Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26013 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar u Imġarr — ġlied rappurtat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ġlied li ġie rrappurtat lill-pulizija f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, n-Naxxar u l-Imġarr matul l-2009, l-2010 u sa Marzu 2011, lokal b'lokal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika taħt il-kategorija ta’ “ġlied”.

WSC — xogħlijiet fil-mains

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25821, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn, matul l-2010 u l-2011 sa Marzu, tqiegħdu mains tal-ilma fuq iż-żewġ naħat tat-triq? Kemm kien it-tul ta' mains li tqiegħdu f'dan l-istess perjodu, u kemm minn dawn tqiegħdu fuq iż-żewġ naħat tat-toroq ikkonċernati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #26027 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — Triq iċ-Ċagħaq u Triq il-Lampuki - Karozza

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25825, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret l-ispezzjoni indikata fir-risposta, għaliex fil-fatt minn dakinhar li saret id-domanda l-karozza tneħħiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet l-ispezzjoni nhar il-Ħamis 5 ta' Mejju fis-2pm.

WSC — ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm għandha ġibjuni fl-irħula tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali (raħal raħal) il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

WSC — pumping stations

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm għandha pumping stations il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'kull wieħed mill-irħula tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imtarfa, Imrieħel, Salina u Ta' Masrija — mains tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx indikazzjoni ta' tnaqqis fit-telf tal-ilma (leakages) f'dawk li huma l-inħawi fejn hemm mains tal-ilma fiż-żewġ naħat tat-triq bħala parti mill-Imtarfa, l-Imrieħel, Ta Masrija Mellieħa u s-Salina?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25940.
Leg 11 PQ #25973 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Fortizza Campbell - development brief

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qattx ippreparat xi development brief għall-Fortizza Campbell u l-inħawi tagħha? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadx għandha quddiemha talbiet għal xi użu ieħor tal-istess fortizza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċentrata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.

informazzjoni dwar tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il qatla tat-tiġieġ saret, kif miġbura mill-Ministeru matul is-snin 2005 sal-2010? Kemm kien in-numru ta' flieles jew bajd għat-tifqis li ġew impurtati matul l-istess perjodu sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

vetturi reġistrati Malta — kwestjoni dwar ħlas żejjed

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawk is-sidien tal-vetturi li ġew reġistrati f'Malta u li kienu ħallsu aktar milli kien dovut, u li kellhom jingħataw lura dak li ħallsu żejjed, fil-fatt kellhomx jagħmlu xi applikazzjoni partikolari biex jingħataw lura dak il-ħlas?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Applikazzjonijiet għall-istallazzjoni tal-arloġġi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-istallazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Vide paper laid 7236 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 347nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju 2011)

tfal li ma qagħdux għall-eżemi tal-Junior Lyceum

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kienu, matul l-aħħar 5 snin in-numru ta' tfal, bniet u subien, li ġejjin minn kull belt u raħal tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali raħal raħal li ma qagħdux għall-eżami tal-Junior Lyceum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li ma komplewx l-iskola

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm żgħażagħ mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal raħal li wara li temmew l-iskola sekondarja ma komplewx l-istudji tagħhom fil-livell ta' sixth form?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li hemm bosta istituzzjonijiet edukattivi fejn iż-żgħażagħ jistgħu jagħżlu jmorru il-mistoqsija kif imqegħda mhux possibli li tkun imwieġba. Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar studenti li għażlu li jmorru l-Junior College, Msida u n-Naxxar Higher Secondary u l-MCAST

studenti li ma komplewx l-università

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm mill-istudenti li temmew l-iskola fil-livell ta' sixth form, fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal raħal li wara li temmew l-iskola ma komplewx jistudjaw fl-Università?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni dwar l-għadd ta’ studenti mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali li temmew il-Junior College fl-2010 u li ma applikawx jew ma daħlux l-Università ta’ Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li qed jagħmlu kors dwar l-agrikoltura

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal raħal, li qed jattendu xi kors marbut mal-agrikoltura fl-Istitut tal-Agrikoltura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din: 7 Distrett Żebbuġ 2 Dingli 2 Mġarr 1 Mtarfa 0 Rabat 5 11-il Distrett Mdina 0 Attard 2 Balzan 1 Mosta 15 12-il Distrett Mellieħa 6 Naxxar 5 San Pawl il-Baħar 3 Għajnsielem 0 Kemmuna 0

WSC — leakage record

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex informazzjoni raħal raħal, f'dak li hu ammont ta' leakage tal-ilma madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, x'inhu l-leakage recorded f'kull raħal tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

WSC — mains tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlitx xi studju partikolari dwar x'inkun l-effett long term fuq it-telf tal-ilma (leakages) jekk kemm-il darba l-mains tal-ilma jiġu mqegħda fuq iż-żewġ naħat tat-triq minflok fin-nofs tat-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi daqs sentejn ilu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet studju fuq il-pajpijiet tal-polyethylene li l-korporazzjoni tuża għas-service connections tal-ilma tax-xorb. Minn dan l-istudju, setgħu jittieħdu deċiżżjonijiet dwar proċeduri biex dawn il-pajpijiet jiġu protetti. Minbarra d-deċizzjoni li fejn hu prattiku jsiru dual mains , it-tir hu li kemm jista’ jkun, mains tal-ilma jitwarrbu minn ġot-toroq u jitqiegħdu ġo jew viċin tal-bankini. Barra minn hekk, kull service connection li se tiġi mgħoddija fit-triq qiegħda titqiegħed ġo sleeve jew conduit tal- uPVC , kemm għal protezzjoni ikbar tal-pajp kif ukoll biex f’każ ta’ ħsara, is- service connection tista’ tinbidel mingħajr ma titħaffer it-triq, fil-każ li mhemmx dual mains . Minħabba dawn il-miżuri kollha, mhux possibli li wieħed igħid x’effett kellhom l-istallazzjoni ta’ dual mains per se, iżda huwa fatt li l-miżuri kollha li ttieħdu kellhom effett qawwi li jnaqqsu l-ħsarat fil-pajpijiet.

Transport Malta — xogħlijiet fuq bankini

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz ta' Transport Malta biex id-diversi xogħlijiet li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fejn jidhlu xogħlijiet fuq bankini, fil-fatt isir skont specifikazzjonijiet li għandha Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma xogħlijiet mwettqa mill-istess Korporazzjoni li jirrigwardaw xogħlijiet fuq servizzi ġodda mill-klijenti tagħha jew xogħlijiet oħra ta tiswijiet eżistenti. Dawn ix-xogħlijiet huma koperti bill-permess ta’ Transport Malta, liema permess ikopri xogħlijiet minuri u ta’ manutenzjoni. Dan il-permess jobbliga il-Korporazzjoni, permezz tal-istess kundizzjonijiet stipulati fil-permess u skond l-avviż legali 29/2010, biex treġġa lura l-wiċċ għall-istat oriġinali u għaldaqstant skond speċifikazzjonijiet ta’ Transport Malta. Jien tajt struzzjonijiet speċifiċi biex Transport Malta tiżgura li dan iseħħ billi anki tagħmel spezzjonijiet tax-xogħol li jkun sar mhux biss mill-WSC imma minn kull min jintervjeni fuq it-toroq. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi eżempji konkreti nitolbu jgħaddihomli.

Transport Malta — stallazzjoni ta' pelican lights

Question

Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għadx fadlilha talbiet pendenti għal stallazzjoni ta' pelican lights, madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, fejn huma dawn it-talbiet li għadhom pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25557.

Transport Malta — stallazzjoni ta' mirja u street furniture

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-bord ta' Transport Malta li jikkonsidra talbiet għal stallazzjoni ta' mirja (u street furniture ieħor) fil-fatt għandux talbiet pendenti quddiemu biex jiġu stallati tali għamajjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Immaniġġjar tat-Traffiku bħalissa għandha 56 talba li jikkwalifikaw bħala għamara fit-triq u li qegħdin jiġu pproċessati, u minnhom hemm 15 li huma mirja tat-traffiku. Aktar dettalji jinsabu fid-dokument anness.

Bajjiet ristretti għall-użu tal-għawwiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li dan is-sajf ikun hemm żieda man-numru ta' bajjiet ristretti għall-użu tal-għawwiema, meta mqabbla ma' dawk tas-sena li għaddiet? Jista' jagħti tagħrif fejn se jkunu l-bajjiet li se jingħalqu (jiġu riservati) għall-għawwiema dan is-sajf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan is-sajf se jkun hemm żieda ta’ tliet żoni riservati għall-għawwiema. Dawn huma Fond Għadir, ix-Xemxija – żona ‘l ġewwa mill-Beachaven, u l-Bajja ta’ San Ġorġ, Birżebbuġa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi ż-żoni l-oħra eżistenti li jiġu riservati għall-għawwiema matul ix-xhur tas-sajf.