights fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar u li tkisser fl-aħħar maltemp qawwi li kellna, jissewwa kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta diġà bdiet il-proċeduri sabiex il-ħsara tissewwa fil-futur qarib.
Marsa — xogħlijiet fi Triq is-Sajjied ma' Xatt il-Ħatab
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24365, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-post li jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, hemm Pumping Station tad-drenaġġ li tinsab mibnija taħt it-triq. Il-ħorża li minna hemm l-aċċess għal din l-istation biż-żmien iddeterjora u sar ta’ periklu. Fil-fatt, ix-xogħol li għaddej bhalissa hu biex isaħħaħ din il-ħorża u jneħħi kull periklu. Ix-xogħol dam xi ftit minħabba li kellu jiġi manifatturat supporting structure li jiflaħ it-traffiku li jgħaddi minn hemm. Din mistennija titlesta fi żmien qasir u mbagħad ikun jista’ jitkompla x-xogħol on-site fuq l-aċċess tal-Pumping Station. Il-proġett mistenni jitlesta bejn wieħed u ieħor f’nofs April. Ta’ min jenfasizza li fil-parti tat-triq effetwata ttieħdu miżuri tas-sigurta’ meħtieġa u qiegħda imdawra bil-barriers u bil-flickering lights bil-lejl. B’hekk bħalissa m’għandhiex tkun ta’ periklu għal min igħaddi minn hemm.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24369, billi m'għandix dubju li l-Ministru jagħraf li t-triq ma tistax tingħata t-tarmak jekk ix-xogħol ta' drenaġġ ma jkunx lest, jista' permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jikkordina ma' Transport Malta biex ix-xogħol fi Triq is-Simar ikun jista' jitlesta ukoll?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diġa saret il-koordinazzjoni meħtieġa biex id-drenaġġ fi Triq is-Simar isir meta ssir it-triq li għad trid tiġi ffurmata u illivellata.
B'referena għat-tweġiba tal-mistoqsija mistoqsija parlamentari 24212, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-klassijiet (kategoriji) li għandhom ir-restaurants li huma indikati fir-risposta tad-domanda msemmija?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bħalissa pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, applikazzjonijiet għal bini, tibdil strutturali jew tkabbir ta' lukandi fl-inħawi tal-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li, skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bħalissa quddiem l-Awtorita' hemm disa’ u għoxrin (29) applikazzjoni pendenti għal-bini, tibdil strutturali jew tkabbir ta' lukandi fl-inħawi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’dawn id-dettalji. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "hotel", "lukanda/i", "hostel", "tourist accomodation", jew "apart hotel".
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-bring in-sites li tieħu ħsiebhom il-Wasteserve, fl-inħawi tal-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Għargħur? B'liema frekwenza jitbattlu dawn il-bring in-sites?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bring in-sites kollha li hemm fil-lokalitajiet imsemmija jaqgħu taħt ir-resposabilità diretta tal-kunsill lokali rispettiv tagħhom u għalhelkk il-Wasteserv ma tieħux ħsieb ta’ dawn is-siti.
TM — passi kontra persuni li ma jħallsux il-liċenzja tal-vettura
Question
B'referena għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24219, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk, qabel ma nbdew il-proċeduri msemmija f'dik ir-risposta l-persuni msemmija ntalbux, b'xi mod, biex jagħtu raġuni li minħabba fiha ma kinux tħallsu l-ħlasijiet dovuti lil Transport Malta, biex possibilment tinstab soluzzjoni dwar il-ħlas li kien kontestat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħlas dovut fuq il-liċenzja ta' vettura huwa l-obbligu tas-sid ta' dik il-vettura u f'każ li s-sid jonqos minn dan l-obbligu mingħajr ebda ġustifikazzjoni, jibdew japplikaw il-miżuri stabbiliti fil-Liġi. L-awtorità mxiet b'dan il-mod fil-każ tal-persuni msemmija fir-risposta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24219.
Minkejja dan, Transport Malta, bħal ma tagħmel dejjem, tikkunsidra talbiet minn persuni li jipprovdu raġunijiet ġustifikati.