Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-istallazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari dwar dawk li huma proposti fuq Forti Campbell f'Selmun, limiti tal-Mellieħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iffinalizzatx l-istudji tagħha dwar shooting ranges madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat dan ir-rapport bir-rakkmandazzjonijiet tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li tweġiba ser tingħata f’ xi seduta oħra.
Kunsill Malti għall-Isport — pjanijiet għal shooting ranges
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew il-Kunsill Malti għall-Isport iffinalizzax il-pjanijiet tiegħu dwar dawk li huma għajnuniet li jistgħu jingħataw dwar il-bini ta' shooting ranges ta' livell internazzjonali f'Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) għandu skemi ta’ assistenza biex għaqdiet sportivi jkunu jistgħu jibnu jew itejbu l-faċililtajiet tagħhom. Hemm ukoll skema oħra li tagħti rifuzjoni ta’ 15.25% fuq in n-nefqa kapitali tal-proġett li jkun sar. F’kaz li l-faċilità tinbena fuq art pubblika l-gvern jagħti ukoll sussidju qawwi fuq il-kiri ta’ din l-art.
San Pawl il-Baħar — Triq J. Quintinus - tneħħija ta' vetturi
Question
Billi fi Triq J. Quintinus, San Pawl il-Baħar, f’parti mit-triq li tgħaqqad l-għelieqi mal-istess triq (wara l-blokk ta' appartamenti, magħrufa bħala Flats Indipendenza, fi Triq it-Turisti) hemm numru ta’ vetturi li qegħdin abbandunati u bħalissa qegħdin ukoll jiġu żarmati, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-vetturi jitneħħew minn fejn qegħdin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-azzjoni neċessarja flimkien mal-kunsill lokali sabiex jitneħħew dawn il-vetturi.
Enemalta, WSC u Arms Ltd — arloġġi tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew l-Arms Ltd introduċewx xi policy li biha persuna li jkollha iktar minn arloġġ tad-dawl/ilma wieħed fuq isimha, jekk kemm-il darba tiġi biex tistalla arloġġi ġodda hux qed tiġi mġiegħla tapplika għal dawn is-servizzi b'rata kummerċjali, anke jekk kemm-il darba l-post li fih ikunu se jiġu stallati dawn is-servizzi jkun residenzjali (appartamenti)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 423.01 (Regolamenti fuq il-Provvista ta’ l-Elettriku), persuna huwa intitolat li jirreġistra bħala servizz għall-Post Domestiku biss, Servizz għar-residenza Prinċipali u Servizz għar-residenza Sekondarja, kif ukoll servizz għal Garage wieħed li ma jeċċedix id-dimensjoni ta’ 30 metru kwadru u jintuża esklussivament għal-finijiet privati u non-kummerċjali. Kull fond ieħor jiġi kkunsidrat bħala wieħed non-residenzjali.
Fil-każ ta’ provvista ta’ l-ilma, skont regolament 12(5) tar-regolamenti fuq il-Provvista ta’ l-Ilma, persuna huwa ntitolat sabiex jirreġistra servizz għal post residenzjali s-segwenti mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma:
- servizz għal residenza prinċipali
- servizz għal residenza sekondarja
- servizz għal garage wieħed li ma jeċċediex 30 metru kwadru u li jintuża esklużivament għall-finijiet privati u non-kummerċjali
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25261, jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi b'ċilindraġġ differenti, skont il-kategoriji stabbiliti minn Transport Malta li jwasslu għat-total ta' 12,883 muturi li għandna f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ muturi li huma liċenzjati f’Malta u Għawdex, skont iċ-ċilindraġġ tagħhom huwa kif ġej:
0-50cc - 210
51-100cc - 3046
101-250cc - 5577
251-500cc - 1151
501-1000cc - 2323
> 1000cc - 576
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25259, fejn jingħad li l-pulizija għandha 798 vettura miżmuma minħabba xi investigazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi proċedura stabbilità biex tali vetturi jiġu rilaxxati u mogħtija lura lis-sidien tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-proċedura stabbilita` biex vetturi miżmuma minħabba xi investigazzjoni mill-Pulizija jiġu rilaxxati u mogħtija lura lis-sidien tagħhom, hi dik stabbilita` mill-Liġi fil-Kodici Kriminali u l-Att dwar il-Pulizija.
Is-sid tal-vettura għandu jagħmel talba permezz ta’ rikors lill-Maġistrat biex dik il-vettura tiġi ritornata lilu. Il-Maġistrat jista’, wara li jisma’ wkoll lill-Pulizija, b’digriet jordna r-rilaxx tal-vettura jew mingħajr ebda kundizzjoni, jew taħt dawk il-kundizzjonijiet li jistgħu jenħtieġu sabiex jiġi konservat il-valur probatorju tiegħu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20019, 20395 u 21356, billi l-applikazzjoni msemmija tikkonċerna proposta ta' bini industrijali mill-gvern innifsu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li terġa' tiġi sottomessa applikazzjoni oħra għal dan l-iżvilupp, jew jekk hemmx il-ħsieb li dan l-iżvilupp propost jitwaqqaf?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks se toħroġ sejħa għall-Expression of Interest għall-iżvilupp ta’ dan il-proġett. Applikazzjoni oħra mal-MEPA tiġi sottomessa abbażi tal-proposta li eventwalement tiġi magħżula.
Billi jidher li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda tikkonsidra talbiet għall-bini ta' stores (kbar jew żgħar) bħala bini ta' post minn fejn jista' jsir negozju (outlets) ukoll meta l-applikazzjoni tkun qegħda ssir bil-għan li għaqdiet lokali (b'mod partikolari baned) ikollhom fejn iżommu l-armar tal-fergħa tagħhom, għaliex tali stores qed jiġu kkunsidrati taħt class 17 u kultant jiġu applikati ukoll policies ta' postijiet industrijali, jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jiċċara x'inhu store u x'inhu outlet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li wara l-approvazzjoni tal-Att tal-1992 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, bdil fl-użu tal-art u tal-bini minn dak e\istenti jew permess jiġi meqjus bħala żvilupp li jenħtieġ permess biex isir. Fl-1994 ġiet approvata l-Ordni dwar il-Klassijiet ta' Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp li l-iskop tagħha huwa li torganizza l-użu tal-art u tal-bini fi klassijiet differenti (għoxrin b'kollox) biex bdil fl-użu fl-istess klassi ma jkunx jenħtieġ permess għalih. Din l-Ordni hija għodda importanti kemm fit-tfassil tal-policies kif ukoll fil-proċess tal-kontroll tal-iżvilupp.
L-Ordni tal-1994 tpoġġi
stores
(użu għal ħażna) taħt il-Klassi 17
(Class 17
) u f'din il-klassi m'hemm l-ebda użu ieħor ħlief għal
distribution centre
li fil-fatt huma wkoll tip ta' mħażen. Għalhekk il-ħażna tal-armar tal-festi taqa' taħt il-Klassi 17. Għalkemm il-kelma negozju (
outlet
) hija ġenerika wisq u tista' tfisser affarijiet differenti, li hu żgur huwa li jekk f'bini tkun qed issir attivita' li mhix għal-ħażna, żgur li ma taqgħax taħt il-Klassi 17 u għalhekk il-bini ma jistgħax jissejjaħ
store
.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Sirens FC - ground bit-turf
Question
Billi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar identifikat is-sit fejn hemm il-ground tal-football tas-Sirens FC bħala post li fih għandu jkun hemm parking area pubblika, jista' l-Prim Ministru jagħti l-għajnuna tiegħu biex il-Gvern jikkontribwixxi fil-bini ta' dan il-car park għaliex din id-deċiżjoni qegħda żżomm lill-klabb milli jkun jista' jibda l-programm li bih ikun jista' jagħmel il-wiċċ tal-ground bit-turf?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni ġiet ipproċessata u x-xogħlijiet tal-proġett tal-ground inbdew.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul ix-xhur li ġejjin, u qabel naslu għall-istaġun tas-sajf li ġej, numru ta' toroq li jeħtieġu li jiġu asfaltati għall-ewwel darba, isiru, u dan biex jitnaqqsu l-ilmenti tal-operaturi turistiċi u tar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fit-tnax il-xahar li ġejjin Transport Malta se tkun qed tlesti 137 triq residenzjali mill-lista li semma l-Onorevoli Interpellant bi spiża ta' ċirca €4,450,000 u dan wara li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena diġà tlestew 46 triq residenzjali bi spiża ta' €1,700,000. Dawn it-toroq huma murija fl-elenku A u B li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nispeċifika illi bit-terminu "toroq residenzjali" Transport Malta tifhem dawk it-toroq f'żoni urbani fejn hemm bini residenzjali u li qatt ma jkunu ingħataw tarmak u li għalhekk, bil-liġi, huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali. Irrid ngħid ukoll illi se jsiru dawn it-toroq u mhux oħrajn li għad iridu jsiru, fuq il-bażi tal-proċess deċiżjonali segwenti:
1. ingħatat prijorità li t-toroq residenzjali li qatt ma saru fuq toroq oħra li diġà saru imma għandhom bżonn "re-surfacing" u li strettament huma responsabbiltà tal-kunsill lokali imma li l-gvern hu kommess li jagħmel;
2. minn fost it-toroq residenzjali ingħatat priorità lil dawk it-toroq fejn il-bini jkopri mill-anqas 75% tat-triq;
3. minn fost dawn it-toroq, ingħatat priorità lil dawk it-toroq li jqumu l-anqas flus biex isiru sabiex hekk isiru kemm jista' jkun toroq residenzjali din is-sena.
Darba jitlestew dawn it-toroq mill-lista oriġinali ta' aktar minn 500 triq li kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra xi snin ilu, jkun baqa biex isiru 87 triq residenzjali (Dokument C) li jiswew ċirka €4,500,000 u 41 triq (Dokument D) li r-"re-surfacing" tagħhom huwa responsabbilità tal-kunsilli lokali imma li se jsiru mill-Gvern.
F'din il-leġislatura, sa Ġunju 2010 u eskluż ix-xogħol li sar fuq il-bini tat-toroq min fondi tal-Unjoni Ewropea, sar xogħol fuq 323 triq għal valur totali ta' €12,090,000. It-tabella ta' hawn taħt tagħti informazzjoni ta' kif dan kien maqsum, waqt li Dokument E li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jagħti d-dettalji tat-toroq.
Arterial & Distributor
Residential
No
€No€
2008
34
190,00020081085,200,000
2009
66
1,900,0002009442,000,000
2010
46
1,700,0002010251,100,000
146
3,790,0001778,300,000
No€
Totals
323
12,090,000
Fl-aħħarnett irid nispeċifika illi Transport Malta għandha taġġorna l-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jsiru peress illi nfetħu toroq oħra min meta saret l-aħħar lista.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm rapporti ta' siti meqjusa bħala open plots li dwarhom inġibdet l-attenzjoni tal-Ministeru fid-diversi lokalitajiet li għandna f'Malta? Fejn jinsabu dawn is-siti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA rċeviet 590 rapport ta’ siti li min għamel ir-rapport (jiġifieri l-kunsill lokali) ikkonsidra li huma open plots. 522 minn dawn huma mqassmin fil-lokalitajiet hekk kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20179, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu (b'mod globali) in-numru ta' sodod li bejniethom hu mistenni li jipprovdu d-djar tal-anzjani li għalihom hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma jkolliex din it-tip ta’ informazzjoni.
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20395, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-perit jissottometti l-informazzjoni li qed jintalab mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iż-żmien previst sabiex tiġi sottomessa l-informazzjoni mitluba lill-applikant (total ta’ żmien xhur mill-aħħar talba mibgħuta mill-awtorità) skada u l-applikażżjoni ġiet awtomatikament meqjusa bħala rtirata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' fabbriki li huma amministrati mill-Ministeru? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? Kemm minnhom mhux qed jiġu użati (mhumiex mikrija) u fejn jinsabu? Kemm hu l-area ta' dawn il-fabbriki?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta' fabbriki amministrati mill-MIP huwa ta' 637. Dawn il-fabbriki huma mqassmin f'diversi oqsma industrijali kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Preżentement mhux mikrija hemm 45 fabbrika mxerrdin fl-oqsma industrijali ta’ Bulebel, Ħal Far, Kordin, Luqa, Marsa, Mosta Technopark, Mrieħel, San Ġwann, kif ukoll fix-Xewkija Għawdex. Fosthom hemm fabbriki fejn qed isiru diversi xogħolijiet qabel ma jkunu jistgħu jinkrew u oħrajn li għadhom ma jistgħux jiġu mikrija minħabba li għad hemm każi pendenti mal-qorti u għalhekk iċ-ċwievet għadhom mhumiex fil-kustodja tal-MIP. Madankollu, 23 fabbrika huma
earmarked
għal proġetti ġodda. Il-qies ta dawn il-fabbriki ivarja bejn 120m2 u 8000m2.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija, li għandhom iktar minn 25 sena servizz, preżentement? F’liema livell tal-korp jaħdmu dawn l-istess membri tal-korp u meta għalqu l-25 servizz?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi preżentament hemm 202 membru tal-Korp tal-Pulizija li għandhom aktar minn 25 servizz. Il-gradi ta' dawn il-membri huma s-segwenti:-
Grad
Għandhom 25 sena servizz jew aktar sat-12 ta’ April 2011
Kummissarju tal-Pulizija
1
Deputat Kummissarju
1
Assistant Kummissarju
6
Suprintendent
5
Spettur tal-Pulizija
5
Surġent Maġġur tal-1 klassi
1
Surġent Maġġur tat-2 klassi
19
Surġent
20
Kuntistabbli
144
Total
202
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi li kienu nvoluti f’xi att kriminali li jinsabu taħt il-kontroll tal-pulizija wara li nqabdu mill-istess pulizija waqt l-investigazzjonijiet tagħha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 798 vettura miżmuma għand il-Pulizija b’konnessjoni ma' xi reati kriminali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ muturi li huma licenzjati f’Malta u Għawdex, skont il-horse power tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' muturi li huma liċenzjati f'Malta u Għawdex huwa ta' 12,883.
Infurmat ukoll li l-informazzjoni tinżamm biċ-ċilindraġġ u mhux skont il-horse power.