B'referenza għal-lista ta' toroq li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra, b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 24717 tal-Onor. Frederick Azzopardi, dwar it-toroq li mistennija jinbnew matul il-xhur li ġejjin, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-mod ta' kif se jseħħ il-proċess tal-għoti tal-kuntratti għal dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Press Release li ħarġet mill-uffiċċju tiegħi fil-15 ta' Marzu 2011, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta — ftehim mal-MEPA fuq bini ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tikkordinax mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-tfassil ta' toroq ġodda li jkunu se jiddaħħlu fl-iskemi tal-bini mill-istess Awtorità, b'mod li fejn ikun hemm tibdil fit-toroq (alignment jew tfassil) dawn il-bidliet ikunu komunikati ma' Transport Malta kmieni kemm jista' jkun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkonsulta ma' Transport Malta dwar applikazzjonijiet tal-kontroll tal-ippjanar (Planning Control Applications), li huma maħsubin li jdaħħlu toroq ġodda fl-iskemi tal-bini, jew jagħmlu xi tibdil għal toroq proġettati fl-iskemi tal-bini. Din il-konsultazzjoni ssir fil-fażi meta tkun qed tiġi pproċċessata l-applikazzjoni mil-MEPA. Wara li l-MEPA tapprova dan it-tibdil, il-MEPA tinforma lil Transport Malta b'dan it-tibdil.
Forzi Armati ta' Malta — parteċipazzjoni fi programmi ta' daqq
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk intlaħaqx xi ftehim mal-Forzi Armati Maltin, biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta' daqq matul il-front ta' Buġibba u l-Qawra matul ix-xhur tas-sajf li ġej?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Malta Tourism Authority ħejjew programm ta’ erba’ promenade concerts li ser issiru matul ix-xahar ta’ Lulju f’ erba lokalitajiet differenti inkluż il-Pjazza ta’ Buġibba. Ninsab infurmat li l-MTA se tkun qed tikkordina mal-kunsilli lokali rispettivi f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-frott li nbiegħu lill-bdiewa għat-taħwil matul il-perjodu ta' Jannar/Frar 2011? X'tip ta' siġar inbiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xhur ta’ Jannar u Frar 2011 inbiegħu:
· 4314-il siġra tal-frott,
· 7708 selvaġġ tad-dwieli, u
· 6047 selvaġġ tal-frott.
Fost is-siġar tal-frott li kien hemm għal bejgħ kien hemm berquq, ċirasa, għajnbaqar, ħawħ, lewż ħelu, nuċiprisk, pruna, lanġas, tuffieħ, sfarġel, rummien, tin, ċawsli, ċitru, dwieli mejda u żebbuġ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern hux jikkonsidra l-possibilità li jagħti għajnuniet lill-bdiewa li jrabbu l-majjal, wara li kien hemm żidiet sostanzjali f'dawk li huma prezzijiet tal-ġwież?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23763 li kienet imwieġba fis-seduta 334 tal-bieraħ 4 ta' April 2011.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24500, fejn ingħatat l-informazzjon dwar applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dak li jikkonċerna l-lukandi, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan ix-xogħol hux se jġib miegħu żieda fin-numru ta' sodod fl-istess lukandi? Jista' jagħti tagħrif lokalità lokalità dwar b'kemm se jiżdiedu s-sodod available?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda metodu kif noħorġu l-informazzjoni mitluba mis-sistema tal-informatika tal-awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta’ studenti li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali li qegħdin jistudjaw l-Università, lokalità lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta’ tfal li qegħdin taħt care order li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il disterett elettorali, lokalità lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ student li qed jattendu xi kors fl-MCAST, preżentement u li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, lokalità lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għaqdiet Sportivi — training camps ma' pajjiżi oħra
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk għaqdiet sportivi lokali jistgħux jibbenefikaw minn skemi ta’ skambji ma' għaqdiet rispettivi f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jwettqu skambji u training camps għand xulxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iva, għaqdiet sportivi jistgħu japplikaw għal skemi ta’ skambju dment li l-proġett ikollu element ta’ edukazzjoni formali u nformali għal żgħażagħ ta’ età bejn 13 u 30 sena . It-tagħrif jinstab kollu għand l-aġenzija taż-żgħażagħ li twaqqfet dan l-aħħar fi ħdan il-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm skemi speċifiċi biex jitwaqqfu għaqdiet ġodda, fil-qasam soċjali, sportivi jew kulturali, li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skemi tal-Unjoni Ewropea biex jitwaqqfu u jkomplu jaħdmu għall-benefiċċju tal-lokalità li fiha jkunu mwaqqfa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-dekasteru tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja ma hemm l-ebda skema speċifika tal-Unjoni Ewropea biex jitwaqqfu għaqdiet ġodda fil-qasam Soċjali, Sportivi jew Kulturali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' patent li ġew irreġistrati f'Malta fl-2010? Kemm kien in-numru ta' trade marks irreġistrati fl-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2010 ġew irreġistrati 22 patent u 697 trademark. Patents ewropej li ġew validati u aċċettati f’Malta mattul 2010 ammontaw għal 161.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-iskema 313 tal-fondi tal-Malta Enterprise hux possibbli li jkun hemm applikazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-privat? Jista' jgħid jekk kunsill lokali li diġà bbenefika minn din l-iskema hux se jkun possibbli għalih li japplika għal skopijiet oħra taħt l-istess skema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li taħt l-Iskema 313 jista’ jkun hemm applikazzjonijiet bejn kunsilli lokali u l-privat. L-entitajiet privati rridu jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-Kummisjoni Ewropea 2003/361/EC, joperaw fis-setturi identifikati taħt NACE 55 (Lukandi u ristoranti) jew NACE 92 (attivitajiet ta' rekreazzjoni, sport u kultura) ta’ Regolament 1628/2006. Għal-applikazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-privat irid isir ‘management agreement’.
kunsill lokali li diġà bbenefika minn din l-iskema jista' biss jerga' japplika taħt l-istess skema ġalabarba jkun għalaq il-proġett li jkun ħa fondi għalih. Jigifiri, l-istess kunsill lokali ma jistax jibbenefika taħt l-istess skema b’żewġ proġetti kontemporanjament.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' fabbriki li huma amministrati mill-Ministeru? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? Kemm minnhom mhux qed jiġu użati (mhumiex mikrija) u fejn jinsabu? Kemm hu l-area ta' dawn il-fabbriki?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iżżomm lill-Ministeru milli jkompli bil-proċess mibdi numru ta' snin ilu, biex fl-inħawi tal-Mellieħa jinbena spazju industrijali li għalih kienu diġà saru l-pjanti u l-applikazzjonijiet kienu ġew sottomessi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Billi ftit tax-xhur ilu l-istess awtorità kienet qed tistenna xi informazzjoni mingħand il-gvern, jista' jagħti tagħrif dwar jekk din l-informazzjoni ngħatatx jew le? Jekk għadha ma ngħatatx, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iżżom milli din issir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi wara ri-evalwazzjoni tal-bini ta’ żona industrijali fil-Mellieħa, ġie deċiż li tinħareg sejħa għall-offerti waħda ta' ‘Design, Build & Operate’ għal proċess effiċjenti ta’ implimentazzjoni. Dan mistenni jseħħ fix-xhur li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, l-applikazzjoni kurrenti mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tkun tista tiġi ri-attivata jew issir waħda ġdida skont kif ikun jixtieq l-applikant. Sadanittant, saret rikjesta sabiex l-art li fuqha ser isir l-iżvilupp tiġi trasferita lill-Malta Industrial Parks Ltd.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' ilma li qed jgħaddi mill-impjanti, wieħed wieħed, għat-tisfija tad-drenaġġ? F'kull każ, x'użu qed isir minn dan l-ilma? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hix infurmata dwar l-impjanti privati għat-tisfija tad-drenaġġ? Jekk iva, fejn jinsabu dawn l-impjanti privati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21432 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi arranġamenti biex ordnijiet reliġjużi, minflok iħallsu l-bolla tas-sigurtà soċjali għall-membri kollha, l-ordni tħallas għal numru maqbul ta' membri ta' dik l-ordni? Jekk iva, f'każ li membru tal-ordni jispiċċa minn dik l-ordni, xi drittijiet ikollu f'dak li jikkonċerna pensjoni jew ħlasijiet oħra li joħorġu mill-ħlas tal-bolla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, r-responsabbiltà tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni hija limitata biss għall-ġbir u l-infurzar tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi reġsitrati fuq is-sistema ta' Transport Malta fl-aħħar tal-2010? Kemm minn dawn il-vetturi ħallsu l-liċenzja matul l-2010? Kemm vetturi jirriżultaw li huma fringed b'mod uffiċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi reġistrati fuq is-sistema ta’ Transport Malta fl-aħħar ta’ 2010 huwa ta’ 452,096 vettura.
L-ammont ta’ vetturi li ħallsu l-liċenzja matul l-2010 huwa ta’ 290,013 vettura.
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispjega l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' bus shelters li għandna f'Malta, lokalità lokalità? Kemm hu mistenni li jiżdied in-nurmu ta' bus shelters skont il-ħtiġijiet il-ġodda tat-trasport pubbliku f'Malta? Fejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi t-total ta’ bus shelters li hawn ġewwa Malta jammontaw għall-erba' mija u tnejn (402), filwaqt li dawk ġewwa Għawdex jammontaw għall-tlieta u erbgħin (43). Minn dawn il-bus shelters, mitejn u sebgħa u disgħin (297) huma bus shelters mill- ġodda. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument, liema dokument permezz ta’ Tabella A jindika l-lokalitajiet ta’ dawn il-bus shelters.
Infurmat ukoll illi sakemm jibda is- servizz il-ġdid huwa mistenni li se jiġu stallati wieħed u ħamsin (51)
bus shelter
ġdid. Il-lokalitajiet ta’ dawn il-
bus shelters
huwa indikati f’Tabella B ta’ l-istess dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan ma jinkludix numru ta’
bus shelters
li jridu jitwaħħlu ġewwa l-
bus interchanges
il-ġodda.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mistoqsija Parlamentari numru 16143 kien ġie ikkwotat illi dak iż-żmien kien hemm erba' mija u sitta u ħamsin (456)
bus shelters
,jiġifieri 11-il-
bus shelter
iżjed milli hawn illum. Din id-differenza hija minħabba li numru ta’
bus shelters
ikunu qed jiġu mibdula ma’ dawk iżjed moderni u għaldaqstant, ma jkunux riflessi fiċ-ċifri ikkwotati. Fis- sena 2010, inbidlu total ta’ sitta u erbgħin (46)
shelter.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru road-side checks minn uffiċjali ta' Transport Malta f'Malta matul il-perjodu Settembru 2010 u Frar 2011? Fejn saru? X'irriżulta minn dawn l-inspections? X'jiġi spezzjonat f'dawn l-okkażjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Settembru tal-2010 u Frar tal-2011 uffiċjali ta’ Transport Malta għamlu 1526 road-side checks. Dawn ir- road-side checks saru f’ dawn il-postijiet, Triq Notabile, Attard (8), Bieb is-Sultan, Żabbar (2), Triq Burmarrad, Burmarrad (5), Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq (6), Corradino Hill/Marsa (10), Dawret il-Gudja, Gudja (2), Għar Dalam, B’Bugia (6), Għawdex (6), Hal Far (7), Triq Hompesch, Fgura (4), Triq l-Indipendenza. Mosta (3), Triq John Adye, Naxxar (6), near Kirkop Tunnels (3), Triq l-Mdina/Triq Luqa, Qormi (2), Triq l-Mġarr, Mġarr (1), Triq l-Mqabba, Siggiewi (1), Triq Mons Mikiel Azzopardi, Siggiewi (1), St. Paul’s Bay By Pass, St. Paul’s Bay (3), Targa Gap, Mosta (10), Triq il-Hemsija, Rabat (2) u Triq il-Kottonera, Fgura (1). Minn dawn l-inspections irriżulta illi 857 vettura ma kienux konformi mar- regolamenti stipulati. Waqt dawn l-inspections l-uffiċjali ta-Transport Malta jispezzjonaw it-tagħmir tal-brejkijiet, l-istering, il-viżibilita, tagħmir tad-tidwil u s-sistema tal-elettriku, fusien, roti, tajers u suspension, chassis u attachments tax-chassis, tagħmir ieħor inkluż takografu u apparat għal-limitazzjoni tal-veloċita', effetti negattivi inklużi emissjoijiet u tnixxija ta’ fjuwil u/jew żejt.