Occupational Health and Safety Authority — inspection
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il inspection saret mill-Occupational Health and Safety Authority, matul l-aħħar sitt xhur tas-sena 2010 fuq il-postijiet ta' kostruzzjoni? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt l-Occupational Health and Safety Authority tagħtix ukoll tagħrif, b'mod regolari, lill-kuntratturi? Jista' jagħti ukoll lista ta' pubblikazzjonijiet ta' tagħrif li tagħmel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul il-perjodu indikat mill-Onor Interpellant, l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol għamlet 768 spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni. Dawn saru kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Dwar it-tieni parti tal-istess Mistoqsija, u cioe’ kemm jingħata tagħrif b’mod regolari lill- kuntratturi, irid jingħad li kull meta saret spezzjoni fuq il-lant tax-xogħol l-uffiċċjali tal-Awtorita’ dejjem ikellmu lill-kuntratturi preżenti. F’xi okkazzjonijiet minnhom dawn il-kuntratturi jinġiebu ukoll fl-uffiċċji tal-Awtorita’ fejn jinzammu laqgħat magħhom, izda l-istatistika dwar dawn il-laqgħat ma tinżamx.
Barra minn dan fil-25 ta` Frar ta` din is-sena uffiċċjali tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħadu sehem f’seminar li ġie organizzat mid-
Developers Association
, fejn għamlu preżentazzjoni viżiva dwar il-perikli u r-riskji fuq postijiet ta` kostruzzjoni.
Matul il-perjodu imsemmi uffiċċjali tal-Awtorita ħadu sehem f`diversi programmi fuq ix-Xandir Nazzjonali fejn ittrattaw diversi riskji fuq siti ta` kostrutzzjoni u kif dawn jistgħu jiġu evitati jekk ir-regoli tas-saħħa u s-sigurta’ fuq il-postijiet tax-xogħol jiġu segwiti kemm mill-ħaddiema kif ukoll mis-sidien.
Matul l-istess sena kemm l-Aġenzija Ewropeja għas-Sigurta` u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, kif ukoll l-Awotorita’ Maltija ippublikaw diversi rivisti u artikli dwar dan is-suġġett. Dawn ir-rivisti jitqasmu kemm lis-sidien, lill-kuntratturi, kif ukoll lill-ħaddiema.
Rivisti ta` l-Aġenzija Ewropeja:
o
Safety and health in the construction sector (Training: temporary or mobile construction sites)
o
Actions to improve safety and health in construction
o
Lighten the Load – Information for employers and workers of the construction sector
o
Facts Sheet No 48 – Health and safety on small construction sites
o
Facts Sheet No 49 – Safe roofwork
o
Facts Sheet No 50 – Management of noise in construction
o
Facts Sheet No 51 – Asbestos in construction
Rivisti ta` l-Aworitia Maltija:
o Spazju Ristrett
o L-Asbestos
o
Fork Lift Tr
ucks jew
Forklifters
(FLT)
o Skavar
o Xogħol fis-Sħana u x-Xemx
o L-Armar għall-Bini
o Żmuntaġġ ta` Soqfa tax-Xorok
o Gwida dwar Saħħa u Sigurta` fil-Kostruzzjoni
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqija parlamentari 24980, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk mis-sejħiet imsemmija fit-tweġiba kienx hemm ukoll sejħiet ta' interventi li rriżultaw li ma kenux minnhom, u li l-fire engine kienet issejħet għalxejn b'mod abbużiv?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24980, in-numru ta' sejħiet ta' interventi fejn il l-fire engine ssejħet għalxejn b'mod abbużiv kien ta' 81.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24981, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-każ tal-inċidenti indikati b'mod partikulari f'dawk is-siti li fihom ikun hemm inċidenti b'mod ripetut, jekk il-pulizija tibgħatx l-informazzjoni li tinġabar għand Transport Malta, biex din tkun tista' tieħu passi biex tbiddel, jekk ikun il-każ, id-disinn tal-inħawi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra, l-Pulizija tgħaddi rapporti fuq formola (accident report sheet) lill-Trasport Malta tal-inċidenti tat-traffiku li tinvestiga. Dan ir-rapport jinkludi l-istat u l-kondizzjoni tat-triq ta’ fejn ikun seħħ l-inċident.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess li bih għandu jiġi estiż iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, biex l-oqbra li jinbnew ikunu jistgħu jinbiegħu lill-privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-estenzjoni taċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata qiegħda fl-ewwel fażi tagħha. Waqt li tlesta l-parti l-kbira mix-xogħol ta’ taħmil li kien twaddab hemm meta kienu qegħdin jitwettqu proġetti oħra tal-gvern, jonqos kwantità oħra sabiex titneħħa. L-aħjar mezz biex dan jitkompla, flimkien mal-proċess biex jibda l-bini tal-oqbra, qiegħed jiġi kunsidrat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ikunx hemm każijiet fejn persuni li jmutu, u li jkollha ssirilhom awtopsja wara l-mewt tagħhom, ma jkunx jista’ jinħarġilhom ċertifikat tal-mewt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara kull awtopsja jinħareġ ċertifikat tal-mewt għall-fini tad-difna.
Jista’ jkun hemm xi każijiet li, minflok iċ-ċertifikat tal-mewt ‘Finali’, jinħareġ ċertifikat tal-mewt ‘Provizorju’ minħabba li jkun hemm bżonn isiru aktar testijiet biex tiġi konfermata id-dijanjożi li tkun ħarġet waqt l-awtopsja. B’dan iċ-ċertifikat proviżorju xorta waħda tista ssir id-difna tal-katavru. Wara li jkun hemm ir-riżultati kollha disponibbli, joħroġ ċertifikat finali.
Każijijiet suġġetti għal awtopsja forensika jinħtiġgilhom ukoll il-permess tad-difna mill-Maġistrat inkwirenti, u f’dawn il-każijiet biss jista’ ma jkunx hemm rilaxx taċ-ċertifikat tal-mewt biex issir id-difna. Id-difna, kif ukoll ir-rilaxx taċ-ċertifikat tal-mewt, issir biss wara li jiffirma fuq l-istess ċertifikat l-Ispettur inkwirenti għan-nom tal-Maġistrat.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ persuni, (familji) li jieħdu ċ-children’s allowance fil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, lokalità lokalità? Tista’ tagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma, f’numru ta’ tfal kull familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jikkordina mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, biex xi blat li waqa' l-baħar fl-inħawi tal-lukanda Dolmen, f'Buġibba donnu wara li sfronda xi għar, fil-fatt jitneħħa minn fejn waqa' għaliex dan jista' jkun ta' periklu għal dawk li jkunu fl-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li se jitneħħa il-blat li huwa ta' periklu fiwaqt li l-blat l-kbir li ma joffri ebda periklu se jitħalla.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni (bdiewa) li ngħataw iċ-ċertifikat ta' tkabbir ta' prodotti agrikoli b'mod organiku? Fejn jinsabu l-għelieqi li huma hekk ċertifikati? Xi prodotti huma ċertifikati bħala organiċi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li preżentement hemm seba’ produtturi rċċertifikati bħala Organic Farmers filwaqt li hemm ħamsa oħra fil-fażi ta’ konverżjoni. L-għelieqi ċċertifikati jinsabu:
Malta:
· Ħad Dinġli
· Rabat
· Fawwara – Limiti tas-Siġġiewi
· Tal-Plieri – Limiti ta’ Ħaż Żebbuġ
· Mellieħa
· Għajn Tuffieħa
· Marsa – Farm tal-Gvern
· Ħal Għaxaq
Għawdex
· Xagħra
· Qala
Il-Prodotti kkultivati huma:
·
Ċerejali:
o Sorghum,
o Qamgħ
o Xgħir
o Sulla
·
Root crops
o Patata
o Zunnarija
o Artiċoks
·
Ħxejjex aromatiċi
o Ħabaq
o Rand
o Kamumilla
o Tursin
o Nagħniegħ
o Bużbież
o Salvja
·
Ħaxix Frisk – Brassicae
:
o Pastard u Brokkoli
o Kaboċċi
o Ħass
o Ġdur
o Karfus
o Qaqoċċ
·
Ħxejjex Oħra:
o Tadam
o Ħjar
o Twem
o Basal
o Piżelli
o Fażola
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' persuni li qed japplikaw biex ikunu jistgħu jidħlu bħala residenti fid-dar residenzjali għall-anzjani fil-Mellieħa? Minn liema lokalità huma dawk li bħalissa għandhom applikazzjoni pendenti biex jidħlu f'din id-dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
General Services Board — applikazzjonijiet ikkunsidrati mill-MEPA
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-General Services Board li jaqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa hux ukoll l-istess bord li f'ċerti ċirkostanzi jevalwa applikazzjonijiet li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk iva, kemm kien hemm każi ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ġew evalwati mill-General Services Board matul l-2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-funzjoni tal-General Services Board hija li jservi ta’ appell minn deciżjonijiet tal-awtoritajiet sanitarji. Il-Bord ma jevalwax applikazzjonijiet li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħlief dawk li dwarhom ikun sar appell.
San Pawl il-Baħar — Triq Għajn Rażul - klieb jiġġerrew
Question
Billi xi żmien ilu kont għamilt domanda dwar in-numru ta' klieb li qed jiġġerrew fl-inħawi ta' Triq Għajn Rażul, San Pawl il-Baħar u r-residenti tal-inħawi għadhom qed jilmentaw minn dawn il-klieb u l-fatt li qed iqattgħu l-boroż tal-iskart residenzjali, jista' l-Ministru jassigura li dawn il-klieb (slavaġ) jinġabru minn dawn l-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-każ qiegħed ikun investigat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li fix-xhur tas-sajf ikun hemm ambulanza on call fl-inħawi tal-Mosta, jew aħjar f'San Pawl il-Baħar, biex f'każ ta inċident fil-bajjiet tat-Tramuntana ta' Malta (u f'partijiet oħra fl-istess inħawi) l-ambulanza tkun tista' tasal fil-post fl-iqsar żmien possibli b'mod partikolari fit-tmiem tal-ġimgħa (weekend)?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li huwa mistenni li fix-xhur tas-sajf is-servizz tal-ambulanza miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta ser jibqa’ jiġi offrut kif inhu bħalissa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’vetturi li ġew reġistrati ma’ Transport Malta, bħala li twasslu fis-suq Malti matul l-aħħar sitt xhur, bejn Ottubru 2010 u Marzu 2011, xahar, xahar? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ġodda, u kemm kienu second hand?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ trakkijiet li għandhom kapacita’ ta' ġarr ta’ iktar minn 3.5 tunnellata li ġew reġistrati ma' Transport Malta, kull sena, bejn is-snin 2008 u 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi t-trakkijiet li għandhom kapaċita’ ta’ ġarr ta’ iktar minn 3.5 tunnellata li ġew reġistrati kull sena bejn is-snin 2008 u 2010 huma ta’:
Sena Numru
------- --------
2008 273
2009 222
2010 88
Jista’ l-Ministru jistudja l-possibilità li l-banda tal-pulizija tibda twettaq displays fuq il-front ta’ Bugibba u l-Qawra matul ix-xhur tas-sajf, biex ikunu jistgħu igħinu biex jallegraw lil dawk il-Maltin u barranin li jkunu f’dawn l-inħawi, f’dan iż-żmien tas-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirringrazzja lill-Onorevoli Interpellant tal-apprezament tiegħu lejn il-banda tal-Korp tal-Pulizija. Madankollu irid jingħad li l-banda tal-Korp hija waħda li ma taħdimx fuq livell ta’ full time, f’sens illi l-bandisti kollha għandhom ir-responsabilitajiet tagħhom bħala membri tal-Korp fid-diversi Distretti u Taqsimiet tal-Korp fejn huma stazzjonati. Fil-fatt il-bandisti jiehdu 4 sigħat taħriġ fil-gimgħa.
Ta' min ifakkar illi matul ix-xhur tas-sajf ix-xogħol għal-Korp tal-Pulizija jiżdied sew minħabba n-numru kbir ta' festi f'diversi lokalitajiet, kif ukoll bin-numru ta'
patrols
li l-Pulizija tagħmel fuq ix-xtut, bajjiet u lokalitajiet li jattiraw in-numru kbir ta' turisti li jżuru pajjiżna, kif ukoll manifestazzjonijiet festivi oħra. Għalhekk li jsir dak kollu li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant, għalkemm huwa diffiċli, ta' min wieħed ifakkar illi fil-gimgħa li l-Korp tal-Pulizija jiċċelbra l-anniversarju mit-twaqqif tiegħu f’Lulju, il-banda tal-Korp kif ukoll is-
Silent Drill Team
u t-Taqsima tal-Klieb jagħtu wirjiet f’diversi lokalitajiet, fosthom f’Bugibba /Qawra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ interventi li ntalbu biex il-forzi tas-sigurtà jintervjenu f’każijiet ta’ inċidenti tat-traffiku li fihom kien hemm involuti inċidenti gravi, kultant ukoll li jinvolvu periklu għall-ħajja tal-persuni li kienu nvoluti, matul l-2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-Pulizija investigat 831 inċident ta' traffiku li fihom kien hemm involuti ferimenti u mwiet filwaqt li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien mitlub jintervjeni f'178 każ.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ breathalyser tests li saru matul l-2010, waqt road blocks mill-pulizija? Kemm kien hemm kazi li dwarhom ittieħdu passi bil-Qorti matul l-istess perjodu ta’ żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ttiehdu mill-Pulizija 80 test tan-nifs minn sewwieqa. Infurmat ukoll illi minn dawn, 33 saru waqt road blocks u minn dawn irriżulta li 18 kienu posittivi u inbdew proċeduri kriminali skont il-liġi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24045, fl-aħħar parti tad-domanda l-kelma fringed kellha taqra garaged u għal dan il-għan, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni relattiva? Jista' jagħti ukoll in-numru ta' vetturi li ġew scrapped kull sena matul l-aħħar 15-il sena, sa Diċembru 2010, kull sena?
Response (GATT, AUSTIN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari Nru. 24045, ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi li gew garaxxjati matul is-sena 2010 kien ta’ 9,446 filwaqt li l- bilanċ ta’ vetturi li kienu ggaraxxjati sal-31 ta’ Diċembru 2010 kien ta’ 61,362.
Rigward il-vetturi li ġew scrapped kull sena matul l-aħħar 15-il sena sa Diċembru 2010, ninsab infurmat li huma:
Sena
Vetturi
Scrapped
1995
1612
1996
2222
1997
2673
1998
3594
1999
4013
2000
4179
2001
2805
2002
2623
2003
2798
2004
5529
2005
13969 *
2006
2966
2007
2495
2008
2694
2009
4018
2010
4478
* Dan l-ammont jirrifletti l-iskema hekk kif stipulata fl-Avviż Legali13 ta’ l-2004.